LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 12/15 p. 29
  • Wieħed Studjuż Jiddata Manuskritt Bibliku mill-Ġdid

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Wieħed Studjuż Jiddata Manuskritt Bibliku mill-Ġdid
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 12/15 p. 29

Wieħed Studjuż Jiddata Manuskritt Bibliku mill-​Ġdid

Skond Carsten Peter Thiede, espert Ġermaniż fil-​papiroloġija, hemm evidenza qawwija li tliet frammenti tal-​papiru tal-​Vanġelu taʼ Mattew (magħrufin bħala l-​Magdalen Papyrus) inkitbu fl-​ewwel seklu.

Wara li qabbel il-​frammenti (li fihom partijiet minn Mattew kapitlu 26) maʼ ittra kummerċjali antika misjuba fl-​Eġittu, Thiede innota li d-​dokument Eġizzjan jixbah “lill-​Magdalen Papyrus qisu t-​tewmi tiegħu​—fid-​dehra ġenerali u fis-​sura u l-​forma taʼ l-​ittri individwali.” Thiede u l-​ko-awtur Matthew D’Ancona, fil-​ktieb tagħhom Eyewitness to Jesus​—Amazing New Manuscript Evidence About the Origin of the Gospels, jikkonkludu li x-​xebh bejn iż-​żewġ dokumenti jindika li dawn inkitbu bejn wieħed u ieħor fl-​istess żmien. Meta? Id-​dokument kummerċjali huwa ddatat “‘Fis-​sena 12 taʼ Neruni l-​Mulej, fit-​30 taʼ Epeiph​—li, skond il-​kalendarju tagħna, huwa l-​24 taʼ Lulju, 66 [E.K.]”

“Din id-​data, jekk hija eżatta, għandha sinjifikat kbir,” jikkummenta l-​Professur Philip W. Comfort, f’artiklu ppubblikat fit-​Tyndale Bulletin, “għax tpoġġi manuskritt tal-​Vanġelu taʼ Mattew fl-​istess seklu li nkiteb fih.” Din tagħmel ukoll lill-​Magdalen Papyrus l-​eqdem frammenti tal-​Vanġelu li jeżistu.

[Stampa f’paġna 29]

Il-​Magdalen Papyrus, muri fid-​daqs attwali

[Sors]

Bil-​permess taʼ the President and Fellows of Magdalen College, Oxford

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja