LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 5/1 p. 25
  • Aqra maʼ Wliedek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aqra maʼ Wliedek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 5/1 p. 25

Aqra maʼ Wliedek

Skond ir-​rivista Brażiljana Veja, tfal li l-​ġenituri tagħhom huma qarrejja diliġenti għandhom iktar ċans li jsiru jħobbu l-​qari minn tfal li m’għandhom lil ħadd fid-​dar min jagħtihom dan l-​eżempju. “Il-​qari flimkien isaħħaħ l-​intimità bejn il-​ġenituri u t-​tfal u jagħmilha possibbli biex it-​tfal jassorbu aħjar il-​kontenut tal-​kotba,” tinnota Martha Hoppe, speċjalista fil-​qasam taʼ l-​iżvilupp tat-​tfal.

Li taqra tgħajjat lil uliedek jagħtik ukoll l-​opportunità li twieġeb il-​mistoqsijiet tagħhom. Tistaʼ tiddiskuti xi stampi li jkun hemm flimkien mal-​materjal. “Iktar ma t-​tifel jifhem il-​kontenut tal-​kotba,” tosserva Hoppe, “iktar se jiżviluppa l-​ħeġġa li jfittixhom meta jkun irid jissodisfa l-​kurżità.”

Ħafna ġenituri fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah jieħdu gost jaqraw maʼ wliedhom. Forsi jaqraw pubblikazzjonijiet bħal Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, Listening to the Great Teacher, u L-​Aqwa Bniedem Li Qatt Għex.a Kotba bħal dawn mhux biss jgħinu lit-​tfal isiru qarrejja tajbin imma wkoll, ikabbru l-​interess tagħhom fl-​iktar ktieb mibjugħ fid-​dinja​—il-​Bibbja Mqaddsa. Għalhekk, jekk int ġenitur, kun int li tagħti l-​eżempju lil uliedek billi tkun qarrej entużjast tal-​Kelma t’Alla. (Ġożwè 1:7, 8, NW) U agħmel kull sforz biex tieħu l-​ħin biex taqralhom!

[Nota taʼ taħt]

a Ippubblikati mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja