Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Novembru
8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
15 min: “Strieħ fuq Jehovah għall-Qawwa.”a Inkludi xi kummenti fil-qosor mit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru, 1999, paġni 18-19, paragrafi 6-8.
22 min: “Għandna Għodda Ġdida biex Nibdew Studji tal-Bibbja!” Diskussjoni maʼ l-udjenza li għandha tingħata mill-indokratur tas-servizz. Jekk inhu disponibbli ara li l-attendants iqassmu lil kulħadd fl-attendenza kopja tal-fuljett il-ġdid Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? Inkludi turija taʼ preżentazzjoni mħejjija sew filwaqt li jintuża s-suġġeriment li hemm fil-kaxxa “X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti” dwar kif nistgħu noffru It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Novembru. Il-pubblikatur jikkonkludi billi jagħti l-fuljett Kun Af il-Bibbja lill-inkwilin. Ħeġġeġ lil kulħadd biex iħalli l-fuljett il-ġdid maʼ kulmin jiltaqaʼ fil-ministeru.
Għanja 191 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Novembru
8 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: “X’Inhi l-Mira?”b Enfasizza l-importanza taʼ li l-istudenti tal-Bibbja jiġu megħjunin biex jaraw kemm huwa importanti li jattendu l-laqgħat tal-kongregazzjoni. Inkludi turija preparata sew dwar kif dan għandu jsir, bl-użu taʼ kapitlu 17, paragrafi 6-8, mill-ktieb Għarfien.
22 min: “Żviluppa s-Sens Tiegħek biex Tagħżel.”c Anzjan jikkonduċi reviżjoni vivaċi tal-programm għall-jum t’assemblea speċjali li sar fis-sena taʼ servizz li għaddiet.
Għanja 195 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Novembru
15 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Novembru. Uża s-suġġerimenti li hemm fil-parti “X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti,” u ħejji turija taʼ żewġ preżentazzjonijiet qosra preparati sew bir-rivisti—f’waħda uża It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Diċembru u fl-oħra uża Stenbaħ! tat-8 taʼ Diċembru. Imbagħad spjega kif nistgħu nsibu preżentazzjoni biex nużawha meta nkunu qed noffru l-ktieb L-Aqwa Bniedem jew xi pubblikazzjoni oħra li se tintuża matul Diċembru. Fittex fil-Watch Tower Publications Index taħt “Presentations” (Preżentazzjonijiet) taħt is-sottitlu tan-nofs “List by Publication” (Lista Skond il-Pubblikazzjoni). Semmi xi eżempju jew tnejn. Fakkar lil kulħadd biex juża taʼ spiss il-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja?
15 min: “Fejn Nistaʼ Nsib il-Ħin?” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Inkludi l-punti prinċipali mit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru, 2000, paġni 20-1, paragrafi 9-10, taħt is-sottitlu “Kif Xi Wħud Jagħmlu l-Ħin għall-Istudju.” Stieden lil dawk fl-udjenza biex jitkellmu dwar modi prattiċi li bihom irnexxielhom isibu l-ħin għal affarijiet iktar importanti billi eliminaw attivitajiet oħra li m’humiex neċessarji. Enfasizza l-bżonn li dak li jkun iqassam il-ħin għall-istudju persunali u dak tal-familja, il-laqgħat tal-kongregazzjoni, il-ministeru taʼ l-għalqa, u l-qari tal-Bibbja taʼ kuljum.
15 min: Iż-Żgħar Qed Ifaħħru lil Jehovah. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Il-biċċa l-kbira mill-kongregazzjonijiet għandhom ħafna tfal li jieħdu sehem fix-xogħol taʼ l-ippridkar. Huwa xieraq li huma jagħmlu dan, anki jekk dan ifisser li jagħtu xiehda l-iktar lill-kbar. (Salm 148:12, 13; Mt. 21:15, 16) Meta l-ġenituri u pubblikaturi oħrajn jieħdu interess f’li jipprovdu t-taħriġ u l-inkuraġġiment, iż-żgħar jesperjenzaw ħafna ferħ fis-servizz taʼ l-għalqa. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jagħtu xi suġġerimenti dwar kif jistgħu jinkludu liż-żgħar fix-xogħol minn dar għal dar u fiż-żjajjar lura. Staqsi lill-ġenituri biex jitkellmu dwar x’għamlu biex għenu lil uliedhom jitgħallmu kif joffru r-rivisti, jużaw il-Bibbja fil-preżentazzjonijiet tagħhom, u jitkellmu b’mod kunfidenti fuq il-bibien. Enfasizza kemm huwa taʼ benefiċċju li nagħtu l-prosit lit-tfal. Intervista pubblikatur żgħir jew tnejn, u ħallihom jgħidu kif qed jieħdu gost fix-xogħol taʼ l-ippridkar u għala.
Għanja 198 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Diċembru
8 min: Avviżi lokali.
17 min: Aspetti tal-Ktieb Reasoning. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Ikkunsidra l-eżempji li ġejjin taʼ kif diversi aspetti fil-ktieb huma utli ħafna f’li jispjegaw tagħlim Bibliku: Definizzjonijiet, bħal per eżempju taʼ “Kingdom” (Saltna) (paġni 225-6) jew “spirit” (spirtu) (paġna 380); traduzzjonijiet minn verżjonijiet differenti biex jitqabblu bejniethom, li juru fejn u kif l-isem t’Alla jintuża fil-Bibbja (paġni 191-3) jew il-verità dwar l-infern (paġni 169-70); listi, li jitkellmu fid-dettall dwar it-twemmin li jagħmilna differenti minn reliġjonijiet oħra (paġni 199-201) jew li juru kif persuna tistaʼ tkun taf liema reliġjon hija l-waħda t-tajba (paġni 328-30); tagħrif storiku, li jikxef l-oriġini tal-Milied (paġni 176-8) jew in-newtralità tal-Kristjani tal-bidu (paġni 273-5); evidenza xjentifika, li tappoġġa l-ħolqien (paġni 85-6) jew biex turi l-ħsara li jagħmel l-użu tal-marijuana jew tat-tabakk (paġni 108-11). Ħeġġeġ lill-pubblikaturi biex jużaw din l-għodda eċċellenti għat-tagħlim kulmeta tiġihom l-opportunità fil-ministeru taʼ l-għalqa.
20 min: “Barkiet Meta Nuru Apprezzament għall-Imħabba taʼ Jehovah—L-Ewwel Parti.”d Meta tkun qed tiddiskuti paragrafi 3-6, stieden lil dawk fil-kongregazzjoni biex jirrakkontaw xi esperjenzi inkuraġġanti li kellhom fix-xogħol minn dar għal dar, fl-għoti taʼ xiehda fit-toroq, u fl-attività taż-żjajjar lura u taʼ l-istudji tal-Bibbja.
Għanja 200 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.