LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 5/15 p. 32
  • Tapprezzaha Int l-Imħabba t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tapprezzaha Int l-Imħabba t’Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 5/15 p. 32

Tapprezzaha Int l-​Imħabba t’Alla?

IR-​RAĠEL Ġob darba ddeskriva l-​kundizzjoni imperfetta tal-​bniedem b’dan il-​kliem: “Il-​bniedem imwieled minn mara għandu ħajja qasira, imma tbatija għandu biżżejjed. Bħal warda, jiftaħ u mbagħad jidbiel, u jaħrab bħal dell li ma jiqafx.” (Ġob 14:​1, 2) Il-​ħajja taʼ Ġob f’dak iż-​żmien, kienet mimlija b’ansjetà u niket. Qatt ħassejtek hekk int?

Madankollu, minkejja d-​diffikultajiet u l-​problemi kollha li nistgħu niffaċċjaw teżisti tama li hija msejsa fis-​sod, waħda li hija bbażata fuq il-​mogħdrija u l-​imħabba t’Alla. L-​ewwel ħaġa, Missierna tas-​sema kollu ħniena pprovda s-​sagrifiċċju taʼ fidwa biex jeħles lill-​bnedmin mill-​kundizzjoni taʼ għajb u midinba tagħhom. Skond Ġwann 3:​16, 17, Ġesù Kristu stqarr: “Alla hekk ħabb lid-​dinja [taʼ bnedmin] li ta lil Ibnu l-​waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-​ħajja taʼ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu [Ġesù] fid-​dinja biex jagħmel ħaqq mid-​dinja, imma biex id-​dinja ssalva permezz tiegħu.”

Ikkunsidra wkoll l-​attitudni ħanina t’Alla lejna l-​bnedmin imperfetti. L-​appostlu Pawlu ddikjara: “Minn bniedem wieħed għamel il-​ġens kollu tal-​bnedmin biex jgħammru fuq wiċċ l-​art kollha, u qassmilhom bil-​qjies iż-​żminijiet u t-​truf taʼ l-​art fejn għandhom jgħammru; u dan għamlu biex huma jfittxu lil Alla u forsi jħossuh b’idejhom u jsibuh; u tassew, hu m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.” (Atti 17:​26, 27) Immaġina dan xi jfisser! Għalkemm aħna bnedmin imperfetti, nistgħu xorta waħda ngawdu relazzjoni persunali mal-​Ħallieq tagħna kollu mħabba, Alla Jehovah.

Mela, nistgħu niffaċċjaw il-​futur b’fiduċja sħiħa, billi nafu li Alla jimpurtah minna u b’imħabba kbira għamel provvedimenti għall-​benefiċċju dejjiemi tagħna. (1 Pietru 5:7; 2 Pietru 3:13) Allura, żgur li dan għandu jqanqalna biex nitgħallmu iktar dwar Alla tagħna kollu mħabba billi nistudjaw il-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja