LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 5/15 pp. 8-9
  • Familji Msaħħin mill-Għarfien t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Familji Msaħħin mill-Għarfien t’Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Alla Jistaʼ Jsaħħaħ il-​Familja
  • Hemm Xi Sigriet għall-Hena fil-Familja?
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Gawdi l-Ħajja tal-Familja
    Gawdi l-Ħajja tal-Familja
  • Nagħmlu Suċċess Mill-Ħajja Tal-Familja
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Kif Tistaʼ Tagħmel il-​Ħajja tal-​Familja Tiegħek Hienja
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 5/15 pp. 8-9

“L-​Għajnuna Tiegħi Ġejja Mingħand Ġeħova”

Familji Msaħħin mill-​Għarfien t’Alla

IL-​“ĦAJT TAʼ BERLIN.” Dan hu dak li koppja mill-​Arġentina kienet issejjaħ ħajt taʼ veru li huma kienu bnew sabiex jaqsmu d-​dar tagħhom fi tnejn! Huma kellhom differenzi li ma setgħux jirranġawhom; sempliċement ma setgħux jissaportu lil xulxin.

B’sogħba, is-​sitwazzjoni tal-​koppja m’hijiex unika. Ħafna familji huma mifluġin bil-​ġlied, l-​infedeltà, u mibegħda kbira. Din hija ħasra ladarba l-​familja hija istituzzjoni stabbilita minn Alla nnifsu. (Ġenesi 1:​27, 28; 2:​23, 24) Dan ir-​rigal minn Alla huwa l-​post ideali fejn tintwera mħabba profonda. (Rut 1:9) Billi jwettqu l-​obbligi li ngħatawlhom minn Alla, il-​membri tal-​familja jistgħu jonoraw lil Ġeħova u jkunu barka għal xulxin.a

Peress li Alla stabbilixxa l-​arranġament tal-​familja, irridu nħallu l-​mod taʼ ħsieb tiegħu jinfluwenza l-​mod kif naħsbu li l-​familja għandha taħdem. Il-​Kelma tiegħu tipprovdi ħafna pariri prattiċi li huma disinjati biex jgħinu lill-​familji jkollhom suċċess, speċjalment meta jqumu l-​isfidi. Dwar l-​irwol taʼ l-​irġiel miżżewġin, il-​Bibbja tgħid: ‘L-​irġiel għandhom iħobbu lin-​nisa tagħhom, bħal ġisimhom stess.’ Meta r-​raġel iwettaq din il-​ħtieġa, se jkun taʼ pjaċir għall-​mara li turi “rispett profond lejn żewġha.”​—Efesin 5:​25-29, 33.

Rigward ir-​relazzjoni taʼ bejn il-​ġenituri u t-​tfal, l-​appostlu Pawlu kiteb: “Missirijiet, iddejqux lil uliedkom, imma ibqgħu rabbuhom fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova.” (Efesin 6:4) Min-​naħa l-​oħra, dan se joħloq atmosfera sabiħa fil-​familja, u dan se jagħmilha iktar faċli għat-​tfal biex jobdu lill-​ġenituri tagħhom.​—Efesin 6:1.

Il-punti li għadna kif semmejna huma eżempji tal-​pariri siewja li l-​Bibbja tagħti dwar il-​ħajja tal-​familja. Billi japplikaw il-​prinċipji divini, ħafna jgawdu kuntentizza ġewwa djarhom. Ħu per eżempju lill-​koppja mill-​Arġentina li semmejna fil-​bidu. Wara li studjaw il-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova għal tliet xhur, it-​tnejn li huma bdew japplikaw il-​pariri għaqlin fuq iż-​żwieġ. Huma ħadmu iebes biex itejbu l-​komunikazzjoni tagħhom, juru simpatija għall-​bżonnijiet taʼ xulxin, u jaħfru. (Proverbji 15:22; 1 Pietru 3:7; 4:8) Huma tgħallmu jikkontrollaw ir-​rabja tagħhom u jduru lejn Alla għall-​għajnuna meta jkun jidher li se jitilfu l-​kontroll. (Kolossin 3:19) Ma damx ma waqaʼ l-​“Ħajt taʼ Berlin”!

Alla Jistaʼ Jsaħħaħ il-​Familja

L-​għarfien u l-​apprezzament għal-​livelli t’Alla jistgħu jsaħħu l-​familja sabiex tkun tistaʼ tiflaħ għall-​pressjonijiet. Dan huwa vitali, għax kien profetizzat li fi żmienna l-​arranġament tal-​familja kellu jesperjenza attakk mill-​agħar. Pawlu bassar li kellu jkun hawn kollass fil-​moralità u fis-​soċjetà taʼ l-​umanità. Hu qal li l-​“aħħar jiem” kellhom ikunu karatterizzati minn nuqqas taʼ lealtà u “mħabba naturali,” kif ukoll mid-​diżubbidjenza lejn il-​ġenituri, saħansitra fost dawk li “jkollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla.”​—2 Timotju 3:​1-5.

Jekk nipprovaw nogħġbu lil Alla se niġu megħjunin negħlbu l-​effetti li jkissru l-​familja. Ħafna familji sabu li hemm bżonn soluzzjoni spiritwali sabiex ikunu jistgħu jkampaw maʼ ħafna mill-​isfidi li jiffaċċjaw. Jekk il-​membri tal-​familja jkunu jixtiequ jkollhom relazzjoni tajba m’Alla, dak li verament għandhom bżonn jagħmlu hu li japplikaw il-​prinċipji Bibliċi u jirrealizzaw li “jekk il-​Mulej ma jibnix id-​dar, għalxejn jitħabtu l-​bennejja.” (Salm 127:1) Il-​familja se jirnexxilha jkollha kuntentizza jekk kemm-il darba l-​membri jpoġġu ’l Alla l-​ewwel f’ħajjithom.​—Efesin 3:​14, 15.

Fil-​Ħawajj, raġel li jismu Dennis irrealizza kemm dan hu minnu. Għalkemm kien jgħid li hu Kristjan, il-​kliem ħażin u l-​ġlied kienu saru parti minn ħajtu. Wara li daħal suldat, hu sar saħansitra iktar aggressiv u mimli mibegħda. “Kont dejjem niġġieled,” jiftakar hu. “Ma kienx jinteressani x’jiġri minni, u ma kontx nibżaʼ li mmut. Il-​kliem ħażin u l-​ġlied kompla. Il-​mara tiegħi, li kienet waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova, inkuraġġietni biex nibda nistudja lBibbja.”

Dennis injora l-​isforzi taʼ martu. Madankollu, l-​imġiba Kristjana tagħha rattbet l-​attitudni negattiva tiegħu. Eventwalment, Dennis attenda laqgħa Kristjana mal-​mara u t-​tfal tiegħu. Minn dakinhar ’il quddiem, inbeda studju tal-​Bibbja maʼ Dennis, u għamel progress tajjeb. Hu qataʼ l-​vizzju tat-​tipjip wara li kien ilu jpejjep 28 sena u ma baqax jagħmilha maʼ ħbieb li kienu jieħdu sehem f’dak kollu li hu kien qed jipprova jaqtaʼ. Grat għal dak li Ġeħova għamel miegħu, Dennis jgħid: “Il-​ħajja tal-​familja tiegħi tjiebet. Immorru l-​laqgħat u fuq il-​ministeru flimkien bħala familja. Iż-​żewġt itfal tiegħi ma baqgħux jibżgħu minni, għax tgħallimt nikkontrolla r-​rabja u ma bqajtx nitkellem ħażin. Issa nistgħu nitkellmu, u nieħdu pjaċir ikollna diskussjonijiet fuq il-​Bibbja. Kieku ma kinitx il-​verità mill-​Bibbja, illum m’iniex hawn; kien vera jitlagħli malajr.”

Il-familji jistgħu jiksbu l-​hena meta jaħdmu iebes biex jagħmlu r-​rieda taʼ Ġeħova. L-​esperjenza turi li jekk saħansitra membru wieħed biss tal-​familja japplika l-​prinċipji tal-​Bibbja, l-​affarijiet imorru aħjar milli kieku ħadd minnhom ma japplikahom. M’huwiex faċli biex tibni familja Kristjana, u dan jirrikjedi l-​abbiltà u ż-​żmien. Imma l-​membri taʼ familja bħal din jistgħu jibqgħu ċerti li Ġeħova se jbierek l-​isforzi kollha li jkunu għamlu biex jibnu l-​familja u se jkollhom suċċess. Huma jistgħu jirriflettu l-​kliem tas-​salmista: “L-​għajnuna tiegħi mingħand il-​Mulej.”​—Salm 121:2.

[Nota taʼ taħt]

a Ara t-​2005 Calendar of Jehovah’s Witnesses, Mejju/Ġunju.

[Kumment f’paġna 9]

Lil Alla “taf isimha kull familja fis-​sema u fuq l-​art.”—EFESIN 3:15

[Kaxxa f’paġna 8]

ĠEĦOVA JGĦOŻŻ L-​ARRANĠAMENT TAL-​FAMILJA

“U berikhom Alla u qalilhom: ‘Nisslu u oktru, u imlew l-​art.’” ​—Ġenesi 1:28.

“Hieni kull min jibżaʼ mill-​Mulej . . . Martek tkun bħal dielja għammiela fl-​irkejjen taʼ darek.”​—Salm 128:​1, 3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja