LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 7/15 pp. 26-28
  • Hemm Ġawhar Ħaj fin-Namibja!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hemm Ġawhar Ħaj fin-Namibja!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Jinbeda Xogħol Spiritwali fil-​Minjiera
  • Jaslu Ħaddiema Full-Time
  • L-​Illostrar tal-​Ġawhar
  • Il-​Ħtieġa għal Minaturi Spiritwali
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 7/15 pp. 26-28

Hemm Ġawhar Ħaj fin-​Namibja!

IN-​NAMIBJA tibqaʼ sejra kważi 1,500 kilometru max-​xatt fil-​lbiċ taʼ l-​Afrika. Il-​medda max-​xatt tal-​pajjiż kollu tikkonsisti minn duni tar-​ramel, għoljiet kollha blat, u pjanuri vasti taż-​żrar. Mal-​ġebel tal-​bajjiet mimlijin ċagħaq hemm imħallat ħaġar prezzjuż taʼ kull kulur li wieħed jistaʼ jimmaġina. Minn żmien għal żmien jinstabu saħansitra d-​djamanti hemmhekk. Imma l-​pajjiż għandu xi ħaġa ferm iktar prezzjuża minn dan il-​ħaġar. In-​Namibja għandha ġawhar ħaj​—in-​nies tal-​bosta gruppi nazzjonali li fiha.

L-abitanti l-​iktar bikrin tan-​Namibja kienu jitkellmu b’familja taʼ lingwi msejħa Kojsan. Id-​diskors tagħhom kien magħruf għall-​ħsejjes li jċaqċqu tiegħu. Fost dawk li jitkellmu bil-​Kojsan illum hemm id-​Damara, li għandhom ġilda skura, in-​Nama, li għandhom ġilda ċara u huma taʼ daqs żgħir, u s-​San, kaċċaturi famużi. Ħafna tribujiet suwed ġew ukoll fin-​Namibja f’sekli iktar reċenti. Dawn jaqgħu taħt tliet grupp nazzjonali prinċipali: l-​Ovambo (l-akbar grupp etniku fin-​Namibja), il-​Ħerero, u l-​Kavango. L-​Ewropej bdew jgħixu fin-​Namibja matul is-​seklu 19. Iktar immigranti waslu wara li nstabu xi djamanti fir-​ramel tad-​deżert.

L-abitanti tan-​Namibja huma prezzjużi għaliex huma parti mid-​dinja taʼ bnedmin li Alla ta lil Ibnu għaliha, u b’hekk fetaħ it-​triq għal ħajja taʼ dejjem. (Ġwann 3:16) Mijiet taʼ Namibjani minn ħafna tribujiet diġà wieġbu favorevolment għall-​messaġġ taʼ salvazzjoni. Dawn jistgħu jitqabblu maʼ ġawhar ħaj għaliex huma fost “[i]l-ġid kollu tal-​popli” li issa qed jinġabar lejn id-​dar taʼ qima li għandu Jehovah.—Ħaggaj 2:7.

Jinbeda Xogħol Spiritwali fil-​Minjiera

Kien fl-​1928 li ngħata bidu għall-​ġbir tal-​ġawhar spiritwali fin-​Namibja. Matul dik is-​sena, il-​fergħa tas-​Soċjetà (Watch Tower) fl-​Afrika t’Isfel impostat 50,000 pubblikazzjoni Biblika lil diversi nies mifruxin mal-​pajjiż kollu. Is-​sena taʼ wara waħda mill-​Kristjani midlukin mill-​Afrika t’Isfel, jisimha Lenie Theron, segwiet l-​interess li kien intwera. Fi żmien erbaʼ xhur hi qasmet minn naħa għal oħra tal-​pajjiż vast kollu waħedha, u qassmet iktar minn 6,000 għajnuniet għall-​istudju tal-​Bibbja bl-​Afrikaans, bl-​Ingliż, u bil-​Ġermaniż. Dan ix-​xogħol kollu żgur li ma kienx għal xejn.

Per eżempju, ikkunsidra lil Bernhard Baade, minatur Ġermaniż. Fl-​1929 irċieva provvista taʼ bajd minn bidwi li geżwer kull bajda f’paġna minn pubblikazzjoni tas-​Soċjetà. Bernhard qara kull paġna bil-​ħerqa, waqt li beda jhewden dwar min kien kiteb il-​ktieb. Eventwalment wasal fl-​aħħar paġna, li kien fiha indirizz Ġermaniż tas-​Soċjetà. Bernhard bagħat għal iktar letteratura u sar l-​ewwel Namibjan li ħa waqfa għall-​verità.

Jaslu Ħaddiema Full-Time

Fl-​1950, erbaʼ missjunarji mħarrġin fl-​Iskola taʼ Gilgħad (Watchtower Bible School of Gilead) waslu fin-​Namibja. In-​numru taʼ missjunarji kiber għal tmienja sa l-​1953. Dawn inkludew lil Dick u Coralie Waldron, koppja Awstraljana miżżewġa. Huma għadhom qed jaqdu hawnhekk fedelment. Ħafna proklamaturi full-time oħrajn tas-​Saltna mill-​Afrika t’Isfel u minn pajjiżi oħrajn ħadu sehem ukoll fil-​ġbir tal-​ġawhar spiritwali tan-​Namibja. Missjunarji oħrajn, kif ukoll gradwati taʼ l-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali, intbagħtu lejn in-​Namibja.

Fattur ieħor li kkontribwixxa għat-​tkabbir spiritwali fin-​Namibja kien u għadu t-​traduzzjoni u l-​ippubblikar taʼ letteratura Biblika fil-​lingwi lokali ewlenin, bħall-​Ħerero, il-​Kwangali, il-​Kwanjama, in-​Nama/Damara, u l-​Indonga. L-​uffiċċju tat-​traduzzjoni u d-​dar għal ħaddiema volontieri full-time ilhom joperaw fil-​belt kapitali, Windhoek, sa mill-​1990. Karen Deppisch, li ħadet sehem maʼ żewġha fix-​xogħol taʼ l-​evanġelizzar full-time f’partijiet differenti tan-​Namibja, tgħid: “Ħafna jiskantaw meta noffrulhom letteratura bil-​lingwa tagħhom stess, speċjalment minħabba li ftit li xejn jeżistu kotba taʼ kwalunkwe tip f’dik il-​lingwa partikulari.”

L-​Illostrar tal-​Ġawhar

Xi wħud mill-​ġojjelli letterali tan-​Namibja ġew illostrati biċ-​ċaqliq tal-​mewġ u tar-​ramel matul eluf taʼ snin. Imma, m’għandniex xi ngħidu, dawn il-​proċessi naturali ma jipproduċux ġawhar ħaj. Jeħtieġ sforz biex bnedmin imperfetti ‘jinżgħu l-​bniedem il-​qadim’ u jilbsu l-​bniedem il-​ġdid li jixbah lil Kristu. (Efesin 4:20-24) Per eżempju, il-​venerazzjoni t’antenati mejtin hija tradizzjoni qawwija fost ħafna tribujiet tan-​Namibja. Dawk li ma jwettqux atti taʼ qima lill-​antenati taʼ spiss jiġu persegwitati minn membri tal-​familja u mill-​ġirien. Meta individwi jitgħallmu mill-​Bibbja li l-​mejtin “ma jafu xejn,” ikunu qed jiffaċċjaw prova. (Koħèlet 9:5) B’liema mod?

Xhud mill-​Ħerero jispjega: “Kienet sfida kbira li nkun ubbidjenti lejn il-​verità. Aċċettajt studju tal-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah, imma domt biex napplika l-​affarijiet li kont qed nitgħallem. L-​ewwel, kelli niċċekkja jekk kienx se jkolli sigurtà billi ma nipprattikax it-​twemmin tradizzjonali. Per eżempju, kont ngħaddi bil-​karozza minn ċerti postijiet fin-​Namibja mingħajr ma nieqaf inqiegħed ġebla jew ninżaʼ l-​kappell b’tislima lill-​mejtin. Bil-​mod il-​mod, ikkonvinċejt ruħi li ma kien se jiġrili xejn talli ma nqimx lill-​antenati mejtin. Kemm jien ferħan li Jehovah bierek l-​isforzi tiegħi biex ngħin lill-​familja tiegħi u lil uħud interessati oħrajn jitgħallmu l-​verità!”

Il-​Ħtieġa għal Minaturi Spiritwali

Qabel il-​wasla tal-​missjunarji fl-​1950, kien hemm biss pubblikatur wieħed taʼ l-​aħbar tajba fin-​Namibja. In-​numru kiber b’mod stabbli għal quċċata taʼ 995. Madankollu, għad fadal ħafna xogħol x’isir. Fil-​fatt, xi reġjuni bilkemm intmessu. Qiegħed int f’pożizzjoni li taqdi fejn il-​ħtieġa għal proklamaturi żelużi tas-​Saltna hija kbira? Mela, jekk jogħġbok, ejja san-​Namibja u għinna nsibu u nillostraw iktar ġawhar spiritwali.—Qabbel Atti 16:9.

[Mappa/Stampi f’paġna 26]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-​test, ara pubblikazzjoni)

L-​AFRIKA

IN-​NAMIBJA

[Stampi]

In-​Namibja hija pajjiż li fih ġawhar mill-​isbaħ

[Sorsi]

Mapep: Mountain High Maps® Copyright © 1997 Digital Wisdom, Inc.; Djamanti: Courtesy Namdek Diamond Corporation

[Stampi f’paġna 26]

L-​aħbar tajba qed tiġi pridkata lill-​gruppi etniċi kollha tan-​Namibja

[Stampa f’paġna 28]

Tistaʼ taqdi fejn il-​ħtieġa għal proklamaturi tas-​Saltna hija akbar?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja