Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Frar
12 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jaqra jew jirrivedi Ġenesi 6:1 sa 9:19 u jara l-vidjo Noah—He Walked With God bħala preparazzjoni għad-diskussjoni fil-Laqgħa tas-Servizz għall-ġimgħa tal-25 taʼ Frar. Iddiskuti l-“Programm Ġdid tal-Jum t’Assemblea Speċjali.” Ħabbar id-data tal-jum t’assemblea speċjali li jmiss, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi għall-programm kollu. Ħeġġeġ lill-pubblikaturi biex jistiednu lill-uħud interessati ġodda u lill-istudenti tal-Bibbja.
20 min: “Inxandru b’Mod Sħiħ il-Kelma taʼ Alla.”a (Paragrafi 1-13) Għandha tingħata mill-indokratur li jippresiedi. Diskussjoni vivaċi dwar dak li nixtiequ nwettqu f’Marzu u wara. Kulħadd għandu juża l-kalendarju provdut f’dan l-insert biex jippjana skeda prattika ħalli jagħti l-akbar sehem fil-ministeru matul Marzu. Ħeġġeġ lil kulmin jistaʼ biex jaqdi bħala pijunier awżiljarju f’dak ix-xahar. Meta tkun qed tiddiskuti paragrafi 7-8, staqsi lil dawk li qdew bħala pijunieri fl-istaġun tal-Mafkar li għadda biex jesprimu l-barkiet li gawdew. Ħabbar li l-applikazzjonijiet għal dawk li jridu jaqdu bħala pijunieri awżiljarji se jkunu disponibbli wara l-laqgħa.
13 min: “X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti.” Staqsi lill-pubblikaturi dwar kif dan l-aspett f’Il-Ministeru tas-Saltna għenhom biex ikunu preparati aħjar f’li jqabblu l-artikli mal-ġrajjiet inkwetanti f’dawn iż-żminijiet kritiċi. Liema esperjenzi kellhom xi wħud f’li jġibu serħan lin-nies u jgħinuhom isibu tweġibiet mill-Bibbja għall-mistoqsijiet li jinkwetawhom? Uri kif issir preżentazzjoni bit-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Frar.
Għanja 49 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Frar
8 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
12 min: “L-Iktar Nies Ferħana fuq l-Art.”b Inkludi fil-qosor “Passi li Jwasslu għall-Ferħ,” f’paġna 6 tat-Torri taʼ l-Għassa, taʼ l-1 taʼ Novembru, 1997.
25 min: “Inxandru b’Mod Sħiħ il-Kelma taʼ Alla.”c (Paragrafi 14-23) Għandha tingħata mill-indokratur tas-servizz. Irrivedi l-pjanijiet speċjali li qed isiru lokalment għal attività miżjuda f’Marzu. Semmi l-iskeda kollha għal-laqgħat tas-servizz taʼ l-għalqa li hemm pjanati għax-xahar. Iffoka fuq li tingħata għajnuna lil dawk li saru inattivi biex jerġgħu jsiru attivi, u lit-tfal u lill-istudenti tal-Bibbja biex jikkwalifikaw bħala pubblikaturi mhux mgħammdin. Ħabbar l-ismijiet taʼ dawk li applikaw biex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’Marzu, u ħeġġeġ lil iktar uħud biex jaħsbu bit-talb dwar li jingħaqdu magħhom.
Għanja 143 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Frar
15 min: Avviżi lokali. Ħejji turija taʼ żewġ preżentazzjonijiet qosra—f’waħda uża t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Marzu u fl-oħra uża Stenbaħ! tat-8 taʼ Marzu. Ara li xi ħadd żagħżugħ jagħmel waħda minnhom. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Frar.
15 min: “L-Effett tal-Vidjos li Jagħtu Xiehda.” Diskussjoni maʼ l-udjenza. Sa issa, matul il-programm tal-Laqgħa tas-Servizz irrivedejna tmienja mill-vidjos li għandna. Wara li tiddiskuti fil-qosor l-eżempji li ngħataw fl-artiklu, staqsi lill-pubblikaturi biex jirrakkontaw is-suċċess li kellhom meta wrew il-vidjos lil ħaddieħor.
15 min: “Kulħadd Jistaʼ Jitgħallem mill-Vidjo Noah—He Walked With God.” Ibda mill-ewwel b’diskussjoni maʼ l-udjenza tal-vidjo Noah, waqt li tuża biss il-mistoqsijiet li hemm fil-kaxxa f’din il-paġna. F’April se nirrivedu l-vidjo Young People Ask—How Can I Make Real Friends? (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?)
Għanja 215 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Marzu
5 min: Avviżi lokali.
12 min: Bżonnijiet lokali.
12 min: Nużaw il-Ktieb Għarfien biex Nibdew Studji. Matul Marzu nixtiequ nagħmlu sforz speċjali biex nibdew studji tal-Bibbja fid-djar. Semmi fil-qosor l-esperjenza f’Il-Ministeru tas-Saltna t’Awissu 1998, paġna 4, paragrafu 8. Jekk xi ħadd beda studju tal-Bibbja dan l-aħħar minn fuq il-ktieb Għarfien, ħejji turija taʼ kif dan ġara fir-realtà. Fakkar lil kulħadd dwar is-“Suġġerimenti Kif Nippreżentaw il-Ktieb Għarfien,” fl-insert taʼ Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2002. Billi jintuża dan il-ktieb, ħejji turija taʼ wieħed mis-suġġerimenti f’paġna 6 taʼ l-insert li hemm taħt “Il-Metodu Dirett.”
16 min: “Għala Nkomplu Nippridkaw?”d Inkludi xi intervisti maʼ pubblikatur jew tnejn li baqgħu jippridkaw għal perijodu taʼ ħafna snin. Għidilhom biex jaqsmu magħna kif iħossuhom dwar għala baqgħu jippersistu fix-xogħol u kif dan kien taʼ benefiċċju għalihom.
Għanja 223 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.