LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 10/15 pp. 3-5
  • L-Ospitalità taʼ Malta Ġġib Barkiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ospitalità taʼ Malta Ġġib Barkiet
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Viżitaturi Jġibu Aħbar Tajba
  • Faraġ Mill-​Iskrittura
  • Inkuraġġiment Biex Ikun Żeluż
  • Parir taʼ Għajnuna Jġib Barkiet
  • Tibdil taʼ Inkuraġġiment
  • Pawlu jsalpa lejn Ruma
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Pawlu Jittrijonfa fuq l-Avversità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • “Ħadd Minnkom Mhu Se Jmut”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 10/15 pp. 3-5

L-​Ospitalità taʼ Malta Ġġib Barkiet

MALTA kienet l-​art li pprovdiet dehra taʼ serħan mill-​baħar għall-​appostlu Pawlu hekk kif kien innawfragat fl-​ewwel seklu E.K. L-​abitanti tal-​gżira laqgħu lilu u lil sħabu li vvjaġġaw miegħu “b’tant għajnuna.” Fil-​fatt, il-​Maltin urew lill-​vjaġġaturi “qalb tajba umana staordinarja.”—Atti 28:1, 2.

Iktar tard, ir-​raġel ewlieni tal-​gżira, Publiju, laqaʼ lil Pawlu u lil sħabu b’mod ospitabbli u ‘kompla magħhom minn qalbu għal tlett ijiem.’ Meta ġriet l-​aħbar li l-​appostlu kien fejjaq lil missier Publiju mid-​deni u mid-​disenterija, “il-​bqija tan-​nies fuq il-​gżira li kellhom xi mard ukoll bdew jiġu għandu biex jitfejqu.” (Atti 28:7-9) Imma Pawlu għamel iktar minn hekk. Hu żeraʼ ż-​żrieragħ tal-​verità fi qlub in-​nies, u dan irriżulta f’ħafna barkiet għal dawn l-​abitanti ospitabbli. Il-​lum, l-​istess ħaġa qed tiġri f’Malta. Ejja u ara kif.

Viżitaturi Jġibu Aħbar Tajba

Mill-​ajru, Malta mimlija xemx tidher tiddi bħala ġawhra f’nofs il-​Mediterran kaħlani. Meta jasal fl-​ajruport taʼ Ħal-Luqa, viżitatur jara art mimlija xemx bi ftit li xejn veġitazzjoni. Meta jinżel fuq l-​art, jiskopri li din il-​gżira taʼ tmienja bi sbatax-il mil huwa stmat li jgħixu fiha madwar 347,000 abitant. Il-​koppli u l-​kampnari taʼ knejjes mingħajr għadd u l-​katidrali taʼ Malta jirrivelaw l-​isfond reliġjuż tagħha. Imma f’dan is-​seklu 20, kif ibbenefika l-​poplu Malti minn żjajjar tax-​Xhieda taʼ Jehovah?

Wieħed indokratur li jivvjaġġa li jismu David mar id-​dar taʼ Jana u sab rispons tajjeb għall-​messaġġ tas-​Saltna. “Kont sirt imxebbaʼ ħafna bl-​indħil tal-​knisja fil-​politika,” tgħid Jana, “u jien għalhekk ippruvajt insib fil-​Bibbja l-​verità dwar il-​gvern t’Alla. Imma hekk kif qrajtha, kien hemm xi affarijiet li ma tantx stajt nifhimhom. Immaġina kemm kont kurjuża meta dan il-​viżitatur fil-​bieb tiegħi staqsieni jekk kontx naf x’kienet is-​Saltna t’Alla! Immedjatament, staqsejtu biex jurini t-​tweġiba mill-​Bibbja Kattolika tiegħi. Hekk għamel. F’dak l-​istess jum kont naf li sibt il-​verità.”

Waħda mix-​Xhieda lokali rranġat li tistudja l-​Bibbja maʼ Jana. Meta David reġaʼ lura Malta sitt xhur wara, x’sorpriża sabiħa ħa li jsib lil Jana tilqgħu fil-​Kingdom Hall! Hi malajr kienet lesta biex tkun pubblikatriċi tal-​aħbar tajba tas-​Saltna.

Frans, ir-​raġel taʼ Jana, ukoll kien ġie mħawwad mit-​tagħlim tal-​knisja. Waqt li żarha darba minnhom meta hi kienet l-​isptar, hu sabha tismaʼ ‘tape recordings’ taʼ taħditiet pubbliċi dwar il-​Bibbja mogħtijin fil-​Kingdom Hall. Wara li kien samaʼ preżentazzjoni fuq is-​suġġett tal-​familja, Frans innota kemm kien taʼ min joqgħod fuqu l-​parir tal-​Bibbja, u bħala riżultat, hu ddeċieda li jibda jattendi l-​laqgħat Kristjani. Malajr sar konxju dwar problema li kellu li riedet tiġi solvuta. X’kienet?

Għal madwar 20 sena, Frans kien jaħdem bħala kruppier fil-​każinò. Hu issa rrealizza li dak l-​impjieg li kien jinvolvi l-​logħob tal-​azzard ma kienx jaqbel mal-​prinċipji Kristjani li jikkundannaw ir-​regħba u x-​xeħħa. (Rumani 13:9, 10; 1 Korintin 6:9, 10) “Għalkemm għall-​ewwel kont nieqes mill-​fidi meħtieġa biex inbiddel l-​impjieg tiegħi,” jammetti Frans,” jien tlabt għall-​għajnuna taʼ Jehovah. Fl-​aħħar, sibt xogħol ieħor li jgħinni biex nieħu ħsieb taʼ marti u ibni, Sandro.” Illum Frans qed jaqdi bħala anzjan f’kongregazzjoni lokali tax-​Xhieda taʼ Jehovah.

Faraġ Mill-​Iskrittura

Rose kienet ilha miżżewġa lil Ġorġ għal sitt snin u kellha żwieġ hieni, meta hu miet traġikament f’inċident. Hi ma sabet l-​ebda faraġ f’dak li l-​qassis qalilha, jiġifieri li Alla ħa lil Ġorġ għaliex kien għajjur għall-​imħabba li hi kellha għal żewġha. Rose saret tant dipressa li hi bdiet taħseb jekk tneħħix il-​ħajja tat-​tliet uliedha u mbagħad tikkommetti suwiċidju.

Imma x’bidla seħħet fuq Rose meta waħda xhud li jisimha Helen bdiet tikkonduċi studju tal-​Bibbja magħha! Rose malajr bdiet tkun imfarrġa mit-​tagħlim Skritturali tal-​irxoxt. (Ġwann 5:28, 29) Fl-​istess ħin, hi kellha inkuraġġiment mingħand Peter, indokratur li jivvjaġġa ieħor. Hi bbenefikat ħafna mit-​taħdidiet tiegħu dwar l-​irxoxt. Imqanqla minn din it-​tama, Rose ingħaqdet maʼ Helen fil-​għoti taʼ xiehda pubblika, u t-​tnejn li huma issa qed jaqdu bħala pijunieri regulari, jew xandara ‘full-time’ tas-​Saltna.

Inkuraġġiment Biex Ikun Żeluż

Joe ġej minn familja kbira, għax huma qegħdin 12 b’kollox, subien u bniet. Inkuraġġit minn indokratur li jivvjaġġa, hu b’mod żeluż ta xiehda lil ħafna minn qrabatu. “Għall-​ewwel,” huwa jgħid, “il-​familja tiegħi kienu jafu li dak li kont nispjegalhom mill-​Bibbja kien jagħmel sens. Imma meta raw li l-​interess tiegħi f’li nsir Xhud kiber, bidlu fehmithom, u lkoll kemm huma ħaduha kontrija—speċjalment missieri.” L-​attitudni tagħhom tfietu ż-​żelu taʼ Joe?

Xejn affattu! Per eżempju, meta t-​tarbija taʼ waħda minn ħutu l-​bniet kienet marida u waslet biex tmut, Joe ta xiehda lil oħtu, billi kellimha dwar it-​tama tal-​irxoxt. Issa din l-​oħt hija Xhud imgħammda taʼ Jehovah. Wara, wieħed mill-​aħwa subien il-​kbar taʼ Joe u l-​familja tiegħu wrew interess fil-​verità. Imbagħad ħuh il-​kbir u l-​familja tiegħu ħadu l-​waqfa tagħhom favur is-​Saltna t’Alla. Sadattant, missier Joe beda jsir iktar u iktar irrabjat. Meta l-​oħt iż-​żgħira taʼ Joe ukoll bdiet tistudja l-​Bibbja, missier Joe keċċieh ‘il barra mid-​dar tiegħu. Bla biżaʼ Joe uża kull okkażjoni biex iżur lil qrabatu u jitkellem dwar il-​messaġġ tal-​Bibbja. Xorta, missieru rreaġixxa b’rabja kbira u qallu: “Għala ma tkellimx lill-​qassis? Hu jafha l-​aħjar il-​Bibbja!” Joe wieġeb li hu kien jagħmel dan bil-​qalb kollha basta missieru jmur miegħu. Kif marret iż-​żjara tagħhom?

“Irranġajna l-​jum u l-​ħin,” Joe jirrakkonta, “imma l-​qassis ried ikun jaf is-​suġġett li kellu jipprepara għax, kif spjega hu, billi kien ħareġ mis-​seminarju xi sebaʼ snin qabel, kellu bżonn jagħmel xi ftit riċerka. . . . Imma wara ġimgħa, xahar, u saħansitra xahrejn, il-​qassis ma żamm l-​ebda appuntament. Meta missieri osserva dan, hu bidel l-​opinjoni tiegħu dwar il-​knisja u bil-​mod il-​mod irrealizza li dak li jien tgħallimt mill-​Bibbja kien veru.” Missier Joe fl-​aħħar aċċetta l-​verità, u ġab għal 29 in-​numru tal-​membri tal-​familja tiegħu li qed jaqdu fis-​servizz taʼ Jehovah.

Parir taʼ Għajnuna Jġib Barkiet

Billi tkellem b’mod entużjast dwar saħansitra indokratur ieħor li jivvjaġġa, pijunier miżżewweġ li jismu Ignazio jispjega: “Paul u l-​mara tiegħu ġew joqogħdu magħna. Huma għenuna t-​tnejn li aħna fir-​relazzjoni tagħna taż-​żwieġ kif ukoll fil-​ministeru tal-​għalqa. Hu dejjem enfasizza l-​importanza tal-​ippridkar.”

Ignazio jiftakar x’ġara meta Paul iltaqaʼ mal-​anzjani tal-​kongregazzjoni u l-​qaddejja ministerjali matul l-​aħħar żjara tiegħu. “Meta jien għidt li ridt nieħu ħin mix-​xogħol tal-​ippridkar dik il-​għodwa biex nipprepara l-​parti tiegħi fuq il-​programm tal-​laqgħa,” igħid Ignazio, “Paul qalli li hu kien se joħroġ xorta fis-​servizz tal-​għalqa avolja jien ma stajtx immur miegħu. Meta qalli hekk, iddeċidejt li jien immur ukoll. Kemm berikha Jehovah d-​deċiżjoni tiegħi! Dik il-​għodwa bdejt studju tal-​Bibbja, u minnu, hemm issa sitta min-​nies fil-​verità.”—Qabbel 3 Ġwann 4.

Tibdil taʼ Inkuraġġiment

Kull darba li anzjan li jivvjaġġa jżur lil sħabu Xhieda f’Malta, huma jilqgħuh b’mod ospitabbli u huma ħerqana li jibbenefikaw mill-​inkuraġġiment u t-​twiddib tiegħu. (Qabbel 3 Ġwann 5-8.) Bħala riżultat, iktar u iktar nies Maltin qed jieħdu waqfa soda għal Alla Jehovah u s-​Saltna tiegħu. Sat-​tmiem tas-​sena taʼ servizz tal-​1989, 389 minn dawn l-​abitanti ospitabbli taʼ din il-​gżira kienu għamlu dan. Organizzati issa f’ħames kongregazzjonijiet li dejjem jikbru (erbaʼ f’Malta u waħda fuq il-​gżira qrib taʼ Għawdex), huma jipproklamaw l-​aħbar tajba bil-​qlubija.

L-indokraturi li jivvjaġġaw kollha li kienu assenjati li jiġu Malta fi snin riċenti ħassew kif ħassu l-​appostlu Pawlu, li qal lill-​Kristjani Rumani: “Qed nixxennaq biex narakom, biex inkun nistaʼ naqsam xi rigal spiritwali magħkom sabiex intom tistgħu tintgħamlu sodi.” Iż-​żjajjar tagħhom tassew irriżultaw f’“tibdil taʼ inkuraġġiment” rinfreskanti. (Rumani 1:11, 12) Barra minn hekk, l-​attivitajiet tal-​ippridkar tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Jehovah qed iġibu barkiet spiritwali għonja lill-​poplu ospitabbli taʼ Malta.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja