LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 12/1 pp. 3-4
  • Ħafna Jgħidu li Għandhom il-Fidi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħafna Jgħidu li Għandhom il-Fidi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Isem Ġesù Llum
  • L-Isem li Jwassal għall-Fidi Vera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Kemm Hu Importanti Isem Ġeħova għal Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Kemm Hu Importanti Isem Ġeħova Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Onora l-Isem il-Kbir ta’ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 12/1 pp. 3-4

Ħafna Jgħidu li Għandhom il-​Fidi

“ĠESÙ huwa taʼ l-​għaġeb! Hu tassew meraviljuż!” esklamat mara reliġjuża mill-​Brażil. Tabilħaqq, ħadd ma jistaʼ jiċħad il-​qawwa li għandu isem Ġesù. Matul l-​istorja, kien hemm nies li kienu lesti li jsofru u jmutu għalih.

L-appostli Pietru u Ġwanni ppridkaw ‘fuq l-​isem [“fl-​isem,” Karm Żammit] taʼ Ġesù’ f’Ġerusalemm. Talli għamlu hekk, ġew arrestati u msawtin. Madankollu “ħarġu minn quddiem is-​Sinedriju ferħana talli ġew meqjusa bħala nies li jistħoqqilhom li jkunu mmaqdra minħabba l-​isem taʼ Ġesù.”—Atti 5:28, 41.

Antipa kien Kristjan ieħor taʼ l-​ewwel seklu li kien jgħożż isem Ġesù. Fl-​aħħar ktieb tal-​Bibbja, Apokalissi, Ġesù rrefera għalih bħala “x-​xhud fidil tiegħi, [li] qatluh hemm fostkom, fejn joqgħod ix-​Xitan.” (Apokalissi 2:13) Flimkien maʼ Kristjani oħrajn f’Pergamu, Antipa rrifjuta li jiċħad il-​fidi tiegħu fi Kristu. Antipa żamm sod maʼ isem Ġesù avolja dan swielu ħajtu!

Madwar nofs seklu wara, fis-​sena 155 E.K., wieħed li kien jistqarr li hu Kristjan u li kien jismu Polikarpu ffaċċja prova simili meta ġie ordnat biex ikasbar lil Kristu. It-​tweġiba tiegħu kienet: “Qdejtu għal sitta u tmenin sena, u m’għamilli ebda deni. Kif nistaʼ nżeblaħ lis-​Sultan tiegħi li salvani?” Talli rrifjuta li jiċħad lil Kristu, Polikarpu ġie maħruq f’ħuġġieġa.

L-appostli, Antipa, u oħrajn kienu lesti li jissiġillaw ix-​xiehda tagħhom dwar Ġesù bil-​mewt! Xi ngħidu għan-​nies illum?

Isem Ġesù Llum

Isem Ġesù għadu jqanqal emozzjonijiet qawwijin. Fl-​Amerka Latina, iż-​żjieda fl-​ammont taʼ knejjes li jistqarru li jemmnu f’Ġesù laħqet l-​ogħla rata tagħha fi snin reċenti. Saħansitra l-​iżgħar irħula għandhom knisja Evanġelista. Fl-​istess ħin, l-​influwenza politika taʼ knejjes bħal dawn qiegħda tikber. Per eżempju, fil-​Kungress u s-​Senat tal-​Brażil, hemm mal-​31 siġġu li huma okkupati minn membri taʼ dawn il-​knejjes.

Ġesù huwa wkoll il-​punt ċentrali taʼ moviment reliġjuż ġdid fl-​Istati Uniti. Is-​segwaċi f’dan il-​moviment isejħu lilhom infushom Promise Keepers (Nies li Jżommu l-​Wegħdi Tagħhom). Fl-​1997, ir-​rivista Time irrapportat li l-​attendenza fil-​laqgħat tagħhom kibret minn 4,200 fl-​1991 għal 1.1 miljun fl-​1996. Wieħed mill-​innijiet tagħhom jgħid: “O rebħa fi Kristu, is-​Salvatur tiegħi għal dejjem.”

Madankollu, mhux is-​sentimenti kollha li ġew ispirati minn isem Ġesù kienu nobbli. L-​għajta tal-​gwerra taʼ spiss ġiet mgħajta f’ismu. Il-​Lhud ġew immassakrati, il-​pagani mbiċċrin, id-​dissidenti ttorturati, immankati u maħruqin ħajjin​—kollha f’isem Ġesù. U iktar reċenti, l-​ikkummerċjalizzar taʼ l-​evanġeliżmu sar fatt magħruf minn kulħadd. Dan kollu huwa użu pervers u diżgustanti taʼ isem Ġesù u dak li tassew ifisser!

Barra minn hekk, dan iqajjem xi mistoqsijiet rilevanti: X’inhu involut f’li wieħed ipoġġi fidi f’isem Ġesù? U x’inhi l-​ħarsa tax-​Xhieda taʼ Jehovah dwar dan is-​suġġett? L-​artiklu li jmiss se jwieġeb dawn il-​mistoqsijiet.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja