Laqgħat tas-Servizz għal April
Ġimgħa Li Tibda 1 T’April
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru Tas-Saltna. Semmi xi rapporti li jispikkaw dwar il-ħarsien tagħkom tal-Mafkar. Ukoll “Tistaʼ Tgħin F’Għawdex?”
20 min: “Kun ‘Żeluż Għal Xogħlijiet Mill-Aħjar’ Matul April!” Paragrafi 1-10 mgħoddijin bħala mistoqsija u tweġiba mill-indokratur tas-servizz. Spjega (1) x’inhu maħsub lokalment għal attività taʼ servizz taʼ l-għalqa miżjuda matul April, (2) kif jistaʼ kulħadd jiġi mgħejjun biex jieħu sehem, u (3) kif jistgħu wħud ġodda u oħrajn żgħar jiġu inklużi.
15 min: “Fittex Lil Dawk Li Huma Disposti Sewwa.” Irrevedi l-preżentazzjonijiet issuġġeriti, u mbagħad ħejji żewġ turijiet li juru kif dawn jistgħu jintużaw. Skond ma jippermetti l-ħin, semmi xi ftit mis-suġġerimenti biex noffru r-rivisti, misjubin fl-Our Kingdom Ministry taʼ Settembru 1995, paġna 5. Inkludi tfakkira biex jissemma kif inhu ffinanzjat ix-xogħol tagħna madwar id-dinja jekk l-inkwilin jistaqsi.
Għanja 20 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 8 T’April
15 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet; semmi l-ittri t’apprezzament mis-Soċjetà għal donazzjonijiet li ntbagħtu. Iddiskuti modi prattiċi kif nistgħu ngħinu lil uħud ġodda li attendew il-Mafkar sabiex jagħmlu iktar progress spiritwali. Irrevedi l-ħarġa tal-1 taʼ Lulju, 1991, taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa, paġni 7-11. (w91 4/1, p. 9-12)
15 min: “Agħti Servizz Sagru Lejl u Nhar.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Aqra paragrafi 5 u 6.
15 min: “Kun ‘Żeluż Għal Xogħlijiet Mill-Aħjar’ Matul April!” Paragrafi 11-15 mgħoddijin bħala mistoqsija u tweġiba. Ħeġġeġ lil kulħadd biex janalizza ċ-ċirkostanzi tiegħu u jfittex mezzi biex iżid l-appoġġ tiegħu fil-ministeru taʼ l-għalqa.
Għanja 113 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 15 T’April
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-udjenza dwar it-taħdita pubblika speċjali fil-21 t’April, bit-titlu “Nibqgħu Bla Tebgħa Fost Ġenerazzjoni Mgħawġa.” Ħeġġeġ biex nagħmlu sforz iktar mis-soltu biex ngħinu lil kulħadd ħalli jattendi.
15 min: “Iż-Żminijiet Inbidlu.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Enfasizza li nippreżentaw il-messaġġ tas-Saltna b’mod li jolqot il-bżonnijiet l-iktar urġenti tan-nies. Issuġġerixxi xi kwistjonijiet familjari u soċjali li qegħdin fuq l-imħuħ taʼ ħafna nies, bħalma huwa muri f’It-Torri Taʼ L-Għassa tal-1 taʼ Jannar, 1994, paġni 26-8.
20 min: “Il-Fidi Ssegwi L-Affarijiet Mismugħin.” Iddiskuti kif l-offerti tar-rivisti jistgħu jintużaw biex jikkultivaw l-interess li jistaʼ jwassal għal studji tal-Bibbja fil-ktieb Tgħix Għal Dejjem. Uri tnejn jew tliet preżentazzjonijiet.
Għanja 204 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 22 T’April
15 min: Avviżi lokali. Irrevedi punti prinċipali tat-taħdita speċjali li ngħatat fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Iddiskuti kif din it-twiddiba għandha tqanqal lil uħud li juru interess biex jieħdu waqfa soda għall-vera qima. Ukoll, iġbed l-attenzjoni lejn “Ibqgħu Żdiedu Fl-Għarfien Eżatt,” u enfasizza l-importanza taʼ li nattendu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni regolarment. Imbagħad, ikkunsidra “Servizz Fi Tmiem Il-Ġimgħa Bħala Familja.”
12 min: Kaxxa Għall-Mistoqsija. Taħdita minn anzjan. Spjega għala l-aħwa rġiel li jikkonduċu l-laqgħat għandhom jevitaw kunfidenza żejda billi jsejħu lil individwi b’isimhom biss.
18 min: Diskussjoni bejn anzjan u qaddej ministerjali dwar l-artiklu intitolat “Godly Families of the Past—A Pattern for Our Day,” misjub fil-ħarġa taʼ The Watchtower tal-15 taʼ Settembru, 1995, paġni 20-3. Agħmel applikazzjoni prattika biex jibbenefikaw il-familji tal-lokal.
Għanja 143 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 29 T’April
12 min: Avviżi lokali. Xi wħud jiddeskrivu lix-Xhieda taʼ Jehovah bħala “setta” jew “kult,” u jqarrqu b’oħrajn dwar l-attivitajiet u l-oġġettivi tagħna. Billi tuża l-ktieb Reasoning, paġna 202, spjega fil-qosor kif twaqqaʼ din l-akkuża.
15 min: Nagħtu Attenzjoni Ugwali Lit-Territorju Tagħna. Taħdita mill-indokratur tas-servizz. Inħawi mxerrdin ’l hemm u ’l hawn jew imwarrbin forsi rari jinħadmu. Xi wħud jevitaw għal taʼ l-apposta li jaħdmu f’lokalitajiet fejn in-nies huma sinjuri jew reliġjużi ħafna. Territorji taʼ negozju jistgħu jiġu traskurati. Xi pubblikaturi forsi jitolbu regolarment territorji li huma personalment jippreferu minflok dawk li l-iktar għandhom bżonn isiru. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jikkopera maʼ l-isforzi biex jinħadmu territorji li ma tantx isiru. Ix-xhur tas-sajf ġeneralment jipprovdu opportunità tajba biex jinħadmu nħawi fi rħula mwarrbin; forsi jistgħu jiġu organizzati gruppi bil-karozzi. Kun ċert li t-territorju huwa maħdum bir-reqqa, inklużi dawk li ma kinux id-dar, qabel ma jiġi rritornat. Offri xi suġġerimenti prattiċi oħrajn billi turi kif kulħadd jistaʼ jgħin biex jinħadem sew it-territorju tagħkom.
18 min: Noffru It-Torri Taʼ L-Għassa, The Watchtower u l-Awake! Matul Mejju. Offri kopji individwali. F’territorju li jinħadem taʼ spiss, offri kwalunkwe browxer xieraq. Żomm nota tat-tqassim kollu, bil-mira li tistabbilixxi rotta bir-rivisti. Enfasizza l-benefiċċji fit-tul mit-tqassim tar-rivisti bħala wieħed mill-iktar mezzi effettivi kif inwasslu l-messaġġ tas-Saltna lin-nies. Inkunu ċerti li għandna provista tajba meta mmorru fis-servizz; offrihom f’kull opportunità. Arranġamenti persunali għal Ġurnata Taʼ Tqassim Taʼ Rivisti kull ġimgħa huma mod tajjeb kif inżidu t-tqassim. Xogħol minn ħanut għal ieħor u għoti taʼ xiehda fit-toroq bir-rivisti huma wkoll produttivi. Aħdem fuq l-interess permezz taʼ żjajjar lura li huma maħsubin biex jinbdew studji, billi tuża l-ktieb Tgħix Għal Dejjem. Ippreżenta waħda jew żewġ turijiet qosra taʼ kif noffru l-ħarġiet kurrenti, forsi billi tuża xi preżentazzjonijiet misjubin fl-Our Kingdom Ministry taʼ Settembru 1995, paġna 3, paragrafi 3-5; aqra paragrafu 6.
Għanja 195 u talba taʼ l-għeluq.