LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 1/1 pp. 16-21
  • Ħalli Kulħadd Jigglorifika lil Jehovah!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħalli Kulħadd Jigglorifika lil Jehovah!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Il-​Mulej Taʼ L-​Eżerċti” Jitkellem
  • It-​Tempju Spiritwali Glorjuż
  • “Jiena Magħkom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ħa Jissaħħu Idejkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Punti Prinċipali mill-Kotba taʼ Ħaggaj u Żakkarija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • “Se Rriegħed il-Ġnus Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 1/1 pp. 16-21

Ħalli Kulħadd Jigglorifika lil Jehovah!

“Fir-​reġjun tad-​dawl iridu jigglorifikaw lil Jehovah.”—ISAIJA 24:15, NW.

1. L-​isem taʼ Jehovah kif kien meqjus mill-​profeti tiegħu, li huwa f’kuntrast maʼ liema attitudni fil-​Kristjaneżmu llum?

JEHOVAH​—l-​isem illustri t’Alla! Kemm kienu jieħdu gost dawk il-​profeti leali tal-​qedem jitkellmu għan-​nom taʼ dak l-​isem! B’eżultanza gglorifikaw lill-​Mulej Sovran tagħhom, Jehovah, li ismu jidentifikah bħala l-​Wieħed Kbir taʼ Skop. (Isaija 40:5; Ġeremija 10:6, 10; Eżekjel 36:23) Saħansitra l-​hekk imsejħin profeti minuri kienu ferm espressivi f’li jagħtu glorja lil Jehovah. Wieħed minn dawn kien Ħaggaj. Fil-​ktieb taʼ Ħaggaj, magħmul biss minn 38 vers, l-​isem t’Alla huwa wżat 35 darba. Profezija bħal din tinstemaʼ bla ħajja meta l-​isem taʼ Jehovah jiġi sostitwit bit-​titlu “Mulej,” bħalma jittraduċuh l-​appostli fini żżejjed tal-​Kristjaneżmu fit-​traduzzjonijiet tagħhom tal-​Bibbja.—Qabbel 2 Korintin 11:5.

2, 3. (a) Profezija waħda rimarkevoli rigward ir-​restawr taʼ Israel kif ġiet imwettqa? (b) Il-​fdal Lhud u sħabhom f’liema ferħ ħadu sehem?

2 F’Isaija 12:2 (NW), forma doppja taʼ l-​isem hija wżata.a Il-​profeta jiddikjara: “Ħares! Alla hu s-​salvazzjoni tiegħi. Jien se nafda u ma nkun f’ebda tkexkix; għax Jah Jehovah hu s-​saħħa tiegħi u s-​setgħa tiegħi, u ġie biex ikun is-​salvazzjoni tiegħi.” (Ara wkoll Isaija 26:4, NW.) B’hekk, xi 200 sena qabel il-​ħelsien taʼ Israel mill-​jasar f’Babilonja, Jah Jehovah permezz tal-​profeta tiegħu Isaija kien qiegħed jagħti assiguranza li hu kien is-​Salvatur setgħan tagħhom. Dak il-​jasar kellu jdum mis-​sena 607 sas-​sena 537 Q.E.K. Isaija kiteb ukoll: “Jiena hu l-​Mulej [Jehovah, NW] li għamilt kollox, . . . Jiena hu li ngħid lil Ċiru: ‘Int tkun ir-​ragħaj tiegħi, li jtemm ix-​xewqat tiegħi.’ U jgħid għal Ġerusalemm: ‘Ħa tinbena’ u għat-​tempju: ‘Ħa jqiegħdu l-​pedament.’” Min kien dan Ċiru? B’mod rimarkevoli, hu ta prova li kien is-​Sultan Ċiru tal-​Persja, li kkonkwista lil Babilonja fis-​sena 539 Q.E.K.—Isaija 44:24, 28.

3 Bi twettiq tal-​kliem taʼ Jehovah iddokumentat f’Isaija, Ċiru ħareġ id-​digriet lil Israel fil-​jasar: “Kull min hemm fostkom mill-​poplu kollu tiegħu, ħa jkun miegħu Alla tiegħu! Ħa jitlaʼ Ġerusalemm, belt taʼ Ġuda, u jibni t-​tempju tal-​Mulej, Alla taʼ Iżrael. Hu Alla li qiegħed Ġerusalemm.” Fdal Lhudi hieni b’mod suprem flimkien man-​Netinim mhux Israeliti u wlied il-​qaddejja taʼ Salamun irritornaw lejn Ġerusalemm. Huma waslu fil-​ħin biex jiċċelebraw il-​Festa taʼ l-​Għerejjex fis-​sena 537 Q.E.K. u biex jagħmlu sagrifiċċji lil Jehovah fuq l-​artal tiegħu. Is-​sena taʼ wara, fit-​tieni xahar, poġġew il-​pedament tat-​tieni tempju, fost għajjat qawwi taʼ ferħ u tifħir lil Jehovah.—Esdra 1:1-4; 2:1, 2, 43, 55; 3:1-6, 8, 10-13.

4. Isaija kapitli 35 u 55 kif saru realtà?

4 Il-​profezija taʼ Jehovah dwar restawr kellha tiġi mwettqa b’mod glorjuż f’Israel: “Ħa jifirħu d-​deżert u l-​art maħruqa; ħa jifraħ ix-​xagħri u jwarrad, ħa jwarrad bħar-​ranġis. . . . Għad jaraw is-​sebħ [“glorja,” KŻ] tal-​Mulej, il-​ġmiel taʼ Alla tagħna.” “Bil-​ferħ għad toħorġu, u bis-​sliem titwasslu. Quddiemkom f’għajat taʼ ferħ jinfexxu l-​muntanji u l-​għoljiet. . . . Dan ikun għall-​glorja tal-​Mulej, sinjal għal dejjem li ma jitħassar qatt.”—Isaija 35:1, 2; 55:12, 13.

5. Il-​ferħ taʼ Israel għala kien għomru qasir?

5 Madankollu, dak il-​ferħ kien għomru qasir. Popli ġirien fittxew alleanza taʼ taħlit taʼ fidi biex jibnu t-​tempju. Il-​Lhud għall-​ewwel baqgħu sodi, billi ddikjaraw: “M’hux sewwa li aħna u intom nibnu flimkien it-​tempju taʼ Alla tagħna. Aħna t-​tempju lill-​Mulej, Alla taʼ Iżrael, nibnuh weħidna, għax hekk ordnalna Ċiru, is-​sultan tal-​Persja.” Dawk il-​ġirien issa saru opponenti ħorox. Huma “bdew jaqtgħu qalb in-​nies taʼ Ġuda u jissikkawhom biex ma jkomplux jibnu t-​tempju.” Huma wkoll irrappreżentaw ħażin is-​sitwazzjoni lis-​suċċessur taʼ Ċiru, Artaxerxes, li ħareġ projbizzjoni fuq il-​bini tat-​tempju. (Esdra 4:1-24) Ix-​xogħol waqaf għal 17-il sena. B’dispjaċir, il-​Lhud waqgħu f’mod taʼ ħajja materjalistiku matul dak iż-​żmien.

“Il-​Mulej Taʼ L-​Eżerċti” Jitkellem

6. (a) Jehovah kif wieġeb għas-​sitwazzjoni f’Israel? (b) It-​tifsira apparenti taʼ isem Ħaggaj għala hija xierqa?

6 Xorta waħda, Jehovah wera s-​‘saħħa tiegħu u s-​setgħa tiegħu’ għan-​nom taʼ Israel billi bagħat profeti, partikolarment lil Ħaggaj u lil Żakkarija, biex iqajmu lil-​Lhud għar-​responsabbiltajiet tagħhom. L-​isem taʼ Ħaggaj kellu konnessjoni festiva, għax jidher li jfisser “Imwieled fil-​Festa.” Bix-​xieraq, hu beda jipprofetizza fl-​ewwel jum tax-​xahar tal-​Festa taʼ l-​Għerejjex, f’liema żmien il-​Lhud kienu meħtieġa li ‘jkunu tassew ferħanin.’ (Dewteronomju 16:15) Permezz taʼ Ħaggaj, Jehovah wassal erbaʼ messaġġi matul perijodu taʼ 112-il jum.—Ħaggaj 1:1; 2:1, 10, 20.

7. Il-​kliem taʼ ftuħ taʼ Ħaggaj kif għandu jinkuraġġina?

7 Biex jintroduċi l-​profezija tiegħu Ħaggaj qal: “Dan jgħid il-​Mulej taʼ l-​eżerċti.” (Ħaggaj 1:2a) Min jistgħu jkunu dawn l-​“eżerċti”? Dawn huma l-​qtajjiet anġeliċi taʼ Jehovah, li fil-​Bibbja xi drabi ssir referenza għalihom bħala qawwiet militari. (Ġob 1:6; 2:1; Salm 103:20, 21; Mattew 26:53) Ma jinkuraġġiniex dan illum li l-​Mulej Sovran Jehovah innifsu qiegħed juża lil dawn il-​qawwiet ċelestjali invinċibbli biex jidderieġi x-​xogħol tagħna taʼ li nirrestawraw il-​qima vera fuq l-​art?—Qabbel 2 Slaten 6:15-17.

8. Liema ħarsa kienet effettwat lil Israel, u b’liema riżultat?

8 X’kien il-​kontenut taʼ l-​ewwel messaġġ taʼ Ħaggaj? In-​nies kienu qalu: “It-​tempju tal-​Mulej għad ma wasallux iż-​żmien li jinbena mill-​ġdid.” Il-​bini tat-​tempju li kien jirrappreżenta r-​restawr tal-​qima divina, ma kienx għadu t-​tħassib ewlieni tagħhom. Reġgħu tawha għal li jibnu djar qishom palazzi għalihom infushom. Ħarsa materjalistika kienet naqqset l-​entużjażmu tagħhom għall-​qima taʼ Jehovah. Bħala riżultat, il-​barka tiegħu kienet ġiet imneħħija. L-​għelieqi tagħhom ma baqgħux jagħtu frott, u naqashom l-​ilbies għaż-​żmien kiefer tax-​xitwa. Il-​qligħ tagħhom kien sar miżeru, u kienu donnhom qegħdin jitfgħu l-​flus f’borża kollha toqob.—Ħaggaj 1:2b-6.

9. Jehovah liema twissija qawwija u edifikanti pprovda?

9 Darbtejn, Jehovah taʼ t-​twissija qawwija: “Poġġu lil qalbkom fuq il-​mogħdijiet tagħkom.” Evidentement, Żerubbabel, il-​gvernatur taʼ Ġerusalemm, u l-​qassis il-​kbir Ġożwèb wieġbu u inkuraġġew bil-​qlubija lin-​nies kollha li “semgħu s-​sejħa tal-​Mulej, Alla tagħhom, u l-​kliem tal-​profeta Ħaggaj, kif bagħtu l-​Mulej, Alla tagħhom. U l-​poplu beżaʼ mill-​Mulej.” Iktar minn hekk, “Ħaggaj, il-​messaġġier tal-​Mulej, wassal lill-​poplu l-​messaġġ tal-​Mulej u qalilhom: ‘Jiena magħkom, Oraklu tal-​Mulej.’”—Ħaggaj 1:5 [NW], Ħaggaj 1:7-14.

10. Jehovah kif uża l-​qawwa tiegħu għan-​nom taʼ Israel?

10 Xi anzjani f’Ġerusalemm għandhom mnejn ħasbu li l-​glorja tat-​tempju mibni mill-​ġdid ma kien se jkun “xejn” meta mqabbel mat-​tempju taʼ qabel. Madankollu, madwar 51 jum wara, Jehovah qanqal lil Ħaggaj biex jiddikjara t-​tieni messaġġ. Hu pproklama: “‘Qawwi qalbek, Żerubbabel, oraklu tal-​Mulej, qawwi qalbek, Ġożwè bin Ġeħosadak, il-​qassis il-​kbir; qawwi qalbek, poplu tal-​pajjiż, oraklu tal-​Mulej. Aqbdu aħdmu, għax jiena magħkom, oraklu tal-​Mulej taʼ l-​eżerċti . . . La tibżgħux!’” Jehovah, li meta jasal il-​waqt kellu juża l-​qawwa potenti tiegħu biex ‘jheżheż is-​smewwiet u l-​baħar u l-​blat,’ aċċerta ruħu li l-​oppożizzjoni kollha, saħansitra projbizzjoni imperjali, ġiet megħluba. Fi żmien ħames snin il-​bini tat-​tempju spiċċa biex kien suċċess grandjuż.—Ħaggaj 2:3-6.

11. Alla kif mela t-​tieni tempju bi ‘glorja akbar’?

11 Wegħda rimarkevoli ġiet imwettqa dak inhar: “‘[I]l-ġid [“l-​affarijiet mixtiqin,” NW] kollu tal-​popli jiġi kollu hawn, u nimla dan it-​tempju bil-​glorja,’ jgħid il-​Mulej taʼ l-​eżerċti.” (Ħaggaj 2:7) Dawk “l-​affarijiet mixtiqin” urew li kienu wħud mhux Israeliti li ġew iqimu f’dak it-​tempju, hekk kif irrifletta l-​glorja tal-​preżenza maestuża tiegħu. Dan it-​tempju mibni mill-​ġdid kif kien jitqabbel maʼ dak mibni fi żmien Salamun? Il-​profeta t’Alla ddikjara: “‘Il-​glorja taʼ l-​aħħar taʼ dan it-​tempju tkun akbar minn taʼ qabel,’ jgħid il-​Mulej taʼ l-​eżerċti.” (Ħaggaj 2:9) Fl-​ewwel twettiq tal-​profezija, it-​tempju mibni mill-​ġdid baqaʼ iktar mill-​ewwel dar. Dan kien għadu wieqaf meta deher il-​Messija fis-​sena 29 E.K. Barra minn hekk, qabel ma l-​għedewwa apostati tiegħu qatluh fis-​sena 33 E.K., il-​Messija nnifsu ġablu glorja meta xandar il-​verità hemmhekk.

12. Liema skop qdew l-​ewwel żewġ tempji?

12 L-​ewwel u t-​tieni tempju f’Ġerusalemm qdew skop vitali f’li jkunu dell bil-​quddiem taʼ karatteristiċi importanti tas-​servizz tal-​Messija bħala qassis u f’li tinżamm ħajja l-​qima pura taʼ Jehovah fuq l-​art sad-​dehra attwali tal-​Messija.—Lhud 10:1.

It-​Tempju Spiritwali Glorjuż

13. (a) Liema ġrajjiet f’konnessjoni mat-​tempju spiritwali seħħew mis-​sena 29 sas-​sena 33 E.K.? (b) Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù liema rwol essenzjali kellu f’dawn l-​iżviluppi?

13 Għandha l-​profezija taʼ restawr taʼ Ħaggaj xi tifsira speċjali għaż-​żminijiet taʼ wara? Ċertament li għandha! It-​tempju mibni mill-​ġdid f’Ġerusalemm sar iċ-​ċentru tal-​qima vera kollha fuq l-​art. Imma dan iffigura bil-​quddiem tempju spiritwali bil-​wisq iktar glorjuż. Dan beda jiffunzjona fis-​sena 29 E.K. meta, fil-​magħmudija taʼ Ġesù fix-​Xmara Ġordan, Jehovah dilek lil Ġesù bħala Qassis il-​Kbir, bl-​ispirtu qaddis bħal ħamiema li niżel fuqu. (Mattew 3:16) Wara li Ġesù kien temm il-​ministeru tiegħu fuq l-​art b’mewta sagrifikali, hu ġie rxoxtat lejn is-​sema, iffigurat mill-​Iktar Qaddis tat-​tempju, u hemmhekk ippreżenta lil Jehovah il-​mertu tas-​sagrifiċċju tiegħu. Dan serva bħala rahan, billi għatta d-​dnubiet tad-​dixxipli tiegħu, u fetaħ il-​mogħdija biex jidlikom, fil-​jum taʼ Pentekoste tas-​sena 33 E.K., bħala sotto-qassisin fit-​tempju spiritwali taʼ Jehovah. Il-​ministeru leali tagħhom sal-​mewt fil-​bitħa tat-​tempju fuq l-​art kellu jwassal għal irxoxt futur fis-​sema, għal iktar servizz bħala qassisin.

14. (a) Liema ferħ akkumpanja l-​attività żeluża tal-​kongregazzjoni Kristjana bikrija? (b) Għala kien dan il-​ferħ għomru qasir?

14 Eluf taʼ Lhud nedmin​—u iktar tard taʼ Ġentili—​iffollaw lejn dik il-kongregazzjoni Kristjana u ħadu sehem f’li jiddikjaraw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla li ġejja għal fuq l-​art. Wara xi 30 sena, l-​appostlu Pawlu setaʼ jistqarr li l-​aħbar tajba kienet ġiet ippridkata “lill-​ħlejjaq kollha taħt is-​smewwiet.” (Kolossin 1:23) Imma wara l-​mewt taʼ l-​appostli, ġiet stabbilita apostasija kbira, u d-​dawl tal-​verità beda jnemnem. Il-​Kristjanità ġenwina ġiet imċajpra mis-​settarjaniżmu tal-​Kristjaneżmu, ibbażat fuq tagħlim u filosofiji pagani.—Atti 20:29, 30.

15, 16. (a) Il-​profezija kif ġiet imwettqa fl-​1914? (b) Liema ġbir immarka l-​aħħar tas-​seklu 19 u l-​bidu tas-​seklu 20?

15 Gerbbu s-​sekli. Imbagħad fis-​snin 70 tas-​seklu 19, grupp taʼ Kristjani sinċieri bdew jieħdu sehem fi studju penetranti tal-​Bibbja. Mill-​Iskrittura, huma kienu kapaċi jindikaw is-​sena 1914 bħala li timmarka l-​konklużjoni taʼ “żmien il-​ġnus.” Kien dak inhar li sebaʼ “żminijiet” simboliċi (2,520 sena taʼ ħakma umana bħal bhima) intemmu bit-​tqegħid taʼ Kristu Ġesù fuq it-​tron​—il-​Wieħed li għandu “dritt” legali bħala s-​Sultan Messjaniku taʼ l-​art. (Luqa 21:24; Danjel 4:22 [Danjel 4:25, NW]; Eżekjel 21:31, 32 [Eżekjel 21:26, 27, NW]) Partikolarment mill-​1919 ’il quddiem, dawn l-​Istudenti tal-​Bibbja, magħrufin illum bħala Xhieda taʼ Jehovah, ilhom jieħdu sehem f’li jxerrdu b’mod vigoruż maʼ l-​art kollha l-​aħbar tajba tas-​Saltna li qorbot. Kien fl-​1919 li ftit eluf minn dawn wieġbu għas-​sejħa għal azzjoni li ġiet maħruġa fil-​konvenzjoni f’Cedar Point, Ohio, U.S.A. Huma baqgħu jiżdiedu fin-​numru sas-​sena 1935 meta 56,153 irrapportaw is-​servizz taʼ l-​għalqa. F’dik is-​sena, 52,465 kienu ħadu sehem mill-​emblemi taʼ ħobż u nbid fil-​Mafkar annwali tal-​mewt taʼ Ġesù, biex b’hekk jissimbolizzaw it-​tama tagħhom li jsiru qassisin maʼ Kristu Ġesù fil-​parti tas-​sema tat-​tempju spiritwali kbir taʼ Jehovah. Huma se jaqdu miegħu wkoll bħala slaten imseħbin fis-​Saltna Messjanika tiegħu.—Luqa 22:29, 30; Rumani 8:15-17.

16 Madankollu, Apokalissi 7:4-8 u 14:1-4 juru li n-​numru totali taʼ dawn il-​Kristjani midlukin huwa llimitat għal 144,000, li ħafna minnhom ġew miġburin matul l-​ewwel seklu qabel ma ġiet stabbilita l-​apostasija l-​kbira. Mit-​tmiem tas-​seklu 19 u għal ġos-​seklu 20, Jehovah kien qiegħed ilesti l-​ġbir taʼ dan il-​grupp li huma mnaddfin bl-​ilma tal-​Kelma tiegħu, iddikjarati twajbin permezz tal-​fidi fis-​sagrifiċċju taʼ tpattija taʼ Ġesù, u fl-​aħħarnett issiġillati bħala Kristjani midlukin biex jifformaw in-​numru sħiħ taʼ 144,000.

17. (a) Liema ġbir issokta mis-​snin 30 ’l hawn? (b) Ġwann 3:30 għala huwa taʼ interess hawnhekk? (Ara wkoll Luqa 7:28.)

17 X’isegwi meta n-​numru kollu kemm hu taʼ wħud midlukin ikun ġie magħżul? Fl-​1935, f’konvenzjoni li baqgħet tissemma f’Washington, D.C., U.S.A., kien sar magħruf li l-​“kotra kbira” t’Apokalissi 7:9-17 kienet grupp li kellu jiġi rrikonoxxut “wara” l-​144,000 u li d-​destin tagħhom huwa ħajja taʼ dejjem fuq art magħmula ġenna. Wara li identifika b’mod ċar lil Ġesù l-​midluk, Ġwanni l-​Għammied, li l-​irxoxt tiegħu se jkun fuq l-​art bħala wieħed min-​“ngħaġ oħra,” qal dwar il-​Messija: “Jenħtieġ jikber hu u niċkien jiena.” (Ġwann 1:29; 3:30; 10:16; Mattew 11:11) Ix-​xogħol taʼ Ġwanni l-​Għammied li jipprepara dixxipli għall-​Messija kien qiegħed jispiċċa hekk kif Ġesù mbagħad ħa f’idejh l-​għażla taʼ numru li dejjem jiżdied li kellhom ikunu fost il-​144,000. Fis-​snin 30 seħħ l-​oppost. Numru li dejjem jonqos kienu “msejjħin u magħżulin” biex ikunu fost il-​144,000 fil-​waqt li żjieda tremenda bdiet fin-​numru tal-​“kotra kbira” taʼ “ngħaġ oħra.” Din il-​kotra kbira tkompli timmoltiplika hekk kif is-​sistema mill-​agħar tad-​dinja toqrob lejn it-​tmiem tagħha f’Armageddon.—Apokalissi 17:14b.

18. (a) Għala nistgħu nistennew b’fiduċja li “miljuni issa ħajjin ma se jmutu qatt”? (b) Għala għandna nagħtu kas b’żelu kbir taʼ Ħaggaj 2:4?

18 Kmieni fis-​snin 20, taħdita pubblika partikulari li ġiet ippreżentata mix-​Xhieda taʼ Jehovah kienet intitolata “Miljuni Issa Ħajjin Ma Se Jmutu Qatt.” Din għandha mnejn irriflettiet ottimiżmu żejjed f’dak iż-​żmien. Imma llum dik l-​istqarrija tistaʼ ssir b’fiduċja sħiħa. Kemm id-​dawl li dejjem jiżdied fuq il-​profeziji tal-​Bibbja u kemm l-​anarkija taʼ din id-​dinja agonizzanti jindikaw ċar ħafna li t-​tmiem tas-​sistema taʼ Satana huwa qrib ħafna, ħafna! Ir-​rapport tal-​Mafkar għas-​sena 1996 juri li 12,921,933 attendew, u li minnhom 8,757 (.068 fil-​mija) biss indikaw it-​tama tagħhom għas-​sema billi ħadu sehem mill-​emblemi. Ir-​restawr tal-​qima vera qed joqrob lejn it-​tlestija. Imma ħalli qatt ma nħallu idna tbatti f’dak ix-​xogħol. Iva, Ħaggaj 2:4 jistqarr: “‘Qawwi qalbek, poplu tal-​pajjiż, oraklu tal-​Mulej. Aqbdu aħdmu, għax jiena magħkom, oraklu tal-​Mulej taʼ l-​eżerċti.’” Jalla nkunu ddeterminati li l-​ebda ħjiel taʼ materjaliżmu jew imħabba għad-​dinja ma jnaqqas iż-​żelu tagħna għax-​xogħol taʼ Jehovah!—1 Ġwann 2:15-17.

19. Kif nistgħu aħna nieħdu sehem fit-​twettiq taʼ Ħaggaj 2:6, 7?

19 Huwa sors taʼ ferħ il-​privileġġ tagħna li nieħdu sehem fit-​twettiq modern taʼ Ħaggaj 2:6, 7: “Għax hekk jgħid il-​Mulej taʼ l-​eżerċti: ‘Dalwaqt, ftit ieħor biss, u jiena nheżheż is-​smewwiet u l-​baħar u l-​blat, u nqanqal il-​ġnus kollha, u l-​ġid [“affarijiet mixtiqin,” NW] kollu tal-​popli jiġi kollu hawn, u nimla dan it-​tempju bil-​glorja,’ jgħid il-​Mulej taʼ l-​eżerċti.” Ir-​regħba, il-​korruzzjoni, u l-​mibegħda jinsabu kullimkien f’din id-​dinja tas-​seklu 20. Tinsab tabilħaqq fl-​aħħar jiem tagħha, u Jehovah diġà beda ‘jheżhiżha’ permezz tax-​Xhieda tiegħu li qegħdin ‘jipproklamaw jum il-​vendetta tiegħu.’ (Isaija 61:2) Dan it-​theżhiż preliminarju se jilħaq il-​quċċata fil-​qerda tad-​dinja f’Armageddon, imma qabel dak iż-​żmien, Jehovah qiegħed jiġbor għas-​servizz tiegħu “l-​affarijiet mixtiqin tal-​ġnus”​—in-​nies ġwejdin u bħal ngħaġ taʼ l-​art. (Ġwann 6:44) Din il-​“kotra kbira” issa “jaqduh [“jagħtuh servizz sagru,” NW]” fil-​bitħa fuq l-​art tad-​dar tiegħu taʼ qima.—Apokalissi 7:9, 15.

20. Fejn jistaʼ jinstab l-​iktar teżor prezzjuż?

20 Servizz fit-​tempju spiritwali taʼ Jehovah iġib qligħ bil-​wisq iktar prezzjuż minn kwalunkwe teżor materjali. (Proverbji 2:1-6; 3:13, 14; Mattew 6:19-21) Iktar minn hekk, Ħaggaj 2:9 jistqarr: “‘Il-​glorja taʼ l-​aħħar taʼ dan it-​tempju tkun akbar minn taʼ qabel,’ jgħid il-​Mulej taʼ l-​eżerċti; ‘u f’dan il-​post jiena nagħti s-​sliem,’ oraklu tal-​Mulej taʼ l-​eżerċti.” X’ifisser dan il-​kliem għalina llum? L-​artiklu li jmiss se jgħidilna. (w97 1/1)

[Noti taʼ taħt]

a L-espressjoni “Jah Jehovah” hija wżata għal enfasi speċjali. Ara l-​Insight on the Scriptures, l-​1 Volum, paġna 1248.

b Jexwa f’Esdra u kotba Bibliċi oħrajn.

Mistoqsijiet għal Reviżjoni

◻ Liema eżempju tal-​profeti għandna nsegwu f’konnessjoni maʼ l-​isem taʼ Jehovah?

◻ Liema inkuraġġiment nieħdu mill-​messaġġ qawwi taʼ Jehovah lil Israel irrestawrat?

◻ Liema tempju spiritwali glorjuż jopera llum?

◻ Liema tipi taʼ ġbir issoktaw wieħed wara l-​ieħor matul is-​sekli 19 u 20, u b’liema prospett grandjuż quddiemna?

[Stampi f’paġna 17]

Eżerċti tas-​sema taʼJehovah jidderieġu u jsostnu lix-​Xhieda tiegħu fuq l-​art

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja