LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 7/1 pp. 3-4
  • It-Tfittxija għall-Paċi Ġewwinija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tfittxija għall-Paċi Ġewwinija
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Il-kuntentizza u l-ġenerożità
    Stenbaħ!—2018
  • Il-Ferħ Tant Diffiċli Li Jinkiseb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Jistaʼ l-Għana Jagħmlek Hieni?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Fidi f’Alla—Tirrikjedi din xi Miraklu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 7/1 pp. 3-4

It-​Tfittxija għall-​Paċi Ġewwinija

ALBERT kien raġel bi żwieġ hieni u żewġt itfal tassew ħelwin. Imma hu ħass li kellu xi ħaġa nieqsa f’ħajtu. Fiż-​żmien meta kellu jissielet biex isib ix-​xogħol, hu involva ruħu fil-​politika u sar soċjalist. Hu saħansitra sar membru attiv tal-​partit Komunista lokali.

Però, Albert ma damx ma ddiżappunta ruħu mill-​Komuniżmu. Hu ma baqax involut fil-​politika u ddedika ruħu kompletament għall-​membri tal-​familja tiegħu. L-​iskop taʼ ħajtu sar li jarahom henjin. Minkejja dan, Albert baqaʼ dejjem iħoss li hemm xi ħaġa nieqsa; hu baqaʼ jixxennaq għall-​paċi ġewwinija ġenwina li qatt ma setaʼ jikseb.

L-istorja t’Albert hija komuni ħafna. Miljuni taʼ nies, huma u jfittxu skop reali f’ħajjithom, esperimentaw b’diversi ideoloġiji, filosofiji, u reliġjonijiet. Fid-​dinja tal-​Punent, il-​moviment ħìpi tas-​snin sittin kien ribelljoni kontra l-​valuri morali u soċjali tradizzjonali. Iż-​żgħażagħ b’mod partikulari kienu jfittxu l-​hena u l-​iskop tal-​ħajja permezz taʼ drogi li jeffettwaw il-​moħħ u l-​filosofiji taʼ l-​hekk imsejħa guru u qassisin kbar li kellu l-​moviment. Minkejja dan, il-​moviment ħìpi ma rnexxilux iġib l-​hena veru. Minflok, dan għen biex jipproduċi żgħażagħ drogati u immorali, u minħabba f’hekk is-​soċjetà marret lura u daħlet f’konfużjoni morali b’ħeffa li ma bħalha.

Għal sekli sħaħ, ħafna fittxew l-​hena permezz taʼ l-​għana, il-​poter, jew l-​edukazzjoni. Dawn l-​affarijiet, fl-​aħħar mill-​aħħar, iwasslu għal diżappunt. “Anki meta wieħed ikollu bl-​abbundanza,” qal Ġesù, “ħajtu ma tiddependix minn dak li għandu.” (Luqa 12:15) Minflok, il-​ġiri wara r-​rikkezzi ġeneralment iġib miegħu d-​dwejjaq. Il-​Bibbja tgħid: “Dawk li huma determinati li jsiru għonja jaqgħu f’tentazzjoni u f’nassa u f’ħafna xewqat bla sens li jwasslu għall-​ħsara u li jixħtu lill-​bnedmin f’qerda u f’rovina. Għax l-​imħabba għall-​flus hi l-​għerq taʼ kull tip taʼ ħsara u, billi rawmu din l-​imħabba, xi wħud . . . ferew lilhom infushom b’ħafna weġgħat.”—1 Timotju 6:​9, 10.

Allura, kif jistaʼ individwu jsib il-​paċi ġewwinija u skop fil-​ħajja? Huwa l-​każ li trid bilfors toqgħod titgħallem mill-​iżbalji tiegħek, minħabba li m’għandikx gwida li tgħinek issib paċi ġewwinija u skop fil-​ħajja? B’ferħ nistgħu ngħidu li le. Bħalma se naraw fl-​artiklu li jmiss, is-​soluzzjoni tinsab f’li jiġi sodisfatt bżonn li hu importanti ferm u li fil-​fatt jinsab fil-​bniedem biss.

[Stampa f’paġna 3]

Se tgħinek it-​tfittxija għall-​għana, il-​poter, jew l-​edukazzjoni ssib il-​paċi ġewwinija?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja