LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 2/1 p. 3
  • Kemm Hija Prezzjuża L-Ħajja Għalik?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Hija Prezzjuża L-Ħajja Għalik?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Materjal Simili
  • Problema mad-Dinja Kollha
    Stenbaħ!—2001
  • Għala xi Nies Jixbgħu mill-Ħajja
    Stenbaħ!—2001
  • Int Tistaʼ Ssib l-Għajnuna
    Stenbaħ!—2001
  • Is-Suwiċidju—L-Epidemija Moħbija
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 2/1 p. 3

Kemm Hija Prezzjuża L-​Ħajja Għalik?

ŻAGĦŻUGĦ taʼ taħt l-​għoxrin sena tilef ħajtu meta qabeż mit-​tminn sular taʼ blokk t’appartamenti. Hu kien qara ktieb li ddeskriva qabża fatali bħala li hija “ħielsa minn uġigħ jew nuqqas taʼ stabbilità jew biżaʼ; minflok, tinħass tajba.” L-​awtur taʼ dan il-​ktieb, ippubblikat fil-​Ġappun, sostna li kien qiegħed biss joffri s-​“suwiċidju bħala wieħed mill-​għażliet tal-​ħajja.”

Nies li jikkommettu suwiċidju m’humiex l-​uniċi wħud li juru li ma jikkalkulawx il-​ħajja llum. Sewwieqa traskurati wkoll juru ftit li xejn rispett għall-​ħajja. Xi wħud saħansitra jixorbu u jsuqu, b’ħafna għaddejjin sparati mit-​triq għal ġo ħalq il-​mewt.

Oħrajn juru kemm ma jqisux lil ħajjithom taʼ valur mill-​enfasi li jpoġġu fuq il-​pjaċiri. Nies li jpejpu jirrifjutaw li jeħilsu lilhom infushom mis-​sigaretti, għalkemm it-​tipjip jistaʼ jikkaġuna l-​mewt u ġie msejjaħ bħala suwiċidju bil-​lajma. Minflok ma jżommu l-​kastità f’din id-​dinja miġnuna għas-​sess, ħafna jsegwu korsa laxka li taʼ spiss twassal għall-​mewt.

Mingħajr saħansitra ma jindunaw biha, xi wħud iċaħħdu lilhom infushom minn snin taʼ ħajja minħabba li jieklu żżejjed, jixorbu żżejjed, ma jagħmlux eżerċizzju suffiċjenti, u jfittxu l-​pjaċiri. L-​awtur Ġappuniż Shinya Nishimaru wissa: “Drawwiet taʼ ikel bla limitu jfixklu l-​funzjonijiet fiżjoloġiċi, u l-​ġiri wara xejn ħlief konvenjenza u pjaċiri jherri l-​vitalità tan-​nies.” Xi wħud huma taʼ l-​istess opinjoni bħal dawk taʼ żmien l-​antik li qalu: “Ħa jkun hemm l-​ikel u x-​xorb, għax għada se mmutu.”—Isaija 22:13; 1 Korintin 15:32.

Iva, nuqqas taʼ rispett għall-​ħajja huwa rampanti llum. Għalhekk, wieħed jagħmel tajjeb li jistaqsi, Kemm hija prezzjuża l-​ħajja għalik? Għandha l-​ħajja tiġi mħarsa akkost taʼ kollox? U hemm xi ħaġa iktar prezzjuża mill-​ħajja preżenti tagħna?

(w95 1/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja