LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 4/1 p. 3
  • Aħna Neħtieġu Ħbieb Veri

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aħna Neħtieġu Ħbieb Veri
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Neħtieġu Ħbieb Veri
  • Inżommu Ħbiberiji f’Dinja Nieqsa mill-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Int Tistaʼ Tgawdi Ħbiberiji Dejjiema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Agħżel Ħbieb Tajbin
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Nissodisfaw ix-Xewqa Kbira Tagħna għall-Ħbiberija
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 4/1 p. 3

Aħna Neħtieġu Ħbieb Veri

JENNY u Sue jinsabu mitlufin f’konversazzjoni stimulanti. It-​tbissim fuq l-​uċuħ, l-​għajnejn jiddu​—kull ħaġa fl-​attitudni tagħhom tirrivela l-​interess profond f’dak li l-​persuna l-​oħra għandha x’tgħid. Għalkemm minn ambjenti differenti, huma ovvjament għandhom ħafna inkomuni u għandhom rispett profond lejn xulxin.

Xi mkien ieħor, Eric u Dennis qegħdin jaħdmu flimkien fuq proġett, wieħed mill-​ħafna taʼ matul is-​snin li ħadmu flimkien. Huma rilassati, u d-​daħk m’huwiex nieqes. Hekk kif il-​konversazzjoni ddur għal suġġetti serji, huma bis-​sinċerità kollha jagħtu l-​opinjonijiet tagħhom. Bħal Jenny u Sue, Eric u Dennis huma ħbieb veri.

Dawn id-​deskrizzjonijiet jistgħu jolqtuk, billi jġegħluk taħseb dwar ħbiebek stess. Mill-​banda l-​oħra, jistgħu jġegħluk tixxennaq għal ħbiberiji bħal dawn. Int ukoll jistaʼ jkollok dawn.

Għala Neħtieġu Ħbieb Veri

Ħbiberiji li jibnu huma essenzjali għall-​benesseri mentali u fiżiku tagħna. Meta nkunu qegħdin inħossuna waħedna, madankollu, dan ma jfissirx li hemm xi ħaġa ħażina ġo fina. Xi riċerkaturi jgħidu li s-​solitudni hija ġuħ, indikatur naturali li aħna neħtieġu l-​kumpanija. Hu x’inhu, sewwa sew bħalma l-​ikel inaqqas jew ineħħi l-​ġuħ, ix-​xorta addattata taʼ ħbiberiji tistaʼ tnaqqas is-​solitudni jew saħansitra ġġegħelha tgħib. Barra minn hekk, li jkollna ħbieb veri li jistmawna m’hijiex xi lussu li ma jistax jinkiseb.

Il-bnedmin ġew maħluqin bi bżonn għall-​kumpanija. (Ġenesi 2:18) Il-​Bibbja tgħid li ħabib veru, jew kumpann, “jitwieled għal żmien il-​hemm.” (Proverbji 17:17) Għalhekk, ħbieb ġenwini għandhom ikunu kapaċi jitolbu l-​għajnuna taʼ xulxin meta din tkun meħtieġa. Imma l-​ħbiberija tfisser iktar milli sempliċement ikollok lil xi ħadd lejn min iddur jew li tkun kumpann fix-​xogħol jew fil-​ħin liberu. Ħbieb tajbin joħorġu l-​aqwa kwalitajiet f’xulxin. Proverbji 27:17 jgħid: “Kif il-​ħadid isinn il-​ħadid, hekk jitgħallem wieħed mill-​ieħor.” Bħalma biċċa ħadida tistaʼ tiġi wżata biex issinn xafra magħmula mill-​istess metall, ħabib wieħed jistaʼ jirnexxilu jsinn l-​istat intellettwali u spiritwali taʼ ieħor. Jekk xi diżappunti jagħmluna dipressi, il-​ħarsa simpatetika u l-​inkuraġġiment Skritturali taʼ ħabib jistgħu jkunu ferm edifikanti.

Fil-Bibbja, il-​ħbiberija hija assoċjata maʼ l-​imħabba, il-​familjarità, il-​kunfidenzjalità, u l-​kumpanija. Ħbiberiji jistgħu jinvolvu lil ġirien, sħabna fuq ix-​xogħol, u iktar. Xi wħud ukoll iqisu lil ċerti qraba fost l-​iktar ħbieb intimi tagħhom. Għal ħafna llum, madankollu, ħbieb veri huma diffiċli biex issibhom u żżommhom. Dan għala? Tistaʼ int tgawdi ħbiberiji veri u dejjiema? (w96 3/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja