LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 5/1 pp. 7-9
  • Ferħ Maħżun Għal Dawk li Jsibu l-Verità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ferħ Maħżun Għal Dawk li Jsibu l-Verità
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Tagħlim Veru Tal-​Bibbja Jġib Ferħ
  • Prinċipji Veri Tal-​Bibbja Jġibu Ferħ
  • Il-​Ferħ Irid Jiġi Kkultivat
  • Il-ferħ—Kwalità li nirċievu mingħand Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Kif Tkampa mat-Tradiment fiż-Żwieġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • ‘Komplu Mexjin fil-Verità’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Gawdi l-Ferħ li Jiġi mill-Għoti!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 5/1 pp. 7-9

Ferħ Maħżun Għal Dawk li Jsibu l-​Verità

FL-​ATTIKU tiegħu, raġel Finlandiż sab il-​ktieb The Divine Plan of the Ages. Hu beda jaqrah dak il-​ħin stess u wara ftit qal bejnu u bejn ruħu, ‘Din hija l-​verità; din hija l-​verità.’ Malli niżel mill-​attiku, qal lill-​mara tiegħu, “Sibt il-​vera reliġjon.”

Din l-​esperjenza m’hijiex tas-​soltu fil-​mod li bih dan ir-​raġel sab il-​verità, imma ħafna mix-​Xhieda taʼ Jehovah jistgħu jirrakkontaw xi reazzjoni simili. Kollha kemm huma jistgħu jgħidulek dwar il-​ferħ li jiġi meta ssib il-​verità. Dawn l-​esperjenzi li ġejjin juruh ċar dan.

Tagħlim Veru Tal-​Bibbja Jġib Ferħ

Margarita Königer trabbiet fi Munich, il-​Ġermanja, matul it-​Tieni Gwerra Dinjija. Djar imwaqqgħin bil-​bombi u qegħdin jaqbdu kienu dehra frekwenti. Ħuha miet fil-​gwerra. Hekk kif attendiet għal funzjonijiet fi knisja Kattolika, semgħet talb jingħad għal bżonnijiet tas-​suldati Ġermaniżi u l-​führer, Hitler. Wara l-​gwerra, irċeviet borża taʼ studju biex tattendi kulleġġ fl-​Istati Uniti bħala parti minn programm taʼ bdil taʼ studenti biex jistudjaw barra minn pajjiżhom. Sabet li n-​nies kienu dħulin magħha, u għalhekk qagħdet taħseb dwar x’kien li jqanqal lil nies, li x-​xewqa naturali tagħhom hija li jgħixu fil-​paċi, biex ma jafdawx u biex jobogħdu lil xulxin matul żmien taʼ gwerra. Lura fi Munich, ġiet f’kuntatt max-​Xhieda taʼ Jehovah, u permezz taʼ studju tal-​Bibbja magħhom, sabet it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet tagħha. Hi tgħid: “Ġejt murija mill-​Bibbja li l-​forzi taʼ l-​ispirti mill-​agħar huma involuti . . . Il-​Bibbja ssejħilhom ‘[i]l-ħakkiema tad-​dinja,’ u, fil-​fatt, tgħid li Satana ‘qiegħed jiżvija lill-​art abitata kollha kemm hija.’ . . . Meta tqis l-​azzjonijiet demoniċi li ma jogħġbux lil Alla tal-​ġnus u l-​popli, kemm hija raġonevoli u sodisfaċenti din it-​tweġiba!”—Efesin 6:12; Rivelazzjoni 12:9.

Margarita tkompli: “Ġabli ferħ kbir ferm meta tgħallimt dwar il-​provvediment t’Alla biex isolvi l-​problemi taʼ l-​art. Le, m’huwiex se jkun permezz taʼ xi ideoloġija jew amministrazzjoni umana, bħalma huwa propost minn edukaturi dinjin. Minflok, il-​Bibbja turi li gvern ġdid tas-​sema se jieħu ħsieb l-​affarijiet taʼ l-​art. . . . Ġesù Kristu għallem lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu: ‘Ħalli tiġi saltnatek.’ . . . Bdejt nara li din is-​saltna hija gvern reali u li permezz tagħha biss se tinkiseb paċi ġenwina mad-​dinja kollha.” Għal kważi 30 sena, Margarita qdiet bħala missjunarja f’xi ħames pajjiżi Afrikani​—u għaddiet l-​aħħar 19-il sena tipproklama l-​verità lin-​nies umlin taʼ Ouagadougou, f’Burkina Faso.

L-esperjenza taʼ Margarita m’hijiex unika. Ħafna rreaġixxew bl-​istess mod pożittiv meta sabu li l-​kleru tal-​Kristjaneżmu fuq iż-​żewġ naħat tal-​battalja talbu lil Alla għar-​rebħa. Uħud taʼ qalb onesta jaraw ir-​raġonevolezza taʼ l-​ispjegazzjoni tal-​Bibbja li Alla m’għandu x’jaqsam xejn mal-​gwerer tal-​bniedem imma li dawn jiżviluppaw minħabba li “d-​dinja kollha qiegħda taħt il-​poter tal-​wieħed mill-​agħar.” Dawn l-​uħud li jfittxu l-​verità jitgħallmu li l-​Kristjani veri m’għandhom ikunu “ebda parti mid-​dinja.” imma għandhom jibqgħu newtrali fil-​kwistjonijiet tagħha. Billi jirrikonoxxu li x-​Xhieda taʼ Jehovah ħadu waqfa bħal din, dawn l-​uħud interessati ġodda jsiru konvinti li sabu l-​verità. Uħud bħal dawn jikbru fit-​tama u l-​ferħ hekk kif jiksbu għarfien li dejjem jiżdied rigward għala Alla ppermetta l-​ħażen u kif dalwaqt se jġib il-​paċi u kundizzjonijiet taʼ tjieba fuq l-​art permezz tas-​Saltna tiegħu.—1 Ġwann 5:19; Ġwann 17:16; Mattew 6:9, 10.

Prinċipji Veri Tal-​Bibbja Jġibu Ferħ

Daniel Rosero mill-​Ekwador ħass li l-​ħajja kienet bla skop, u għalhekk taha għax-​xorb. Il-​knisja li kien jattendi għallmitu li l-​unika ħaġa li kellu jħares ’il quddiem għaliha kienet il-​mewt u infern tan-​nar. Hu wieġeb, “Jien sejjer ninħaraq, mela ħallini ħa nixrob!” Kellu familja taʼ tmienja min-​nies li ma kienx qiegħed imantni, u kien dejjem jiġġieled maʼ martu, Delia. Il-​folja nqalbet darba l-​Ħadd fil-​għodu meta żaruhom ix-​Xhieda taʼ Jehovah u bdew jistudjaw il-​Bibbja. L-​ewwel darba li Daniel attenda assemblea tas-​circuit tax-​Xhieda taʼ Jehovah, irrealizza li kien sab il-​verità. Hu jgħid: “L-​organizzazzjoni impressjonatni. In-​nies kienu jingwalawha, ħafna minnhom, flimkien. Kont tistaʼ tħoss l-​imħabba fil-​folla. Ħadd ma pejjep. L-​ebda kliem baxx. . . . Niftakarni naħseb, ‘Din hija l-​verità!’ Ma kenitx il-​biżaʼ mill-​mewt jew il-​biżaʼ mill-​aħħar tad-​dinja li qanqlitni. Kienet l-​indafa taʼ l-​organizzazzjoni.”

Il-familja Rosero kollha kemm hi saru Xhieda taʼ Jehovah. Il-​ħajja tal-​familja tagħhom u s-​sitwazzjoni ekonomika tagħhom marru għall-​aħjar hekk kif applikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja. Delia Rosero tgħid: “Taf xejn, dan kollu huwa dovut għall-​verità tal-​Bibbja. Min jaf kieku x’sar minnhom it-​tfal tiegħi mingħajr il-​Kelma t’Alla? Is-​sebgħa li huma kollha mgħammdin u mexjin tajjeb. Il-​verità kienet tfisser ħajja kompletament ġdida, hena ġdida, għalija.”

L-esperjenza tal-​familja Rosero m’hijiex unika. Ħafna fi żmienna huma inkwetati minn problemi. Raġuni waħda hija li l-​livelli morali pprovduti fil-​Bibbja ġeneralment m’għadhomx irrispettati, bħalma kienu mill-​ġenerazzjonijiet taʼ qabel. Il-​biċċa l-​kbira tar-​reliġjonijiet segwew din it-​tendenza, jew għan-​nom tat-​tolleranza jew minħabba li jħossu li la tbiddlu ż-​żminijiet il-​morali taʼ qabel m’għadhomx moda. Mela, bħal oħrajn, il-​familja Rosero tħallew iteftfu mingħajr il-​gwida tal-​Bibbja. Madankollu, meta nies umlin bħal dawn jibdew jifhmu l-​ħarsa t’Alla dwar il-​morali u l-​ħajja tal-​familja, bla telf taʼ żmien japplikaw dak li jitgħallmu. Mir-​rakkonti tagħhom nistgħu naraw ir-​riżultati tajbin talli għamlu hekk.

Il-​Ferħ Irid Jiġi Kkultivat

Dan ma jfissirx, madankollu, li Kristjan hu fi stat kostanti t’ewforja. Ovvjament, id-​diffikultajiet li n-​nies inġenerali jiffaċċjaw, bħalma huma l-​qagħad, il-​mard, u l-​mewt, jeffettwaw lill-​Kristjani wkoll. Il-​Kristjani jridu wkoll jiġġieldu kontinwament kontra l-​imperfezzjonijiet u d-​djufijiet tagħhom stess. Ir-​rakkont tal-​Bibbja jgħid li Lot kien “imnikket ferm bis-​sehem tan-​nies li jisfidaw il-​liġi f’kondotta laxka” fil-​belt taʼ Sodom. Kristjani leali ma jistgħux jevitaw sentimenti simili meta jaraw li kundizzjonijiet mill-​agħar huma prevalenti.—2 Pietru 2:7, 8.

Madankollu, dawk li sabu l-​verità għandhom vantaġġ. Per eżempju, wieħed li jemmen u li qiegħed jitnikket minħabba xi ħadd li miet m’għandux għalfejn ‘isewwed qalbu sewwa sew bħalma jagħmlu wkoll il-​bqija li m’għandhomx tama.’ In-​niket tiegħu m’huwiex se jkun bla tarf. Dan huwa minnu rigward problemi oħrajn ukoll. Il-​persuna li sabet il-​verità taf li t-​tbatijiet preżenti huma biss temporanji. It-​tama tagħmilha eħfef li tissaporti waqt diffikultajiet. Mod taʼ ħajja bbilanċjat ukoll jgħin.—1 Tessalonkin 4:13.

Pawlu ta dan it-​tħeġġiġ lill-​Kristjani: “Dejjem ithennew fil-​Mulej. Għal darb’oħra se ngħid, Ithennew!” (Filippin 4:4) Dan juri li waqt li l-​ferħ jistaʼ jintlaħaq minn kull wieħed u waħda minna, huwa wkoll possibbli li xi ħadd ma jkollux. L-​anzjetajiet taʼ din is-​sistema qadima t’affarijiet jistgħu jkunu ostaklu. Barra minn dan, il-​Bibbja tgħidilna li għandna bżonn nikkultivaw il-​ferħ, waħda mill-​frott taʼ l-​ispirtu t’Alla. (Galatin 5:22) Jekk tieħu kontinwament l-​għarfien tal-​verità u tfakkar lilek innifsek dwar ir-​rikkezzi spiritwali li dan ġab u għadu jġib, il-​ferħ tiegħek m’huwiex se jonqos. Se jsir iktar b’saħħtu hekk kif nersqu lejn iż-​żmien meta Alla “se jimsaħ għalkollox kull demgħa” minn għajnejn in-​nies u meta la “għali u la agħjat u lanqas uġigħ” ma se jkunu iżjed.—Rivelazzjoni 21:4. (w95 4/15)

[Stampi f’paġna 8]

Ħafna huma impressjonati mill-​ferħ u l-​organizzazzjoni tajba fl-​assembleat tax-​Xhieda taʼ Jehovah

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja