LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 6/15 p. 32
  • Sempliċement Drawwa jew Tixħim?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sempliċement Drawwa jew Tixħim?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 6/15 p. 32

Sempliċement Drawwa jew Tixħim?

F’ĊERTI kulleġġi fil-​Polonja hija d-​drawwa li l-​istudenti jiġbru l-​flus biex jixtru rigali għall-​għalliema tagħhom, bit-​tama li jiksbu marki aħjar fl-​eżamijiet tagħhom. Mhux taʼ b’xejn li żagħżugħa Kristjana jisimha Katarzyna ffaċċjat sitwazzjoni diffiċli. Bdiet tistaqsi lilha nfisha, “Għandi nagħti flus jew le?” L-​istudenti l-​oħra rraġunaw: “Hija drawwa komuni. M’int se titlef xejn, imma tistaʼ tiggwadanja ħafna, allura għala għandek id-​dubji?”

“Irrid nammetti li fl-​ewwel sena taʼ l-​iskola, jien ħadt sehem fil-​ġabra tal-​flus,” tgħid Katarzyna. “Kien biss iktar tard li indunajt li b’hekk kont ħadt sehem fit-​tixħim, li hu kkundannat fil-​Bibbja.” Hi ftakret fi skritturi li juru li Jehovah bl-​ebda mod ma japprova t-​tixħim. (Dewteronomju 10:17; 16:19; 2 Kronaki 19:7) Katarzyna tgħid: “Jien fhimt kemm hu faċli li ċċedi għall-​pressjoni minn dawk taʼ mparek. Jien ħsibt dwarha u minn dakinhar ’l hawn qatt m’erġajt ħadt sehem f’din id-​drawwa.” Matul dawn l-​aħħar tliet snin, minkejja t-​twaqqigħ għaċ-​ċajt minn studenti oħrajn, kienet kapaċi tispjega lil xi wħud li hi ma tipparteċipax fil-​ġbir taʼ dawn “ir-​rigali” minħabba l-​konvinzjonijiet tagħha bbażati fuq il-​Bibbja.

Kien hemm min akkuża lil Katarzyna li kellha attitudni egoista u anti-soċjali. “Xi wħud minnhom xorta ma jiħdux gost jagħmluha miegħi,” tgħid hi. “Però, mill-​banda l-​oħra, ħafna jirrispettaw il-​ħarsa tiegħi u dan jagħmilni ferħana.” Katarzyna saret magħrufa bħala waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah li josservaw il-​prinċipji tal-​Bibbja fil-​ħajja taʼ kuljum.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja