LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 10/1 pp. 3-4
  • L-Interpretazzjoni tas-Sinjali Hi Kwistjoni Serja!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Interpretazzjoni tas-Sinjali Hi Kwistjoni Serja!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Sinjali Ferm Iktar Importanti
  • Il-Ħobżiet u l-Ħmira
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ikattar il-ħobż u jwissi dwar il-ħmira
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Qiegħed Tagħrfu s-Sinjal tal-Preżenza taʼ Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 10/1 pp. 3-4

L-​Interpretazzjoni tas-​Sinjali Hi Kwistjoni Serja!

“Għall-​ewwel ħsibt li t-​tifel tagħna Andreas kellu sempliċi wġigħ taʼ ras. Imma mbagħad inqatagħlu l-​ġuħ u telagħlu deni qawwi. L-​uġigħ taʼ ras kiber, u jien bdejt ninkwieta. Meta żewġi ġie d-​dar, ħadna lil Andreas għand it-​tabib. Dan iċċekkja s-​sintomi u bagħtu dritt l-​isptar. Il-​problema kienet iktar serja minn sempliċi wġigħ taʼ ras. Andreas kellu l-​meninġite. Ġie kkurat u fi żmien qasir fieq.”—Gertrud, omm fil-​Ġermanja.

L-​ESPERJENZA taʼ Gertrud probabbilment hija familjari għal ħafna ġenituri. Huma josservaw is-​sinjali li jindikaw li t-​tfal tagħhom jistgħu jkunu morda. Għalkemm mhux kull marda hija serja, il-​ġenituri ma jistgħux jirriskjaw li jinjoraw is-​sintomi tal-​mard t’uliedhom. Meta dak li jkun josserva s-​sinjali u jaġixxi skond il-​bżonn ikun hemm differenza kbira. Hija kwistjoni serja.

Dan huwa minnu anki fi kwistjonijiet li m’humiex marbutin mas-​saħħa. Eżempju taʼ dan hu d-​diżastru tat-​tsunami f’Diċembru taʼ l-​2004 fl-​inħawi madwar l-​Oċean Indjan. L-​aġenziji f’postijiet bħall-​Awstralja u l-​Ħawajj indunaw bit-​terremot enormi fit-​tramuntana taʼ Sumatra u raw bil-​quddiem il-​periklu li setaʼ jġib miegħu. Però, in-​nies taʼ l-​inħawi li kienu fil-​periklu ma kellhom ebda mezz disponibbli biex jirċievu t-​twissija u jwieġbu għaliha. Minħabba f’hekk, mietu iktar minn 220,000 ruħ.

Sinjali Ferm Iktar Importanti

Meta Ġesù Kristu kien fuq l-​art, hu ta tagħlima lis-​semmiegħa tiegħu dwar kif josservaw is-​sinjali u jaġixxu fuqhom. Hu kien qed jitkellem dwar xi ħaġa li kienet tassew importanti. Il-​Bibbja tirrapporta: “Resqu lejh il-​Fariżej u s-​Sadduċej biex iġarrbuh u talbuh jurihom sinjal mis-​sema. Wieġeb u qalilhom: ‘Meta jasal fil-​għaxija intom imdorrijin tgħidu, “Se jkun temp sabiħ, għax is-​sema aħmar nar”; u fil-​għodu, “Se jkun temp ikrah u bix-​xita llum, għax is-​sema aħmar nar, imma mdallam.” Intom tafu tinterpretaw id-​dehra tas-​sema imma ma tafux tinterpretaw is-​sinjali taż-​żminijiet.’”​—Mattew 16:​1-3.

Meta semma “s-​sinjali taż-​żminijiet,” Ġesù indika li s-​semmiegħa Lhud taʼ l-​ewwel seklu messhom kienu attenti għall-​urġenza taż-​żminijiet li kienu qed jgħixu fihom. Is-​sistema Lhudija kienet se tgħaddi minn taqliba kbira li kienet se teffettwahom ilkoll. Ftit jiem qabel mewtu, Ġesù kellem lid-​dixxipli tiegħu dwar sinjal ieħor—is-​sinjal tal-​preżenza tiegħu. Dak li qal f’din l-​okkażjoni hu taʼ importanza vitali għal kulħadd illum.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja