LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 11/1 p. 3
  • L-Aħħar Ġudizzju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Aħħar Ġudizzju
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Id-​Duttrina tal-​Kristjaneżmu
  • Jum il-Ġudizzju—Żmien taʼ Tama!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Jum Il-Ġudizzju u Wara
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • X’Sar Minnu n-Nar taʼ l-Infern?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Kemm Huwa Sod it-Twemmin Tiegħek fl-Irxoxt?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 11/1 p. 3

L-​Aħħar Ġudizzju

“META inti tmut ir-​ruħ minn tiegħek se tiġi tturmentata waħedha dak se jkun infern għaliha: imma f’jum il-​ġudizzju l-​ġisem minn tiegħek se jissieħeb mar-​ruħ minn tiegħek, u mbagħad inti se jkollok infern doppju, ir-​ruħ minn tiegħek togħroq qtar tad-​demm, u l-​ġisem minn tiegħek ixoqq bl-​agunija.”

DAN hu kif il-​predikatur tas-​seklu 19 C. H. Spurgeon iddeskriva l-​ħarsa tal-​kleru lejn jum il-​ġudizzju u t-​tbatija tal-​misħutin. L-​artist Taljan Michelangelo kellu twemmin terrorizzanti bħal dan, kif inhu muri fil-​pittura tiegħu “L-​Aħħar Ġudizzju” fuq il-​ħajt tal-​kappella Sistina f’Ruma. The New Encyclopoedia Britannica tgħid dwar din il-​pittura: “Il-​Kristu fil-​Ġudizzju huwa alla vjolenti minflok ma hu salvatur Kristjan, iktar ikkonċernat f’li jisħet lir-​razza umana milli f’li jilqaʼ lill-​imberkin fis-​sema.”

Id-​Duttrina tal-​Kristjaneżmu

Fis-​sekli l-​imgħoddija, jum il-​ġudizzju u n-​nar tal-​infern kienu s-​suġġetti favoriti fil-​priedki. Mill-​pulpti tagħhom, predikaturi bħal C. H. Spurgeon kienu juru b’mod vjolenti u b’deskrizzjonijiet grafidi t-​turmenti koroh ferm li qed jistennew lill-​midinbin. Illum il-​ġurnata, dik ix-​xorta taʼ ppridkar rari tisimgħu. Imma n-​nar tal-​infern u l-​aħħar ġudizzju għadhom xorta t-​tagħlim uffiċċjali taʼ ħafna knejjes

Il-maġġoranza tar-​reliġjonijiet tal-​Kristjaneżmu bejn wieħed u ieħor jaqblu mat-​tagħlim Kattoliku Ruman li l-​ġudizzji t’Alla jiġu f’żewġ stadji. L-​ewwel, hemm il-​“ġudizzju partikulari.” Meta persuna tmut, l-​hekk imsejħa ruħ immortali tagħha tiġi ġġudikata immedjatament u mogħtija eternità jew fl-​infern jew fis-​sema.a Imbagħad jiġi l-​ġudizzju aħħari, jew ġenerali, fit-​tmiem taż-​żminijiet meta l-​iġsma tal-​mejtin jiġu rxoxtati u jingħaqdu mill-​ġdid mal-​erwieħ immortali tagħhom.

F’dan jum il-​ġudizzju, l-​erwieħ fis-​sema jibqgħu hemm u jiġu magħqudin mill-​ġdid maʼ iġsma li saru ma jitħassrux. Dawk li jsofru fl-​infern jibqgħu hemm ukoll, u l-​erwieħ tagħhom ukoll jingħaqdu mal-​iġsma rxoxtati u li ma jitħassrux tagħhom. Skond xi wħud, dan jikkaġuna li s-​sofferenzi tagħhom isiru iktar intensi. Dawk mill-​bnedmin li jkunu għadhom ħajjin ma jmutux. Huma jiġu ġġudikati waqt li għadhom ħajjin u jmorru, “bir-​ruħ u l-​ġisem” biex ingħidu hekk, dritt fis-​sema jew fl-​infern.

Il-possibiltà taʼ li wieħed irid jissaporti turmenti li ma jitwemmnux f’nar tal-​infern għamlet lis-​suġġett kollu tal-​ġudizzju finali f’idejn Ġesù Kristu xi ħaġa tal-​biżaʼ biex taħseb dwaru. Meta tqis dan tkun taʼ sorpriża għalik li tkun taf li, fil-​fatt, il-​ġudizzji t’Alla huma taʼ spiss kaġun għal ferħ u li Jum il-​Ġudizzju se jkun wieħed mill-​iktar żminijiet ferriħin fl-​istorja kollha tal-​umanità? Dan kif jistaʼ jkun?

[Nota taʼ taħt]

a Il-​Kattoliċi Rumani jemmnu wkoll fit-​tielet possibiltà: kastig temporanju fil-​purgatorju qabel ma fl-​aħħar jidħlu fis-​sema.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja