LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/01 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 2 t’April
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 3/01 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Marzu

Għanja 112

8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna.

7 min: “Qiegħed Int Toffri Studji tal-​Bibbja?”a

12 min: Bżonnijiet lokali.

18 min: “April​—Żmien biex ‘Nitħabtu u Nitqabdu.’” (Paragrafi 1-13) Għandha tingħata mill-​indokratur li jippresiedi. Diskussjoni bl-​entużjażmu dwar dak li nixtiequ nwettqu fix-​xahar t’April. Ħeġġeġ lill-​membri kollha tal-​kongregazzjoni biex jagħtu sehemhom f’li tintlaħaq il-​mira li nieħdu sehem mija fil-​mija fil-​ministeru matul dak ix-​xahar.

Għanja 147 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Marzu

Għanja 166

8 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Fakkar lill-​aħwa li fi tmiem il-​ġimgħa se ndawru l-​arloġġ siegħa ’l quddiem. Is-​sigħat żejda taʼ dawl jistgħu jgħinu lill-​pijunieri awżiljarji biex jilħqu l-​miri tagħhom.

15 min: Agħmel użu tajjeb mit-​2001 Yearbook. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Irrevedi “2000 Grand Totals,” f’paġna 31. Iddiskuti “A Letter From the Governing Body,” f’paġni 3-5. Stieden lil xi wħud mill-​udjenza biex jitkellmu dwar xi rapport jew esperjenza mill-​Yearbook il-​ġdid li ħeġġithom b’mod speċjali u saħħitilhom il-​fidi. Ħeġġeġ lill-​familji biex jaqraw flimkien il-​Yearbook kollu, bħalma tagħmel il-​familja madwar id-​dinja taʼ Betel matul is-​sena. Staqsi għal xi suġġerimenti dwar kif jistaʼ jintuża l-​Yearbook biex tgħin lil xi student tal-​Bibbja japprezza iktar l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah u l-​privileġġ li għandu li jkun fiha.

22 min: “April​—Żmien biex ‘Nitħabtu u Nitqabdu.’” (Paragrafi 14-​30) Għandha tingħata mill-​indokratur tas-​servizz. Taħdita b’partijiet magħżulin li għandhom isiru f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Kulħadd għandu jagħmel skeda prattika biex jieħu sehem kemm jistaʼ jkun fil-​ministeru matul ix-​xahar t’April. Semmi l-​arranġamenti kollha għal-​laqgħat tas-​servizz taʼ l-​għalqa li ġew ippjanati għal matul ix-​xahar. Ħeġġeġ lil kulmin jistaʼ biex jaqdi bħala pijunier awżiljarju u jikseb formola biex japplika wara l-​laqgħa.

Għanja 188 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Marzu

Għanja 204

10 min: Avviżi lokali. Spjega li m’huwiex tard wisq għal min irid japplika biex ikun pijunier awżiljarju f’April. Ħeġġeġ lil kulħadd biex isegwi l-​iskeda tal-​qari tal-​Bibbja għall-​Mafkar mit-​3 sat-​8 t’April, bħalma hu mniżżel f’Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum​—2001. Ħabbar meta se jsir l-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa għall-​ġimgħa tal-​Mafkar. Tinsiex it-​taħdita pubblika tal-​Ħadd li ġej, l-​1 t’April, li jisimha “Min Jistaʼ Jiġi Salvat?” Ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem fil-​ministeru dak in-​nhar stess, sabiex nibdew ix-​xahar t’April bit-​tajjeb.

20min: “Ejja Lkoll Nagħtu Ġieħ lil Jehovah u lil Ibnu.” Taħdita li tqanqal mill-​Iskrittura mogħtija minn anzjan. Ħeġġeġ lil kulħadd biex kemm jistaʼ jkun jieħu sehem bis-​sħiħ fl-​attività speċjali ppjanata għal April u jagħmel sforz akbar f’li jistieden lin-​nies għall-​Mafkar.

15 min: Nippreparaw il-​Preżentazzjonijiet Tagħna bir-​Rivisti. Se noffru It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! matul April. Irrevedi paġna 8, paragrafi 3 u 10, f’Il-Ministeru tas-​Saltna t’Ottubru 1996. Enfasizza (1) artiklu wieħed, (2) punt interessanti u xieraq, (3) mistoqsija biex tqajjem l-​interess, u (4) skrittura f’waqtha li tistaʼ tintuża b’mod effettiv biex tqassam kull waħda mir-​rivisti kurrenti. Stinka f’li tuża l-​browxer X’Jirrikjedi jew il-​ktieb Għarfien biex tibda studji tal-​Bibbja maʼ nies interessati. Agħlaq b’turija preparata sew ħalli turi kif dan jistaʼ jsir fuq l-​ewwel żjara.

Għanja 207 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 2 t’April

Għanja 220

9 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Marzu. Irrevedi t-​“Tfakkiriet għall-​Mafkar.”

18 min: “L-​Imħabba Tqanqalna Nippridkaw.”b Iġbed l-​attenzjoni lejn l-​iskritturi fl-​artiklu. Inkludi xi ħsibijiet li ssib fl-​Insight, it-​2 Volum, paġna 673, paragrafu 1. Stieden lil xi pubblikatur li ilu attiv għal ħafna snin biex jitkellem dwar kif l-​imħabba lejn Alla tqanqlu biex jippersisti fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Ħeġġeġ lill-​pubblikaturi kollha biex jieħdu sehem fix-​xogħol tax-​xandir matul April u fix-​xhur kollha li ġejjin.

18 min: “Għin lil Oħrajn Jattendu għal-​Laqgħat.”c L-​insert f’Il-Ministeru tas-​Saltna taʼ Ġunju 1996, f’paragrafi 14-16, jagħti iktar suġġerimenti dwar kif tmexxi lill-​istudenti tal-​Bibbja lejn l-​organizzazzjoni. Uri kif kemm il-​browxer X’Jirrikjedi (lezzjoni 5, paragrafu 7) u kemm il-​ktieb Għarfien (kapitlu 5, paragrafu 22) jistgħu jintużaw minn kmieni biex tħeġġiġhom jattendu għal-​laqgħat. Sabiex turi kif dan jistaʼ jsir, ħejji turija minn pubblikatur kapaċi li jinkuraġġixxi bil-​ħlewwa lill-​istudent jaħseb bis-​serjetà dwar li jibda jiġi għal-​laqgħat.

Għanja 47 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja