LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 8/15 p. 32
  • Imdaħħal fiż-Żmien imma Mhux Waħdu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imdaħħal fiż-Żmien imma Mhux Waħdu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 8/15 p. 32

Imdaħħal fiż-​Żmien imma Mhux Waħdu

MINĦABBA l-​effetti tax-​xjuħija, ħafna jsiru diżabilitati, iżolati mis-​soċjetà in ġenerali. Dan ma kienx minnu fil-​każ taʼ Fernand Rivarol, li miet fl-​età taʼ 95 sena f’Ġenova, l-​Isvizzera. Hu kien jgħix waħdu, għax martu mietet u bintu li kienet miżżewġa kellha d-​dar tagħha. Għalkemm ma tantx setaʼ joħroġ mid-​dar, hu ma kienx iħossu waħdu. Spiss kien joqgħod bil-​qiegħda mal-​mejda fis-​salott, u permezz tat-​telefon kien iċempel lin-​nies biex ikellimhom dwar affarijiet spiritwali.

Matul il-​ħajja interessanti tiegħu, kien hemm żmien meta kien tabilħaqq waħdu. Għala? Hekk kif Fernand u martu saru Xhieda taʼ Ġeħova attivi fl-​1939, fl-​Ewropa bdiet it-​tieni gwerra dinjija. Fernand żamm mad-​deċiżjoni tiegħu bbażata fuq il-​Bibbja li ma jagħmel ħsara lil ħadd. Minħabba dan, hu tilef l-​impjieg tiegħu u kellu jqattaʼ diversi perijodi l-​ħabs​—b’kollox ħames snin u nofs​—li matulhom kien separat minn martu u bintu li kienet għadha żgħira.

Meta ħaseb dwar il-​passat, Fernand qal: “Għal ħafna nies, jien kont bħallikieku tlaqt impjieg stabbli u ħallejt lil familti mingħajr appoġġ. In-​nies kienu jistmerruni u jittrattawni bħala kriminal. Xorta waħda, meta naħseb dwar dawk is-​snin diffiċli, iktar minn kwalunkwe ħaġa oħra niftakar f’kif Ġeħova appoġġana u għenna. Għaddew ħafna snin minn dakinhar ’l hawn, imma l-​fiduċja tiegħi f’Ġeħova għadha soda daqskemm kienet dak iż-​żmien.”

Din il-​fidi qanqlet lil Fernand biex jaqsam it-​tama Skritturali tiegħu m’oħrajn bit-​telefon. Meta kien ikollu xi konversazzjoni tajba maʼ xi ħadd, hu kien jibagħtilhom il-​letteratura Biblika bil-​posta. Iktar tard, hu kien jerġaʼ jċempel lill-​individwu biex jara jekk il-​pubblikazzjoni għoġbitux. Kultant in-​nies kienu jibagħtu lura ittra t’apprezzament, u dan kien iferrħu ħafna.

Forsi xi ħadd bħal Fernand jikkuntattjak fil-​lokalità tiegħek. Għala ma tismax dwar dak li għandu x’jgħid sabiex issir taf x’jemmen? Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jaqsmu t-​twemmin tagħhom miegħek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja