LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 8/15 pp. 3-4
  • X’Inhu li Joħloq l-Inkwiet fil-Familja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhu li Joħloq l-Inkwiet fil-Familja?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xi Raġunijiet għal Niket fil-​Familja
  • Il-Hemm fil-Familja—Sinjal taż-Żminijiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Hemm Xi Sigriet għall-Hena fil-Familja?
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Poġġi lil Alla l-Ewwel fil-Ħajja tal-Familja Tiegħek!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Jehovah, ‘il-Kenn Tagħna fi Żmien l-Għawġ’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 8/15 pp. 3-4

X’Inhu li Joħloq l-​Inkwiet fil-​Familja?

‘DIK għażżiena!’ qal Karmenu. ‘Ma tafx tieħu ħsieb id-​dar!’

‘Mhux veru!’ qalet Anna irrabjata. ‘Ma japprezzax lanqas ħaġa waħda li nipprova nagħmel. Huwa l-​iktar bniedem li jħobb jikkritika li qatt iltqajt miegħu.’

X’mar ħażin fil-​ħajja taʼ Karmenu u Anna?a Iż-​żwieġ tagħhom mingħajr esperjenza kien għad ilu biss erbaʼ xhur, imma kien diġà qrib diżastru. Madankollu, il-​każ tagħhom m’huwiex eċċezzjoni, għax l-​istatistika turi li nuqqas taʼ qbil fiż-​żwieġ huwa komuni. L-​esperti issa jgħidu li nofs iż-​żwiġijiet ġodda kollha fl-​Istati Uniti se jispiċċaw f’divorzju. Bl-​istess mod jiġu statistiċi taʼ swied il-​qalb minn ħafna pajjiżi oħra. Iżda, id-​divorzju huwa biss parti mill-​istampa. F’għadd li ma tistax tgħoddu u għal raġunijiet varji, il-​familji huma f’niket kbir.

Xi Raġunijiet għal Niket fil-​Familja

It-​tfal jiġu effettwati ħafna meta ċirkustanzi taʼ niket jeżistu fil-​familja. Ir-​rivista Newsweek tirrapporta: “Terz mit-​tfal kollha li twieldu f’dawn l-​aħħar għaxar snin [fl-Istati Uniti] aktarx li se jgħixu f’familja li taddottahom qabel ma jkunu laħqu l-​età taʼ 18-il sena. Wieħed minn kull erbat itfal illum qed jiġu mrobbijin minn ġenitur wieħed. Madwar 22 fil-​mija tat-​tfal illum twieldu barra miż-​żwieġ; u minnhom, madwar terz kienu mweldin minn omm li kienet teenager.”

Billi semma kaġun li għandu x’jaqsam man-​niket fil-​familja, J. Patrick Gannon li hu espert dwar każi taʼ tfal li jiġu abbużati jgħid: “Stħarriġ kurrenti juri li għaxriet taʼ miljuni taʼ persuni kienu mrobbijin f’familji li ma ffunzjonawx tajjeb [li jiffunzjonaw b’mod mhux normali] fejn il-​vjolenza, l-​inċest, jew abbuż emozzjonali kkaġunat mill-​alkoħoliżmu kienu xi ħaġa taʼ kuljum.” Ma nistagħġbux li ħafna tfal li jiġu esposti għal affarijiet bħal dawn ma jkunux jafu kif jevitaw in-​niket fil-​familja meta jsiru adulti.

Xi osservaturi jistgħu jagħtu t-​tort għal niket fil-​familja lill-​bidliet ekonomiċi, soċjali, u morali li nfirxu madwar l-​artijiet industrijalizzati. Per eżempju, li ħafna nisa fuq skala kbira ħarġu jaħdmu qanqlet tibdil li ħawwad l-​arranġament taʼ dmirijiet u responsabbiltajiet domestiċi. Ommijiet jipprovaw itejbu xi sengħa li ma tantx huma tajbin fiha, missirijiet bi sforz jippruvaw jagħmlu x-​xogħol tad-​dar, u t-​tfal bid-​dmugħ f’għajnejhom ikollhom jidraw ħajja f’ċentri apposta li jieħdu ħsiebhom matul il-​jum.

Ħafna familji huma taħt pressjoni tremenda f’ħafna artijiet madwar il-​globu. Ġenitur impjegat qabbel dan ma “għixien il-​ħin kollu fi stat taʼ emerġenza.” Mhux taʼ b’xejn li kważi nofs dawk li ġew mistoqsijin matul stħarriġ li sar riċenti qal li l-​‘familja Amerikana hija agħar illum milli kienet 10 snin ilu,’ u ftit emmnu li s-​sitwazzjoni kellha titjieb.

Niket fil-​familja huwa b’hekk dak li se jibqgħu jiddiskutu s-​sena kollha fuq it-​televiżjoni u r-​radju. Il-​pubbliku jiblagħhom kotba taʼ għajnuna dwar il-​familja, u xi wħud minnhom joffru xi ftit mhux ħażin taʼ pariri prattiċi. Għalkemm it-​twissijiet biex ‘jikkomunikaw iktar bil-​miftuħ’ jew biex ‘jaqsmu maʼ xulxin is-​sentimenti tagħhom’ jistgħu jkunu taʼ għajnuna, ma ssolvix il-​veru kaġun tal-​problemi domestiċi. L-​artiklu li jmiss se jagħmel dan u se juri kif wieħed jistaʼ jlaħħaq man-​niket fil-​familja.

[Nota taʼ taħt]

a Ismijiet fittizji wżati biex tinżamm il-​kunfidenzjalità.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja