LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 12/1 pp. 3-4
  • Jistgħu l-Mejtin Jarawna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jistgħu l-Mejtin Jarawna?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Materjal Simili
  • Fejn Qegħdin il-Mejtin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Il-Biżaʼ mill-Mejtin Huwa Mifrux maʼ Kullimkien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • X’Jiġri fil-Mewt?
    Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Oqgħod Attent minn Drawwiet li Ma Jogħġbux lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 12/1 pp. 3-4

Jistgħu l-Mejtin Jarawna?

WAĦDA mara toqtol lil żewġha. Sebaʼ snin wara tiġi mwerwra minn ħolma li temmen li hija sinjal tal-​korla taʼ żewġha l-​mejjet. Biex tberred l-​“ispirtu” tiegħu, tibgħat lil bintha biex tferraʼ offerti taʼ xorb fuq il-​qabar tiegħu.

Il-bint ma tafx x’se taqbad tgħidlu lill-​ispirtu taʼ missierha, ladarba l-​offerta ġejja mingħand ommha li qatlitu. Mill-​moħba tiegħu, ħuha qiegħed għassa. Joħroġ minn fejn ikun, u hu u oħtu joffru talba lil missierhom biex jgħinhom jivvindikaw il-​qtil tiegħu.

Din ix-​xena hija minn The Libation Bearers, reċta Griega miktuba iktar minn 2,400 sena ilu. F’xi partijiet tad-​dinja, speċjalment fl-​Afrika, sagrifiċċji simili taʼ ħdejn il-​qabar jiġu offruti saħansitra llum.

Ikkunsidra, per eżempju, l-​esperjenza taʼ Ibe, li jgħix fin-​Niġerja. Minħabba li kien tilef tlett itfal fil-​mewt, hu javviċina lit-​tabib saħħâr tal-​lokal, li jgħid lil Ibe li l-​imwiet ma kinux bla raġuni​—il-​missier mejjet taʼ Ibe jinsab irrabjat għaliex id-difna tiegħu ma ġietx magħmula kif jixraq.

Billi jaġixxi fuq il-​parir tat-​tabib tal-​lokal, Ibe jissagrifika mogħża u jferraʼ offerta taʼ ġnibru u nbid fuq il-​qabar taʼ missieru. Hu jsejjaħ lill-​ispirtu taʼ missieru, billi jitlob il-​maħfra, jafferma mħabbtu, u jitlob barka.

Ibe ma jiddubitax li missieru jistaʼ jarah u jisimgħu. Ma jemminx li missieru hu bla ħajja imma li fil-​mewt hu “qasam” mid-​dinja viżibbli għal ġod-​dinja inviżibbli. Ibe jemmen li missieru telaq mid-​dinja tal-​laħam u d-​demm għal ġod-​dinja taʼ l-​ispirti, id-​dominju taʼ l-​antenati.

Ibe jirraġuna hekk: ‘Għalkemm Missieri m’għadux f’din id-​dinja, għadu jiftakar fija u hu interessat fil-​benesseri tiegħi. U ladarba issa hu spirtu u għandu poteri miżjudin, qiegħed f’pożizzjoni bil-​wisq aħjar biex jgħinni milli kien bħala bniedem fuq l-​art. Barra minn hekk, jistaʼ jidħol għalija direttament quddiem Alla, ladarba Alla hu wkoll spirtu. Missieri jistaʼ jkun irrabjat bħalissa, imma jekk nurih rispett xieraq, se jaħfirli u jberikni.’

Fl-Afrika t-​twemmin li l-​mejtin jaraw lin-​nies fuq l-​art u jinfluwenzaw lil ħajjiethom huwa komuni fost dawk li jipprattikaw reliġjon tradizzjonali. Huwa evidenti wkoll fost dawk li jgħidu li huma Kristjani. Per eżempju, wara li mara tkun iżżewġet fil-​knisja, m’hijiex xi ħaġa li m’hijiex tas-​soltu li tmur fid-​dar tal-​ġenituri tagħha biex tirċievi l-​barka tradizzjonali. Hemmhekk l-​antenati jiġu msejħin, u offerta taʼ xorb tiġi mferraʼ lilhom. Bosta nies jemmnu illi li jonqsu li jagħmlu dan iġib diżastru fuq iż-​żwieġ.

Huwa maħsub li l-​antenati, jew l-​ispirti taʼ l-​antenati, jiżżguraw is-​sopravivenza u l-​prosperità tal-​familji tagħhom fuq l-​art. Skond din l-​opinjoni, huma alleati potenti, kapaċi jġibu ħsad tajjeb, jippromwovu l-​benesseri, u jipproteġu lin-​nies mill-​ħsara. Huma jinterċedu għan-​nom tal-​bniedem. Jekk jiġu injorati jew offiżi, madankollu, jġibu diżastru​—mard, faqar, saħansitra mewt. Għaldaqstant, permezz tas-​sagrifiċċju u r-​ritwal, in-​nies jistinkaw biex iżommu relazzjonijiet tajbin mal-​mejtin.

Temmen int li l-​mejtin għandhom sehem attiv fil-​ħajjiet tal-​ħajjin? Ġieli kont fuq il-​qabar taʼ xi ħadd maħbub u ssib lilek innifsek tlissen xi żewġ kelmiet, fil-​każ li hu jew hi jkunu qegħdin jisimgħuk? Sewwa, kemm jekk il-​mejtin jarawna u jisimgħuna u kemm jekk le jiddependi fuq dak li jiġri mal-​mewt. Ejjew neżaminaw xi tgħid il-​Bibbja dwar dan is-​suġġett importanti. (w94 11/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja