LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 7/1 p. 31
  • ‘Baqaʼ Jżomm Sħiħ sa l-Aħħar’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Baqaʼ Jżomm Sħiħ sa l-Aħħar’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 7/1 p. 31

‘Baqaʼ Jżomm Sħiħ sa l-​Aħħar’

FIL-​VIDJO li ħareġ fl-​1993 biex jintwera lill-​membri ġodda tal-​kwartieri ġenerali tax-​Xhieda taʼ Jehovah, Lyman Alexander Swingle esprima x’kien ifisser għalih li jaqdi lil Jehovah b’dan il-​mod: “Tmut biż-​żarbun f’saqajk!”a

Taʼ disgħin sena, Ħuna Swingle għamel preċiż dak li inkuraġġixxa lil oħrajn biex jagħmlu. ‘Baqaʼ jżomm sħiħ sa l-​aħħar.’ (Mattew 24:13) Għalkemm kien batut fiżikament, nhar l-​Erbgħa, is-​7 taʼ Marzu, attenda l-​laqgħa tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah, li tagħha kien membru. It-​Tlieta taʼ wara qaleb għall-​agħar, u fl-​14 taʼ Marzu, fl-​4:26 a.m., it-​tabib tiegħu ċċertifikah li kien mejjet.

Lyman Swingle beda s-​servizz tiegħu fil-​kwartieri ġenerali tax-​Xhieda taʼ Jehovah fi Brooklyn, New York, fil-​5 t’April, 1930. Dam jaqdi hemmhekk għal kważi 71 sena. L-​ewwel inkarigu taʼ Lyman kien fid-​dipartiment fejn jillegaw il-​kotba, imbagħad fl-​istamperija, u kien ukoll jgħin fid-​dipartiment fejn kienu jipproduċu l-​linka għall-​istampar. Fil-​fatt, Ħuna Swingle qattaʼ 25 sena jagħmel il-​linka. Hu qattaʼ wkoll madwar 20 sena bħala membru tad-​Dipartiment tal-​Kitba. Għall-​aħħar 17-il sena taʼ ħajtu, hu kien jaħdem fl-​Uffiċċju tat-​Teżorier.

Lyman kien proklamatur qalbieni tas-​Saltna t’Alla. Fl-​ewwel snin tiegħu fi Brooklyn, hu u Arthur Worsley, li kien joqgħod fl-​istess kamra miegħu, kienu jbaħħru tul ix-​Xmara Hudson fuq wieħed mill-​vapuri żgħar tax-​Xhieda. Bl-​użu tal-​loudspeakers, kienu jqattgħu ħafna Sibtijiet u Ħdud ixandru l-​aħbar tas-​Saltna lill-​komunitajiet madwar ix-​xtut.

Ħuna Swingle twieled fis-​6 taʼ Novembru, 1910, ġewwa Lincoln, f’Nebraska, imma ftit wara l-​familja tiegħu marret toqgħod Salt Lake City, ġewwa Utah. Kien hemmhekk li, fl-​1913, il-​ġenituri tiegħu saru Studenti tal-​Bibbja, bħalma kienu magħrufin dak iż-​żmien ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Matul is-​snin, il-​familja Swingle kienet tilqaʼ f’darha lil diversi viżitaturi, kelliema mill-​kwartieri ġenerali tax-​Xhieda fi Brooklyn, u dan kellu influwenza pożittiva fuq Lyman. Fl-​1923, meta kellu biss 12-il sena, hu tgħammed b’simbolu tad-​dedikazzjoni tiegħu lil Alla.

Wara li kien ilu jaqdi għal iktar minn 26 sena fi Brooklyn bħala ġuvni, Lyman iżżewweġ lil Crystal Zircher fit-​8 taʼ Ġunju, 1956, u ħajtu nbidlet mil-​lejl għan-​nhar. Kienu koppja inseparabbli, u baqgħu dejjem joħorġu flimkien fil-​ministeru sakemm Crystal mietet fl-​1998. Madwar tliet snin qabel, Crystal kienet tatha puplesija li ħallietha b’diżabilità kbira. Il-​mod kif Lyman kuljum kien jieħu ħsiebha kien eżempju taʼ devozzjoni li jqanqal lil kulħadd, speċjalment lil dawk li kienu jarawh jimbotta s-​siġġu tar-​roti fuq il-​bankina f’dawk l-​inħawi, waqt li Crystal kienet toffri It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! lil kulmin ikun għaddej.

Ħuna Swingle kien bniedem dħuli, qalbu tajba, u kien maħbub minn kulmin kien jafu. Bħal missieru u ommu, hu kellu t-​tama bbażata fuq il-​Bibbja li jgħix maʼ Ġesù Kristu fis-​Saltna tas-​sema, tama li aħna fiduċjużi li issa twettqet.—1 Tessalonikin 4:​15-18; Apokalissi 14:13.

[Noti taʼ taħt]

a Dan ifisser li tmut meta tkun għadek attiv ferm f’xogħlok.

[Stampa f’paġna 31]

Ħuna Swingle qattaʼ madwar 25 sena jagħmel il-​linka

[Stampa f’paġna 31]

Lyman u Crystal kienu inseparabbli

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja