Jibqgħu Impressjonati
KULL sena, ix-Xhieda taʼ Jehovah fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jiltaqgħu flimkien għal assembleat u konvenzjonijiet Kristjani. Dan jagħmluh sabiex igawdu mit-tagħlim u s-sħubija li jibnuhom spiritwalment. Iżda aspetti oħra tal-laqgħat tagħhom jistgħu jġagħlu lil xi wħud ġodda jibqgħu impressjonati.
Per eżempju, f’Lulju taʼ l-1999, eluf taʼ Xhieda fil-Możambik iltaqgħu għat-tlett ijiem tal-Konvenzjoni Distrettwali “Il-Kelma Profetika t’Alla” li tant saħħithom. Ħafna minn dawk preżenti kienu qed jattendu l-konvenzjoni għall-ewwel darba. Baqgħu impressjonati mhux biss bil-kliem li semgħu minn fuq il-platform iżda wkoll b’dak li raw madwarhom.
Kumment wieħed li sar f’Sala taʼ l-Assemblea f’Maputo kien: “Qatt ma rajt post sabiħ daqs dan f’ħajti kollha! It-tojlits kellhom is-sapun u l-mirja, u kien hemm riħa taʼ ndafa. Kien hemm atmosfera taʼ paċi mingħajr ma tismaʼ l-ebda tfal jiġġieldu. U ma kien hemm ħadd li qagħad jimbotta! Jien rajt żgħażagħ ferħanin ikellmu u jinkuraġġixxu lil xulxin. Bqajt impressjonata wkoll bil-mod kif kulħadd kien liebes pulit. Darb’oħra, se nġib lit-tfal u se nikkonvinċi lir-raġel li aħna bħala familja rridu bilfors nattendu għall-konvenzjoni.”
Iva, l-onestà, l-integrità, u l-indafa fiżika tax-Xhieda taʼ Jehovah ma jistgħux ma jiġux innotati. Ix-Xhieda għala huma differenti? Għaliex huma verament jipprovaw japplikaw dak li jitgħallmu mill-Bibbja. Għax ma tingħaqadx magħhom din is-sena fil-konvenzjonijiet nazzjonali jew fil-laqgħat taʼ kull ġimgħa tagħhom fis-Sala tas-Saltna lokali, u b’hekk tkun tistaʼ tara b’għajnejk stess?
[Stampa f’paġna 32]
ZAMBJA
[Stampa f’paġna 32]
KENJA
[Stampa f’paġna 32]
Możambik