Skeda għal-Laqgħa tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Frar
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Il-vidjo The Bible—Mankind’s Oldest Modern Book (Il-Bibbja—L-Eqdem Ktieb li Għadu Japplika għall-Umanità) se jiġi diskuss fil-Laqgħa tas-Servizz fil-ġimgħa tas-26 taʼ Frar. Id-diskussjoni se tkun ibbażata fuq il-mistoqsijiet provduti f’paġna 7 taʼ din il-ħarġa taʼ Il-Ministeru tas-Saltna.
15 min: “Agħti Glorja lil Jehovah b’Għemejjel Tajba.”a Inkludi xi kummenti mill-ktieb Proclaimers, paġna 187, paragrafi 2-3.
20 min: “Kif Nistgħu Nipperswadu lil Oħrajn.” Diskussjoni bejn ħu li jikkonduċi l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni u pijunier jew pubblikatur effettiv, ibbażata fuq l-artiklu kif ukoll fuq il-punti magħżulin mit-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Mejju, 1998, paġni 21-3. Analizzaw il-kaxxa f’paġna 23, “Kif Tilħaq Qalb l-Istudent Tiegħek.” Wara li tagħżlu twemmin reliġjuż falz li huwa komuni fit-territorju lokali, iddiskutu kif tistgħu tikkonvinċu persuna dwar xi tgħid il-Bibbja fuq dak is-suġġett.
Għanja 208 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Frar
8 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Bżonnijiet lokali.
22 min: “Għarraf l-Isem u l-Għemejjel taʼ Jehovah.”b Anzjan jirrevedi l-pjanijiet speċjali u xi sforzi li qed isiru lokalment għall-attività miżjuda f’Marzu u f’April, biex jinkuraġġixxi kemm jistaʼ jkun aħwa jaqdu bħala pijunieri awżiljarji. Ħejji xi wħud li kienu pijunieri f’April li għadda biex jgħidu x’sodisfazzjon ġabilhom dan. Iffoka fuq li tgħin lil kull pubblikatur inattiv kwalifikat biex jerġaʼ jingħaqad magħna fis-servizz kif ukoll f’li tgħin lit-tfal u studenti oħrajn tal-Bibbja biex jikkwalifikaw bħala pubblikaturi mhux mgħammdin.—Ara l-Kaxxa għall-Mistoqsija f’Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Novembru, 2000.
Għanja 27 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Frar
8 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Frar.
12 min: Preżentazzjonijiet Suġġeriti għall-Ktieb Għarfien. Għandek xi preżentazzjoni f’moħħok biex toffri l-ktieb Għarfien f’Marzu? Jekk tħares lejn l-aħħar paġni tal-ħarġiet tal-passat taʼ Il-Ministeru tas-Saltna, se ssib xi suġġerimenti għall-ewwel żjara, li ħafna minnhom jagħtu ideat kif tistaʼ tagħmel iż-żjara lura. Irrevedi żewġ preżentazzjonijiet jew tlieta minn dawk suġġeriti. (Our Kingdom Ministry taʼ Diċembru 1995; Marzu 1996; Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Ġunju, Novembru 1996; Ġunju 1997; Marzu 1998.) Uri ż-żewġ suġġerimenti fil-ħarġa taʼ Novembru 1996 dwar liema metodu dirett jistaʼ jintuża biex nibdew studji tal-Bibbja. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħmel sforz speċjali ħalli jibda studji ġodda.
25 min: “Nibnu l-Apprezzament għall-Bibbja mill-Vidjo The Bible—Mankind’s Oldest Modern Book.” Diskussjoni maʼ l-udjenza billi tuża l-mistoqsijiet provduti f’paġna 7. Enfasizza l-fatt li n-New World Translation, b’iktar minn 100 miljun kopja sħiħa jew parti minnha f’37 lingwa, hija waħda mill-iktar Bibbji mqassmin fid-dinja. F’April se nirrevedu t-tielet vidjo taʼ din is-serje, The Bible—Its Power in Your Life (Il-Bibbja—Il-Qawwa Tagħha f’Ħajtek).
Għanja 64 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Marzu
5 min: Avviżi lokali.
18 min: “Jehovah Jagħti l-Qawwa.”c Stieden lil dawk fl-udjenza jikkummentaw dwar kif l-iskritturi japplikaw.
22 min: “Għoti taʼ Xiehda bit-Telefon li Jagħti Riżultati Tajbin.”d Trid tingħata mill-indokratur tas-servizz. Inkludi l-inkuraġġiment fit-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Diċembru, 1999, paġna 23, paragrafu 17. Spjega liema territorji tħallew għall-għoti taʼ xiehda bit-telefon. Ħejji ftit esperjenzi fil-qosor biex jiġu rakkontati u li juru x’riżultati tajbin qed ikun hemm lokalment f’dan l-għoti taʼ xiehda.
Għanja 108 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.