LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 4/1 pp. 8-12
  • Imħabba Lejn Jehovah Tistimula l-Qima Vera

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imħabba Lejn Jehovah Tistimula l-Qima Vera
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Rapport tal-​Għaġeb
  • Servizz taʼ Mħabba għall-​Bnedmin
  • Uħud li Jħobbu l-​Libertà Divina
  • Imħabba Intensa lejn Jehovah
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 4/1 pp. 8-12

Imħabba Lejn Jehovah Tistimula l-​Qima Vera

“Dan hu li tfisser l-​imħabba t’Alla, li nosservaw?’ il-​kmandamenti tiegħu.”—1 ĠWANN 5:3.

1, 2. B’liema mottiv għandna naqdu lil Jehovah? 3. Liema kuntrast jistaʼ jiġi nnotat bejn il-​biċċa l-​kbira tal-​Kristjani tal-​isem u x-​Xhieda taʼ Jehovah?

GRUPP taʼ 80 viżitaturi mill-​Ġappun kienu qed iduru Sala tal-​Assembleat tax-​Xhieda taʼ Jehovah f’California fl-​Istati Uniti. Ambjent pjaċevoli, inkluż ġnien komplut b’għasafar tal-​għana u ħamiem, ġagħalhom iħossuhom saħansitra iktar qrib tal-​Ħallieq Grandjuż tagħhom, Alla Jehovah. Il-​gwida li kien qed idawwarhom malajr irrealizza li kważi kull persuna fil-​grupp kienet qiegħda taqdi full-time bħala pijunier. Mela, iktar tard, il-​grupp ġie mistoqsi domanda li taʼ spiss ġiet magħmula: “Għala hemm daqshekk pijunieri fil-​Ġappun?” Għal mument kien hemm silenzju. Imbagħad mara żagħżugħa offriet li twieġeb: “Għaliex inħobbu lil Jehovah.”

2 Imħabba lejn Jehovah—kemm tqanqalna din biex inkunu żelużi fis-​servizz tiegħu! Veru, mhux kulħadd jistaʼ jkun pijunier. Tabilħaqq, il-​maġġoranza tal-​iktar minn erbaʼ miljuni pubblikaturi tagħna tas-​Saltna ma kinux jistgħu jagħmlu wisgħa għal dan il-​privileġġ. Imma ħafna li ċ-​ċirkostanzi tagħhom jippermettulhom jirsistu biex jagħmluh. Il-​bqija fostna nistgħu wkoll ‘nafdaw f’Jehovah u nagħmlu t-​tajjeb,’ billi nuru l-​imħabba tagħna waqt li nagħtu xi sehem fix-​xogħol taʼ trawwim taʼ dixxipli. (Salm 37:3, 4) U l-​adoraturi ddedikati kollha taʼ Jehovah jistgħu jieħdu sehem f’li jrawmu l-​ispirtu taʼ pijunier, billi jagħtu appoġġ taʼ mħabba lil dawk li qegħdin jaqdu bħala pijunieri.—Mattew 24:14; 28:19.

3. Liema kuntrast jista’ jiġi nnotat bejn il-biċċa l-kbira tal-Kristjani tal-​isem u x-​Xhieda taʼ Jehovah?

3 F’kuntrast mal-​biċċa l-​kbira tal-​Kristjani tal-​isem, li b’mod konvenjenti jqisu r-​reliġjon bħala sempliċi ħaġa sekondarja fil-​ħajjiet tagħhom, ix-​Xhieda taʼ Jehovah juru mħabba profonda lejn Alla li tqanqalhom biex ‘jibqgħu jfittxu l-​ewwel is-​saltna u t-​tjieba tiegħu.’ Dan kien jirrikjedi sagrifiċċju, imma kemm kien taʼ siwi dak is-​sagrifiċċju! (Mattew 6:33; 16:24) Dan kien fi qbil mal-​ewwel kmandament kbir, mistqarr l-​ewwelnett minn Mosè u rripetut minn Ġesù Kristu: “Jehovah Alla tagħna huwa Jehovah wieħed, u int trid tħobb lil Jehovah Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu u saħħtek kollha.”−Mark 12:29, 30; Dewteronomju 6:4, 5.

4, 5. Min għandu jitqies bħala leali, u kif tistaʼ tintwera l-​fedeltà?

4 Wieħed mill-​ħaddiema tal-​kwartieri ġenerali tax-​Xhieda taʼ Jehovah irrimarka dan l-​aħħar lil F. W. Franz, il-​president tal-​Watch Tower Society li għandu 98 sena u li qattaʼ iktar minn 70 sena fis-​servizz full-time: “Int tajt eżempju mill-​aħjar taʼ fedeltà, Ħuna Franz.” U Ħuna Franz wieġeb: “Iva! Trid tkun leali.” Dak jorbot kollox. Fi kwalunkwe aspett t’attività tas-​Saltna li naqdu fih, nistgħu nkunu leali.—1 Korintin 4:2; Galatin 3:9.

5 Veru, ħafna jixtiequ jagħmlu wisq iktar fis-​servizz taʼ Jehovah, imma responsabbiltajiet Skritturali jew problemi taʼ saħħa jistgħu jillimitawhom xi ftit. Dawk li ma jistgħux jaqdu bħala pijunieri, madankollu, m’għandhomx jitqiesu bħala inqas leali. Xi wħud baqgħu leali taħt l-​iktar kundizzjonijiet taʼ prova u taʼ spiss għal għadd kbir taʼ snin. Iva, kienu leali! Urew imħabba lejn Jehovah u qdew bil-​għaqal b’appoġġ mill-​qalb għall-​arranġamenti teokratiċi tiegħu. Ħadu interess profond fl-​attività tal-​pijunieri u taw inkuraġġiment lil dawk li wrew potenzjal li jkunu pijunieri, taʼ spiss lil uliedhom stess biex jaħdmu għax-​xogħol taʼ pijunier bħala karriera fil-​ħajja li tisboq lill-​oħrajn kollha.—Qabbel Dewteronomju 30:19, 20.

6, 7. Il-​preċedent li nsibu fl-​1 Samwel 30:16-25 kif japplika llum?

6 L-​unità t’azzjoni bl-​imħabba tal-​poplu t’Alla kollu llum tistaʼ tiġi mxebbha mar-​rakkont fl-​1 Samwel 30:16-25. F’battalja kontra l-​Amalakiti, “David mar jolqothom ’l isfel mid-​dlam taʼ fil-​għodu sa fil-​għaxija” u ħa ħafna priża. Meta mar lura fil-​kamp, xi wħud mill-​gwerriera taʼ David riedu li xejn mill-​priża ma tingħata lil dawk li ma avvanzawx magħhom fl-​eqqel tal-​battalja. Imma David wieġeb: “Min se jismaʼ minnkom inkwantu għal dan il-​qawl? Għax bħas-​sehem tal-​wieħed li niżel għall-​battalja saħansitra hekk se jkun is-​sehem tal-​wieħed li qagħad bil-​qiegħda ħdejn il-​bagalji. Ilkoll se jkollhom sehem flimkien.”

7 L-​istess prinċipju japplika llum. Il-​pijunieri jinsabu fuq quddiem fil-​gwerra spiritwali. Imma l-​oħrajn kollha fil-​kongregazzjoni jagħtu appoġġ leali mill-​qalb.

Rapport tal-​Għaġeb

8. (a) Ir-​rapport dinji x’jirrivela rigward it-​total tal-​pubblikaturi u s-​sigħat li qattgħu fis-​servizz taʼ Jehovah? (b) Liema punti taʼ interess tinnota dwar pajjiżi li qegħdin jidhru għall-​ewwel darba fir-​rapport?

8 Iva, l-​isforzi magħqudin tal-​adoraturi żelużi taʼ Jehovah kollha kkontribwew għal żjieda eċċitanti mad-​dinja kollha matul l-​1991. Quċċata splendida ġdida taʼ 4,278,820 pubblikaturi tas-​Saltna hija rrapportata—żjieda taʼ 6.5 fil-​mija. Dawn iddedikaw 951,870,021 sigħat (kważi biljun!) għas-​servizz. U nnota l-​isforz eċċellenti li għamlu ħutna f’pajjiżi li qegħdin jidhru għall-​ewwel darba fir-​rapport dinji—Bulgarija, Ċekoslovakkja, Etjopja, Kamerun, Mozambique, Nikaragwa, Rwanda, u l-​Unjoni Sovjetika.

9, 10. (a) Il-​pijunieri kif wieġbu għall-​isfida taʼ żminijiet ibsin? (b) Liema inkuraġġiment huwa pprovdut biex wieħed jidħol fis-​servizz taʼ pijunier?

9 Fi snin riċenti l-​ispirtu taʼ pijunier infirex mad-​dinja kollha. Saħansitra f’artijiet fejn il-​libertà tal-​qima ngħatat biss dan l-​aħħar, il-​għadd taʼ pijunieri qed jikber bil-​ħeffa. Kundizzjonijiet ekonomiċi ibsin m’humiex iżommu lura lil dawn ix-​Xhieda kuraġġużi milli jiddedikaw dak kollu li għandhom għall-​qima taʼ Jehovah. (Qabbel 2 Korintin 11:23, 27.) Fuq medja taʼ kull xahar, 14 fil-​mija tal-​pubblikaturi kollha tas-​Saltna qdew bħala pijunieri. L-​ogħla għadd taʼ pijunieri ħu 780,202, li ħu persentaġġ eċċellenti taʼ 18 fil-​mija tal-​pubblikaturi kollha.

10 Meta josservaw il-​ferħ li jġarrbu l-​pijunieri, oħrajn ukoll jiġu nkuraġġiti biex jieħdu sehem f’dan is-​servizz. Jekk għadek m’intix qed taqdi bħala pijunier, tistaʼ l-​imħabba tiegħek lejn Jehovah tqanqlek biex tgħid, kif naqraw f’​Isaija 6:8, “Ħawn jien! Ibgħat lili”? Jew permezz tal-​istudju diliġenti tiegħek tal-​Bibbja, tistaʼ l-​Kelma t’Alla tqabbad xewqa ħerqana f’qalbek, sabiex tkun trid tagħmel il-​pass li jmiss li tidħol għas-​servizz taʼ pijunier? Saħansitra fi żmien taʼ prova, il-​kelma taʼ Jehovah stimulat lil Ġeremija, u b’hekk ma setax iżomm lura.—Ġeremija 20:9.

Servizz taʼ Mħabba għall-​Bnedmin

11. L-​attività tal-​istudji tal-​Bibbja fid-​djar kif kellha prosperità?

11 Wieħed mill-​iktar fatturi li jispikkaw tar-​rapport annwali ħu ż-​żjieda fil-​għadd taʼ studji tal-​Bibbja fid-​djar b’xejn, 3,947,261, li ġew kondotti b’mod regulari kull xahar mad-​dinja kollha. Dan ħu arranġament taʼ mħabba li bih ix-​Xhieda taʼ Jehovah isegwu l-​interess li jsibu fix-​xogħol minn dar għal dar. Ferħanin li nikkonduċu studji tal-​Bibbja maʼ nies taʼ kull nazzjonalità u sfondi razzjali, billi naħdmu bl-​istess ħeġġa li wera l-​appostlu Pawlu. Li ħu ta “xiehda bir-​reqqa kemm lil Lhud u kemm lil Griegi” bla dubju kien jirrikjedi ħafna sigħat taʼ tagħlim tal-​verità. (Atti 20:20, 21) L-​istess illum. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah qegħdin igħinu lil “kull xorta taʼ nies [biex] jiġu salvati u jiġu għal għarfien eżatt tal-​verità.”—1 Timotew 2:4.

12-14. Liema rapporti taʼ ferħ ħerġin mill-​Ewropa?

12 Kemm huma eċċitanti r-​rapporti taʼ żjieda fl-​attività taʼ studji tal-​Bibbja fl-​Ewropa tal-​Lvant! Għal għaxriet taʼ snin ħutna hemm kellhom jiltaqgħu fi gruppi żgħar, forsi b’kopja waħda mqabra kkopjata minn xi Torri tal-​Għassa qadim għall-​grupp kollu. Imma issa abbundanza taʼ Bibbji u letteratura Biblika dieħla b’gelgul f’dawk l-​artijiet. Tfakkarna fil-​Għanja taʼ Salamun 2:4, King James Version: “Hu [Kristu Ġesù] ġabni fid-​dar tal-​bankett [spiritwali], u l-​bandiera tiegħu fuqi kienet l-​imħabba.” Billi għandhom il-​kopji persunali tagħhom tar-​rivisti, ħafna minnhom qegħdin isiru armati tajjeb biex jimmaniġġjaw ”[i]l-kelma tal-​verità sewwa.”—2 Timotew 2:15.

13 Kongregazzjoni taʼ 103 pubblikaturi f’St. Petersburg, ir-​Russja, dan l-​aħħar irrapportat iktar minn 300 studji tal-​Bibbja fid-​djar. Bħala frott taʼ dan l-​isforz fl-​istudji tal-​Bibbja, 53 Xhieda ġodda tgħammdu fi tmien xhur. Iktar minn nofs il-​kongregazzjoni ilhom fil-​verità tmien xhur jew inqas! U m’għandhomx anzjani—qaddej ministerjali wieħed biss biex jieħu ħsieb tal-​avvanz spiritwali tagħhom.

14 Pubblikatriċi tas-​Saltna fl-​Estonja ġiet mistoqsija minn studentessa tal-​Bibbja jekk tistax tistieden xi ftit minn ħbiebha għall-​istudju. Meta x-​Xhud waslet fid-​dar il-​ġimgħa taʼ wara, sabet‘il fuq minn 50 persuna miġburin! M’għandniex xi ngħidu, arranġamenti speċjali kienu meħtieġa biex jieħdu ħsieb dak l-​interess kollu.

15. X’jistaʼ jingħad dwar attendenza għall-​Mafkar u magħmudijiet?

15 Ħafna li qegħdin jistudjaw jieħdu l-​ewwel togħma tagħhom taʼ sħubija Kristjana billi jattendu l-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù. Din l-​aħħar sena, l-​attendenza qabżet il-​10,000,000 għall-​ewwel darba, billi nġabru 10,650,158 mad-​dinja kollha f’66,207 kongregazzjonijiet għal din l-​okkażjoni taʼ ferħ. F’ħafna pajjiżi fl-​Amerka Latina, fl-​Afrika, u fl-​Ewropa tal-​Lvant, kien hemm attendenzi tlieta jew erbaʼ darbiet iżjed mill-​għadd tal-​pubblikaturi tas-​Saltna. Issa rridu nibdew nippreparaw għall-​Mafkar li se jinżamm din is-​sena nhar il-​Ġimgħa, 17 t’April. Huwa ttamat li għadd kbir taʼ studenti ġodda tal-​Bibbja li jattendu l-​Mafkar ikomplu jagħmlu progress lejn il-​magħmudija. Rigward il-​magħmudijiet, fl-​1991 erġajna rajna iktar minn 300,000 jissimbolizzaw id-​dedikazzjoni tagħhom lil Alla Jehovah bit-​tgħaddis fl-​ilma.

Uħud li Jħobbu l-​Libertà Divina

16. Liema rapporti eċċitanti ġejjin mill-​Konvenzjonijiet Distrettwali “Uħud li Jħobbu l-​Libertà”?

16 Fattur notevoli tas-​sena taʼ servizz 1991 kien is-​serje taʼ Konvenzjonijiet Distrettwali “Uħud li Jħobbu l-​Libertà,” li issa tlestew fin-​naħa taʼ Fuq tad-​dinja imma jkomplu fl-​1992 fin-​naħa t’Isfel. Għall-​ewwel darba, il-​programm sħiħ tal-​konvenzjoni ġie ppreżentat f’għadd taʼ pajjiżi tal-​Ewropa tal-​Lvant fejn ħutna jinsabu ferħanin li jużaw il-​libertajiet ġodda tagħhom biex ifaħħru lil Jehovah. F’ottubru 1991 l-​attendenza totali rrapportata fl-​ewwel 705 konvenzjonijiet f’54 pajjiż kienet taʼ 4,774,937.

17, 18. (a) Liema libertajiet igawdu u jantiċipaw l-​adoraturi taʼ Jehovah? (b) Il-​libertà divina kif inhi differenti mil-​libertajiet dinjin?

17 Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: ”[I]l-verità se tagħtikom il-​libertà.” (Ġwann 8:32) Illum verità Biblika ħelset lil miljuni mid-​dommi tal-​Kristjaneżmu. Dawn il-​miljuni tgħallmu li l-​provvediment taʼ Jehovah tas-​sagrifiċċju bħala rahan taʼ Ġesù se jagħmilha possibbli għall-​bniedem li “jiġi lliberat mill-​jasar għall-​korruzzjoni u jkollu l-​libertà glorjuża tat-​tfal t’Alla.” (Rumani 8:19-22) X’libertà grandjuża tkun dik—li ngħixu għal dejjem f’ġenna tal-​art imħarsin mil-​limiti xierqa li Jehovah jiddetermina b’imħabba!—Isaija 25:6-8; qabbel Atti 17:24-26.

18 Il-​libertàjiet li issa jgawdu x-​Xhieda taʼ Jehovah, u li jistennew li jgawdu b’mod iżjed abbundanti fis-​sistema ġdida taʼ affarijiet talli, huma mingħand Alla tagħna, Jehovah. (2 Korintin 3:17) Ma jiddependux fuq xi moviment politiku jew revoluzzjonarju. (Ġakbu 1:17) Biex igħassu għal xi nuqqas taʼ ftehim fuq dan il-​punt, il-​badges tal-​konvenzjoni tal-​1991 milbusin mix-​Xhieda taʼ Jehovah f’xi artijiet tal-​Ewropa tal-​Lvant kellhom il-​kelmiet “Uħud li Jħobbu l-​Libertà Divina” minflok sempliċement “Uħud li Jħobbu l-​Libertà.”

Imħabba Intensa lejn Jehovah

19. Intimità bit-​talb maʼ Jehovah kif tistaʼ twiżinna?

19 L-​imħabba tagħna lejn Jehovah u l-​fiduċja tagħna fih se jġagħluna nibqgħu qrib tiegħu bit-​talb. Hija din l-​intimità maʼ Jehovah li għenet lil ħutna biex jissaportu ħafna tbatijiet u persekuzzjonijiet. (Salm 25:14, 15) Fis-​siegħa tiegħu tal-​akbar prova, Ġesù żamm intimità maʼ Missieru permezz tat-​talb. (Luqa 22:39-46) Din l-​intimità maʼ Jehovah bit-​talb wieżnet lil Stiefnu matul l-​agunija tal-​martirju tiegħu. Waqt li ħares fiss lejn is-​sema hekk kif kien wasal biex jiġi mħaġġar għall-​mewt, ħu qal: “Ħares! Nilmaħ is-​smewwiet miftuħin u Bin il-​bniedem [Ġesù] bil-​wieqfa fuq il-​leminija t’Alla.”−Atti 7:56.

20-22 L-​esperjenza li qrajna kif turi li Alla jismaʼ t-​talb?

20 Bħalma ġarrbu tant spiss l-​adoraturi tiegħu, Jehovah tassew iwieġeb it-​talb li ħu fi qbil mar-​rieda tiegħu. Per eżempju, f’pajjiż Afrikan fejn ix-​xogħol tax-​Xhieda ħu pprojbit, wieħed pijunier speċjali li kien qed jivvjaġġa lejn it-​Tramuntana bix-​xarabank kellu xkora kbira bil-​letteratura tas-​Saltna u xi envelopes xi jqassam. Il-​kunduttur li kien qed igħabbi x-​xarabank staqsa lill-​ħu: “X’fiha l-​ixkora?” Il-​ħu qal l-​ewwel ħaġa li ġietu f’moħħu: “Posta.”

21 Fit-​triq, ix-​xarabank baqgħet għaddejja tiġri minn post fejn suppost tiġi ċċekkjata, u l-​pulizija tat-​traffiku ġrew warajha u waqqfuha, billi ssuspettaw li kien fiha xi kuntrabandu. ordnaw lill-​passiġġieri kollha biex jinżlu minn fuq ix-​xarabank u li l-​bagalji kollha jiġu spezzjonati. Xi kriżi dik! Il-​ħu mexa ftit passi ’l bogħod mill-​geġwiġija tal-​folla u, waqt li ntafaʼ għar-​rkobbtejh, talab lil Jehovah. Meta reġaʼ ngħaqad mal-​folla, il-​bagalja taʼ kull passiġġier kienet qiegħda tiġi miftuħa u eżaminata b’attenzjoni kbira. Meta waslet biex tinfetaħ l-​ixkora tal-​ħu, f’qalbu talab lil Jehovah għall-​għajnuna.

22 “Taʼ min hi din l-​ixkora, u x’fiha?” għajjat il-​pulizija. Qabel ma ħuna setaʼ jiftaħ ħalqu, il-​kunduttur tax-​xarabank wieġeb u qal: “Fiha posta minn ———— uffiċċju tal-​posta għal ———— uffiċċju tal-​posta.” “Tajjeb wisq, ” qal il-​pulizija. Ġabar l-​ixkora u newwilha lill-​kunduttur. “Qis li żżommha taħt għajuejk matul il-​vjaġġ,” ordnalu. Il-​pijunier speċjali għal darb’oħra niżel għar-​rkobbtejh biex jirringrazzja lil Semmiegħ it-​talb.—Salm 65:2. Proverbji 15:29.

23. Jehovah x’wera, u madankollu għala xi drabi jħalli l-​persekuzzjoni tieħu l-​korsa tagħha?

23 Dan ma jfissirx, madankollu, li l-​adoraturi taʼ Jehovah huma ħielsa għalkollox mill-​gwaj. F’ċerti sitwazzjonijiet, kemm fi żminijiet Bibliċi kif ukoll illum, Jehovah wera li ħu kapaċi jeħles lill-​poplu tiegħu. Imma fi qbil mat-​tweġiba għall-​kwistjoni taʼ integrità hu xi drabi jidher li jħalli l-​persekuzzjoni tieħu l-​korsa sħiħa tagħha. (Qabbel Mattew 26:39.) Jerġaʼ, Jehovah ma jipproteġix awtomatikament lill-​poplu tiegħu mill-​inċidenti, ġlied ċivili, jew kriminalità, għalkemm l-​eżerċitar taʼ għerf prattiku bbażat fuq il-​Bibbja jistaʼ jkun taʼ valur. (Proverbji 22:3; Ekkleżjasti 9:11) Nistgħu nkunu fiduċjużi, iżda, li kemm jekk ninħelsu minn sitwazzjonijiet taʼ prova u kemm jekk le, il-​fedeltà tagħna se tiġi ppremjata, saħansitra permezz taʼ rxoxt jekk ikun hemm bżonn.—Mattew 10:21, 22; 24:13.

24. Liema għotjiet taʼ mħabba pprovda Jehovah, u kif nistgħu nwieġbu għal imħabbtu?

24 Kemm huma meraviljużi l-​għotjiet taʼ mħabba taʼ Jehovah! Il-​għotja tiegħu lill-​bnedmin taʼ din l-​art u kulma hemm fuqha hija espressjoni tal-​għaġeb taʼ mħabbtu. (Salm 104:1, 13-16; 115:16) U l-​għotja kollha mogħdrija t’Alla li ta lil Ibnu, Ġesù Kristu, biex jifdi lill-​bnedmin mid-​dnub u mill-​mewt hija l-​iktar għotja taʼ mħabba li qatt saret. “B’dan intgħamlet tidher l-​imħabba t’Alla fil-​każ tagħna, għaliex Alla bagħat lill-​Iben uniġenitu tiegħu fid-​dinja biex nistgħu naqilgħu l-​ħajja permezz tiegħu. L-​imħabba hi f’dan ir-​rigward, mhux li aħna ħabbejna‘l Alla imma li ħu Ħabbna u bagħat lil Ibnu bħala sagrifiċċju propizjatorju għal dnubietna.” (1 Ġwann 4:9, 10) Bi tweġiba għal dik l-​imħabba, jalla nkunu konvinti “li la l-​mewt u la l-​ħajja u la l-​anġli u la l-​gvernijiet u la affarijiet issa hawn u la affarijiet li għandhom jiġu u la qawwiet u la għoli u la fond u lanqas kull ħolqien ieħor ma se jkun kapaċi jifridna mill-​imħabba t’Alla li hi fi Kristu Ġesù l-​Mulej tagħna.”−Rumani 8:38, 39.

Reviżjoni taʼDan l-​Artiklu

◻ Xi jfisser li tkun leali?

◻ F’liema sferi t’attività nistgħu nuru mħabba lejn Jehovah?

◻ Liema fatturi tar-​rapport tas-​sena taʼ servizz interessaw l-​iktar?

◻ Kif nistgħu nuru apprezzament għall-​għotjiet taʼ Jehovah?

[Kaxxa f’paġna 10]

GĦALA DAQSHEKK PIJUNIERI?

Jingħad li għal 2,600 sena l-​Ġappuniżi kienu adoraturi ferventi tal-​imperaturi tagħhom. Fil-​gwerer taʼ dan is-​seklu 20 biss, iktar minn tliet miljun gwerrier Ġappuniż issagrifikaw il-​ħajjiet tagħhom, għax huma ħasbu li ma kien hemm ebda unur akbar milli li jmutu għall-​imperatur divin tagħhom. Imma l-​militariżmu Buddista u Xintoista falla fit-​Tieni Gwerra Dinjija, u wara dan l-​imperatur irrenunzja l-​istat divin tiegħu. X’setaʼ jimla dan il-​vojt reliġjuż? B’ferħ, studji tal-​Bibbja fid-​djar kondotti minn missjunarji tax-​Xhieda ta, Jehovah u iktar tard minn Xhieda lokali għenu lil ħafna biex isibu lill-​veru Alla, Jehovah, u biex jiddedikaw il-​ħajjiet tagħhom lilu. Din id-​dedikazzioni tfisser wisq għal dawk ix-​Xhieda Ġappuniżi. Jekk qabel kienu ppreparati li jissagrifikaw il-​ħajjiet tagħhom għal imperatur divin, b’liema żelu bil-​wisq akbar huma issa jiddedikaw l-​enerġiji tagħhom bħala pijunieri f’li jaduraw lil Dak Alla l-​ħaj u Ħallieq tal-​univers—il-​Mulej Sovran Jehovah!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja