LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 3/1 p. 29
  • Tobba, Mħallfin, u x-Xhieda taʼ Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tobba, Mħallfin, u x-Xhieda taʼ Jehovah
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 3/1 p. 29

Tobba, Mħallfin, u x-​Xhieda taʼ Jehovah

LURA f’Marzu 1995, ix-​Xhieda taʼ Jehovah sponsorjaw żewġ seminars fil-​Brażil. X’kien l-​iskop? Biex ifittxu l-​koperazzjoni taʼ personell mediku u legali fil-​każ taʼ pazjent fi sptar li jkun wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah u ma jistax jaċċetta trasfużjoni tad-​demm.—Atti 15:29.

B’sogħba, f’xi każi t-​tobba injoraw ix-​xewqat taʼ pazjenti li kienu Xhieda u fittxew li jiksbu ordni mill-​qorti tal-​ġustizzja biex jamministraw b’forza trasfużjoni tad-​demm. F’sitwazzjonijiet bħal dawn ix-​Xhieda wżaw kwalunkwe mezz legali li kien disponibbli biex jipproteġu lilhom infushom. Minkejja dan, kienu jippreferu koperazzjoni minflok konfrontazzjoni. B’hekk, is-​seminars enfasizzaw li hemm ħafna alternattivi għat-​terapija omologa tat-​trasfużjoni tad-​demm li x-​Xhieda taʼ Jehovah jaċċettawhom bil-​qalb kollha.a

Laqgħa tal-​Kunsill Reġjonali tal-​Mediċina taʼ São Paulo diġà appoġġjat il-​pożizzjoni tax-​Xhieda. F’Jannar 1995, dan iddeċieda li jekk ikun hemm xi oġġezzjoni għal trattament irrakkomandat minn xi tabib, il-​pazjent għandu l-​jedd li jirrifjutah u jagħżel tabib ieħor.

Huwa taʼ min jirrikkmandah li issa hemm mijiet ġewwa l-​komunità medika fil-​Brażil li huma disposti li jamministraw trattament bla demm lill-​pazjenti tagħhom li jitolbu dan. Minn dak in-​nhar tas-​seminars taʼ Marzu 1995, il-​koperazzjoni bejn it-​tobba, l-​imħallfin, u x-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Brażil tjiebet b’mod rimarkevoli. Fis-​sena 1997 il-​gazzetta medika Brażiljana Âmbito Hospitalar ippubblikat artiklu li insista fuq id-​dritt tax-​Xhieda taʼ Jehovah li jkollhom il-​waqfa tagħhom fuq il-​kwistjoni tad-​demm irrispettata. Huwa rrikonoxxut sewwa issa li, bħalma huwa mistqarr mill-​Kunsilli Reġjonali tal-​Mediċina għall-​istati taʼ Rio de Janeiro u São Paulo, “id-​dmir tat-​tabib li jipproteġi l-​ħajja tal-​pazjent m’għandux jisboq id-​dmir tiegħu li jiddefendi d-​dritt taʼ l-​għażla tal-​pazjent.”

[Nota taʼ taħt]

a Għal iktar tagħrif, ara l-​brochure Id-​Demm Kif Jistaʼ Jsalvalek Ħajtek?, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja