LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 8/15 pp. 3-6
  • Armageddon—Meta?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Armageddon—Meta?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhi Armageddon?
  • Min Se Jkunu l-​Parteċipanti?
  • Għala Se Tiġi Miġġielda?
  • Fejn Se Ssir?
  • Meta Se Tiġi Armageddon?
  • X’Se Twettaq Armageddon
  • X’inhi l-battalja t’Armageddon?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Armageddon—Bidu taʼ Ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Armageddon—Aħbar tajba!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 8/15 pp. 3-6

Armageddon—Meta?

“AĦNA NINSABU f’Armageddon u aħna nitqabdu għall-​Mulej.” B’dawk il-​kelmiet, Theodore Roosevelt, dak li darba kien il-​president tal-​Istati Uniti, applika t-​terminu “Armageddon” għall-​battalja politika li fiha hu kien involut. Mela, għandna aħna nfittxu għal Armageddon fl-​arena politika?

Xi ftit snin ilu, ir-​rivista Kanadiża Business Life ġabet artiklu intitolat “Armageddon Ekonomiku.” Sotto-titlu staqsa: “Tistaʼ l-​kwistjoni tad-​dejn fit-​Tielet Dinja tagħti bidu għall-​kollass ekonomiku tagħna?” Imma għandna aħna naħsbu dwar Armageddon bħala xi diżastru finanzjarju?

Skond il-​ġurnal Newsweek, tmiem id-​dinja sar kwistjoni taʼ kampanja matul dibattitu presidenzjali fl-​1984. F’dik l-​okkażjoni, il-​president taʼ dak iż-​żmien, Ronald Reagan, “ġie mistoqsi jekk hu verament kienx jemmen li d-​dinja miexja lejn ‘Armageddon nukleari.’ Reagan irrikonoxxa ‘diskussjonijiet filosofiċi’ dwar il-​koinċidenza bejn ġrajjiet kurrenti u sinjali Bibliċi li għandhom x’jaqsmu maʼ l-​aħħar jiem, imma l-​kmandant ewlieni insista li hu qatt ma qal li ‘rridu nippjanaw skond Armageddon.’” Madankollu, għandha t-​tfitxija tagħna għat-​tifsira taʼ Armageddon tiffoka fuq azzjoni militari li thedhed b’olokawst nukleari?

Ħafna nies reliġjużi jgħidu li Armageddon hija xi battalja. Imma kmieni fis-​seklu 19, l-​istudjuż Bibliku Adam Clarke kiteb: “Kemm kienu redikoli l-​konġetturi tal-​bnedmin fejn għandu x’jaqsam dan il-​punt! F’dawn l-​aħħar għoxrin sena din il-​battalja ġiet miġġielda f’diversi postijiet, skond dawk li ma tantx jaraw u l-​profeti li jnebbħu lilhom infushom! Darba kienet Austerlitz, u darb’oħra kienet Moska, darb’oħra kienet Leipsic, u issa Waterloo! U hekk baqgħu sejrin biha, u jibqgħu sejrin, iħawdu u jitħawdu.”

Li nfittxu għat-​tifsira taʼ Armageddon biċ-​ċar iqajjem xi mistoqsijiet vitali. X’inhi Armageddon? Jekk hija battalja, min se jkunu l-​parteċipanti? Għala se tiġi miġġielda? Fejn se ssir? U meta se tiġi Armageddon?

X’inhi Armageddon?

It-​terminu “Armageddon” huwa mnissel mill-​kelma li hija misjuba fil-​ktieb Bibliku taʼ Rivelazzjoni, li huwa magħruf għal-​lingwa simbolika. Hemmhekk l-​appostlu Ġwanni kiteb: “Jien rajt tliet espressjonijiet ispirati mhux nodfa li dehru qishom żrinġijiet joħorġu minn ħalq id-​dragun u minn ħalq il-​bhima selvaġġa u minn ħalq il-​profeta falz. Huma, fil-​fatt, espressjonijiet ispirati minn demonji u jwettqu sinjali, u jmorru għand is-​slaten tal-​art abitata kollha, biex jiġimgħuhom flimkien għall-​gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox. . . . U huma ġemgħuhom flimkien lejn il-​post li hu msejjaħ bl-​Ebrajk Ħar-Magedon.”—Rivelazzjoni 16:13-16.

Armageddon, jew Ħar-Magedon, hija traduzzjoni tal-​Grieg ekwivalenti tal-​espressjoni Ebrajka Har Meghiddohn’ li tfisser “Muntanja taʼ Megiddo,” jew “Muntanja tal-​Assemblea tat-​Truppi.” Hija marbuta mal-​“gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox.” Mela Armageddon m’hijiex xi battalja politika mhux importanti, xi diżastru ekonomiku, xi olokawst nukleari, jew xi konflitt uman. Minflok, Armageddon hija l-​gwerra t’Alla.

Min Se Jkunu l-​Parteċipanti?

It-​tliet espressjonijiet ispirati mhux nodfa li qishom żrinġijiet joħorġu mill-​ħluq tad-​dragun (Satana x-​Xitan), il-​bhima selvaġġa (l-arranġament politiku tiegħu fuq l-​art), u l-​profeta falz Anglo-Amerikan. Dawn l-​espressjonijiet ispirati minn demonji, jew anġli ħżiena, jiġimgħu lis-​slaten tal-​art, jew ħakkiema, lejn Ħar-Magedon.—Ara kapitlu 32 tal-​ktieb Revelation—Its Grand Climax At Hand! ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

Fuq in-​naħa taʼ Jehovah fil-​gwerra taʼ Armageddon hemm armata enormi taʼ qawwiet spirti u inviżibbli mmexxijin mis-​Sultan Ġesù Kristu. L-​appostlu Ġwanni rrapporta: “Jien rajt is-​sema miftuħ, u, ħares! żiemel abjad. U dak bil-​qiegħda fuqu hu msejjaħ Fidil u Veru, u hu [Ġesù] jiġġudika u jagħmel gwerra fit-​tjieba.... Ukoll, l-​armati li kienu fis-​sema kienu jsegwuh.... U minn ħalqu ħiereġ sejf twil li jaqtaʼ, biex jistaʼ jolqot bih lill-​ġnus, u se jirgħaħom b’virga tal-​ħadid. Hu jirfes ukoll il-​magħsar tal-​inbid tar-​rabja tal-​korla t’Alla li Jistaʼ Kollox. U fuq il-​libsa taʼ fuq tiegħu, saħansitra fuq koxxtu, għandu isem miktub, Sultan tas-​slaten u Mulej tal-​mulejiet.” (Rivelazzjoni 19:1l-16) Is-​sejf twil li jaqtaʼ jirrappreżenta l-​awtorità taʼ Kristu biex jordna l-​esekuzzjoni taʼ dawk kollha li jirrifjutaw li jappoġġjaw lis-​Saltna t’Alla. (Rivelazzjoni 1:16; 2:16) Qawwiet inviżibbli u enormi jinsabu lesti għall-​gwerra taʼ Armageddon.

F’oppożizzjoni hemm Satana, il-​qtajjaʼ tiegħu taʼ demonji, u s-​slaten tal-​art abitata kollha. Imma m’għandniex naħsbu biss fil-​ħakkiema dinjin fil-​qasam viżibbli, għax in-​nies li fuqhom jaħkmu wkoll huma involuti. Kien imbassar: “Jehovah għandu għadab taʼ stmerrija kontra l-​ġnus kollha, u dagħdigħa kontra l-​armata kollha tagħhom.”−Isaija 34:2.

Għala Se Tiġi Miġġielda?

Armageddon se tiġi miġġielda għaliex Alla huwa tajjeb u mhux se jkompli jittollera l-​ħażen. (Salm 11:7) L-​organizzazzjoni taʼ Satana x-​Xitan, li fiha hemm kemm demonji u kemm bnedmin ribellużi, hija responsabbli għal millennji taʼ ħażen u taʼ ħsara, u trid għalhekk tiġi meqruda. (Qabbel Ġenesi 3:15.) Is-​sovranità universali taʼ Jehovah se tiġi mgħollija f’Armageddon, u dik il-​gwerra se tnaddaf lil ismu mit-​tmaqdir li ġie mitfugħ fuqu għal sekli sħaħ. Bħalma ddikjara Alla permezz tal-​profeta tiegħu Eżekjel: “Mhux se nħalli iktar lill-​isem qaddis tiegħi ikun profanat; u l-​ġnus se jkollhom ikunu jafu li jiena Jehovah.”−Eżekjel 39:7.

Il-gwerra t’Alla taʼ Armageddon attwalment se tiskansa l-​qerda tal-​umanità kollha. Jehovah ħalaq l-​art biex tkun abitata, mhux meqruda fi gwerra termonukleari fost il-​bnedmin jew inkella tasal fi stat mhux abitabbli. (Isaija 45:18) Hu se ‘jġib f’rovina lil dawk li qed jirrovinaw l-​art.’ (Rivelazzjoni 11:18) Imma s-​salmista ddikjara: “Jehovah innifsu sar sultan. L-​art produttiva [bl-Ebrajk, te.velʹ; l-​art, bħala li hi fertili u abitata, il-​globu abitabbli] wkoll issir stabbilita fis-​sod biex ma tistax tintgħamel tixxejjer.”−Salm 96:10.

Dak li jagħmel Alla f’Armageddon se jkun fi qbil sħiħ mal-​attributi prinċipali tiegħu taʼ ġustizzja, għerf, qawwa, u mħabba. (Dewteronomju 32:4; Ġob 12:13; Isaija 40:26; 1 Ġwann 4:8) Hu se jaġixxi kontra “midinbin taʼ mingħajr Alla,” mhux kontra r-​retti. (Ġuda 14, 15) Huma biss “l-​uħud mill-​agħar” li se “jingħataw għas-​sejf.” (Geremija 25:31) Dan se jiftaħ it-​triq għar-​restawrazzjoni tal-​Ġenna, billi jwettaq il-​għan divin għall-​art u għall-​umanità.—Luqa 23:43.

Fejn Se Ssir?

Ladarba t-​terminu “Armageddon” ġej minn espressjoni Ebrajka li tfisser “Muntanja taʼ Megiddo,” xi wħud jistgħu jikkonkludu li din il-​gwerra se tiġi miġġielda fuq xi post għoli ferm li għandu dak l-​isem. Madankollu, qatt ma kien hemm muntanja msejħa Megiddo. Xi 60 mil lejn it-​Tramuntana taʼ Ġerusalemm kien hemm belt fuq għolja jisimha Megiddo, imma issa hemm biss borġ ġebel għoli madwar 70 pied li jimmarka l-​post.—Ġożwè 17:11.

Dik il-​belt l-​antika kienet tħares lejn “il-​wita tal-​wied taʼ Megiddo.” (2 Kronaki 35:22) Li nassoċjaw Armageddon (jew Ħar-Magedon) maʼ dak il-​lok huwa xieraq għaliex kien il-​lok taʼ battalji deċiżivi. Per eżempju, hemmhekk Alla għen lill-​Imħallef Barak biex jagħti d-​daqqa tal-​mewt lis-​sultan Kangħanit Ġabin u lill-​qawwiet militari tiegħu kkmandati minn Sisera. (Imħallfin 4:12-24; 5:19, 20) F’dawk l-​inħawi Gideon u l-​armata żgħira tiegħu ħarbtu lill-​Midjaniti. (Imħallfin 7:l-8:35) Hemmhekk ukoll is-​Slaten Aħażija u Ġosija ġew maqtula.—2 Slaten 9:27; 23:29, 30.

Hu taʼ min jinnota, madankollu, li din il-​pjanura fil-​wied, li tissejjaħ ukoll il-​Pjanura taʼ Eżdraelon, hija twila biss 20 mil u wiesgħa 18-il mil fin-​naħa tal-​Lvant tagħha. Is-​slaten tal-​art abitata kollha u l-​qawwiet militari tagħhom qatt ma jistgħu joqogħdu f’medda daqshekk ċkejkna. Barra minn hekk, la borġ ġebel (gozz kbir taʼ Megiddo) u lanqas pjanura m’hi muntanja. B’mod ċar, mela, Armageddon mhix se tkun ristretta għal xi lok muntanjuż fil-​Lvant Nofsani. Minflok, Armageddon (jew Ħar-Magedon) hija sitwazzjoni dinjija simbolika, għalkemm tieħu xi ftit mis-​sinjifikat tagħha minn Megiddo u x’ġara f’dawk l-​inħawi.

Meta Se Tiġi Armageddon?

Ladarba Megiddo kienet fl-​art tal-​poplu tal-​qedem t’Alla, dak li jiġri f’Armageddon għandu x’jaqsam max-​Xhieda taʼ Jehovah f’dan “iż-​żmien tat-​tmiem.” (Danjel 12:4) Ħar-Magedon tapplika għall-​‘post’ li fih il-​ħakkiema politikanti tal-​art jinġemgħu f’oppożizzjoni lejn Jehovah u lejn is-​Saltna tiegħu b’Ġesù Kristu. (Rivelazzjoni 16:14, 16) Imma dak il-​“post” (Grieg, to’pos) juri sitwazzjoni dinjija. Armageddon se sseħħ meta ċerta sitwazzjoni tiżżviluppa u teffettwa lix-​Xhieda taʼ Jehovah madwar l-​art.

Il-prosperità spiritwali tax-​Xhieda taʼ Jehovah tagħmlu furjuż lil Satana x-​Xitan, li dalwaqt se joħroġ ikkargat f’attakk kontra dawn il-​Kristjani li jidhru bla difiża. Dan l-​assalt mad-​dinja kollha minn Satana, jew Gog, huwa deskritt f’kapitli 38 u 39 taʼ Eżekjel. Taħt l-​influwenza tax-​Xitan, il-​ġnus se jimmarċjaw kontra l-​poplu paċifiku taʼ Jehovah miġbur mill-​ġnus kollha. Iva, oppożizzjoni Satanika se tiġi murija b’azzjoni globali kontra l-​qaddejja tal-​art taʼ Jehovah, ir-​rappreżentanti u proklamaturi viżibbli tas-​Saltna t’Alla.

Battalja hija taʼ spiss magħrufa skond il-​post fejn tiġi miġġielda. B’hekk, id-​difiża t’Alla tal-​poplu tiegħu tistaʼ tissejjaħ il-​battalja, jew gwerra, taʼ Armageddon. Meta Jehovah iqum biex jiddefendi l-​qaddejja tiegħu kontra l-​attakk taʼ Gog, Armageddon se tkun għaddejja! Gvernijiet umani se jaqgħu. Sħab taʼ dulluvju, xita taʼ silġ li teqred, nar u kubrit li jleħħu, pesti fl-​aqwa tagħhom—verament atti t’Alla—se jikkaġunaw paniku dinji ’l barra mill-​fillieri tax-​Xhieda taʼ Jehovah. L-​egħdewwa umani tagħhom se jdawru l-​armamenti tagħhom kontra dawk assoċjati magħhom stess. U lil dawk li ma jinqatlux f’din il-​gwerra suwiċidjali, Jehovah se jeqridhom.—Eżekjel 38:18-23; Danjel 2:44.

Bil-biżaʼ, id kull bniedem se ddur kontra l-​ġar tiegħu fi ġlieda sfrenata imma għal xejn biex isalvaw. (Żakkarija 14:12, 13) “Dawk maqtula minn Jehovah żgur li se jiġu li jkunu f’dak il-​jum minn tarf wieħed tal-​art dritt sat-​tarf l-​ieħor tal-​art. Mhux se jkunu mibkijin, lanqas ma se jinġabru jew jindifnu. Bħal demel fuq wiċċ l-​art se jsiru.” (Ġeremija 25:33) Kull attentat biex tibqaʼ newtrali fil-​gwerra t’Alla se tiswielek ħajtek f’Armageddon! U kif taʼ spiss ġie ppruvat b’mod Skritturali f’din ir-​rivista, il-​ġenerazzjoni preżenti mhix se tgħaddi qabel ma sseħħ Armageddon!—Mattew 24:21, 34.

X’Se Twettaq Armageddon

Armageddon se tneħħi l-​aħħar sinjal tal-​organizzazzjoni taʼ Satana fuq l-​art. Barra minn dan, ix-​Xitan u d-​demonji tiegħu se jiġu mitfugħin fl-​abbissi. (Rivelazzjoni 20:l-3) X’barkiet se jnixxu għall-​poplu taʼ Jehovah, l-​uħud li jsalvaw henjin minn din il-​gwerra kbira taʼ Armageddon! Huma se jimxu ’l quddiem bil-​ferħ bil-​bini mill-​ġdid li se jittrasforma l-​art kollha kemm hi f’ġenna, ħielsa mit-​tniġġis, uġigħ, vistu, dmugħ, u mewt. (Rivelazzjoni 11:15, 18; 21:3, 4) U int tistaʼ tkun hemm jekk iddaħħal f’qalbek il-​kliem tas-​salmista: “Ittama f’Jehovah u żomm il-​mogħdija tiegħu, u hu se jeżaltak biex tieħu pussess tal-​art. Meta l-​ħżiena jitqaċċtu, int se tarah.” (Salm 37:34) Tabilħaqq, int tistaʼ tgħix biex tara l-​gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox u ssir wieħed hieni li jsalva meta tfaqqaʼ Armageddon!

[Kumment f’paġna 4]

Armageddon m’hijiex xi battalja politika mhux importanti, xi diżastru ekonomiku, xi olokawst nukleari, jew xi konflitt uman. Minflok, Armageddon hija l-​gwerra t’Alla

[Kumment f’paġna 5]

Il-​gwerra t’Alla taʼ Armageddon se tiskansa l-​qerda tal-​umanità kollha

[Kumment f’paġna 6]

Kull attentat biex tibqaʼ newtrali fil-​gwerra t’Alla se tiswielek ħajtek f’Armageddon!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja