LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • es26 pp. 7-17
  • Jannar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jannar
  • Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026
  • Sottitli
  • Il-Ħamis, 1 taʼ Jannar
  • Il-Ġimgħa, 2 taʼ Jannar
  • Is-Sibt, 3 taʼ Jannar
  • Il-Ħadd, 4 taʼ Jannar
  • It-Tnejn, 5 taʼ Jannar
  • It-Tlieta, 6 taʼ Jannar
  • L-Erbgħa, 7 taʼ Jannar
  • Il-Ħamis, 8 taʼ Jannar
  • Il-Ġimgħa, 9 taʼ Jannar
  • Is-Sibt, 10 taʼ Jannar
  • Il-Ħadd, 11 taʼ Jannar
  • It-Tnejn, 12 taʼ Jannar
  • It-Tlieta, 13 taʼ Jannar
  • L-Erbgħa, 14 taʼ Jannar
  • Il-Ħamis, 15 taʼ Jannar
  • Il-Ġimgħa, 16 taʼ Jannar
  • Is-Sibt, 17 taʼ Jannar
  • Il-Ħadd, 18 taʼ Jannar
  • It-Tnejn, 19 taʼ Jannar
  • It-Tlieta, 20 taʼ Jannar
  • L-Erbgħa, 21 taʼ Jannar
  • Il-Ħamis, 22 taʼ Jannar
  • Il-Ġimgħa, 23 taʼ Jannar
  • Is-Sibt, 24 taʼ Jannar
  • Il-Ħadd, 25 taʼ Jannar
  • It-Tnejn, 26 taʼ Jannar
  • It-Tlieta, 27 taʼ Jannar
  • L-Erbgħa, 28 taʼ Jannar
  • Il-Ħamis, 29 taʼ Jannar
  • Il-Ġimgħa, 30 taʼ Jannar
  • Is-Sibt, 31 taʼ Jannar
Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026
es26 pp. 7-17

Jannar

Il-Ħamis, 1 taʼ Jannar

“Immaturaw fil-mod kif taħsbu.”—1 Kor. 14:20.

Waħda mill-isbaħ affarijiet li tistaʼ ġġib ħafna ferħ lil koppja miżżewġa hi li jkollhom tarbija. Imma avolja jkunu jħobbuha ħafna lit-tarbija, huma ma jixtiqux li tibqaʼ żgħira għal dejjem. Li kieku din ma tikbirx, ikunu inkwetati ħafna. Bl-istess mod, Ġeħova jkun ferħan meta aħna nibdew nitgħallmu dwaru. Però, ma jridniex nieqfu hemm. (1 Kor. 3:1) Minflok, hu jrid li nibqgħu nikbru spiritwalment. Bil-lingwa Griega, il-kelma ‘matur’ tistaʼ tfisser xi ħadd adult jew li kiber. (1 Kor. 2:6) Allura eżatt bħalma tarbija tibqaʼ tikber biex issir adulta, aħna rridu nibqgħu nkabbru l-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova biex insiru Kristjani maturi. Dan ma jfissirx li meta nsiru Kristjani maturi nistgħu nieqfu nsaħħu l-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova.—1 Tim. 4:15. w24.04 2 ¶1, 3

Il-Ġimgħa, 2 taʼ Jannar

“It-tinda tiegħi tkun fuqhom, u jien insir Alla tagħhom.”—Eżek. 37:27.

Kif twieġeb kieku xi ħadd isaqsik, ‘Ġeħova min hu għalik?’ Forsi twieġeb, ‘Ġeħova hu Missieri, Alla tiegħi, u Ħabib.’ Jew tistaʼ taħseb f’xi kliem ieħor biex tiddeskrivi lil Ġeħova. Imma qatt ħsibt li Ġeħova hu xi ħadd li stiednek fit-tinda tiegħu? Ir-Re David qabbel lil Ġeħova ma’ xi ħadd li jistieden, u l-qaddejja tiegħu mal-mistidnin. David qal: “Ġeħova, min jistaʼ jkun mistieden fit-tinda tiegħek? Min jistaʼ jgħix fuq il-muntanja qaddisa tiegħek?” (Salm 15:1) Minn dan il-vers naraw li aħna nistgħu nkunu l-mistidnin taʼ Ġeħova, jiġifieri l-ħbieb tiegħu. Qabel Ġeħova beda joħloq kollox, kien waħdu. Imbagħad hu ħalaq lil Ibnu Ġesù. Hu kien l-ewwel mistieden fit-tinda tiegħu. Ġeħova kien ferħan b’Ġesù u kien iħobbu “b’mod speċjali.” Min-naħa tiegħu, Ġesù ‘kien jieħu pjaċir quddiemu l-ħin kollu.’—Prov. 8:30. w24.06 2 ¶1-3

Is-Sibt, 3 taʼ Jannar

“Sadok [kien] żagħżugħ b’saħħtu u kuraġġuż.”—1 Kron. 12:28.

Immaġina 340,000 raġel qed jifirħu u jkantaw lil Ġeħova. Huma qegħdin fil-muntanji taʼ Ħebron u ilhom tlett ijiem hemmhekk. Huma marru hemm biex jagħmlu lil David ir-re taʼ Iżrael. (1 Kron. 12:39) Wieħed minnhom kien żagħżugħ jismu Sadok, li kien jidher li ma kellu xejn speċjali. Imma Ġeħova nnotah u riedna nkunu nafu li kien qiegħed hemm. (1 Kron. 12:​22, 26-28) Sadok kien qassis u kien jaħdem ħafna mal-Qassis il-Kbir Abjatar. Hu kien ukoll profeta. Ġeħova tah ħafna għerf u b’hekk setaʼ jifhem xi jrid Ġeħova. (2 Sam. 15:27) Hu kien kuraġġuż. Illum Satana qed jattakkana aktar minn qatt qabel biex ma nibqgħux leali. (1 Pt. 5:8) Hemm bżonn li nkunu kuraġġużi sakemm Ġeħova jeqred lil Satana u s-sistema ħażina tiegħu. (Salm 31:24) B’dan il-mod, se nimitaw il-kuraġġ li kellu Sadok. w24.07 2 ¶1-3

Il-Ħadd, 4 taʼ Jannar

“Adam għex 930 sena, u mbagħad miet.”—Ġen. 5:5.

Meta Ġeħova ħalaq l-ewwel raġel u mara, riedhom ikunu ferħanin. Hu tahom post sabiħ fejn jgħixu, ir-rigal taż-żwieġ, u xogħol sabiħ. Huma kellhom jimlew l-art bin-nies u jagħmlu d-dinja kollha bħall-ġnien tal-Għeden. Ġeħova tahom kmand wieħed biss. Hu qalilhom li jekk ma jobduhx kienu se jmutu. Aħna nafu x’ġara. Anġlu kattiv, li ma kienx iħobb lil Alla u lin-nies, ħajjarhom biex jirribellaw kontra Alla, u huma ċedew għal dik it-tentazzjoni. Minħabba f’hekk, huma għamlu d-dnub għax ma fdawx f’Ġeħova, li kien wera li jħobbhom ħafna. B’hekk, dak li qal Ġeħova ġara, għax minn dakinhar huma bdew jixjieħu u maż-żmien mietu.—Ġen. 1:​28, 29; 2:​8, 9, 16-18; 3:​1-6, 17-19, 24. w24.08 3 ¶3

It-Tnejn, 5 taʼ Jannar

“Tkunux uħud li tisimgħu biss, imma għixu fi qbil mal-kelma.”—Ġak. 1:22.

Ġeħova u Ġesù jriduna nkunu ferħanin. Salm 119:2 jgħid: “Ferħanin huma dawk li jżommu mat-tfakkiriet tiegħu, li jfittxuh b’qalbhom kollha.” U Ġesù qal: “Ikun iktar ferħan min jismaʼ l-kelma t’Alla u jobdiha!” (Lq. 11:28) In-nies taʼ Ġeħova jkunu ferħanin meta jaqraw il-Bibbja kuljum u jipprovaw japplikaw dak li jaqraw. (Ġak. 1:​22-25) B’dan il-mod inkunu qed nogħġbu lil Ġeħova. (Ekk. 12:13) Meta napplikaw il-pariri tal-Bibbja se jkollna ħbiberiji aħjar maʼ tal-familja u l-aħwa tal-kongregazzjoni. Barra minn hekk, nevitaw ħafna mill-problemi li jkollhom in-nies li ma jobdux lil Ġeħova. Aħna naqblu maʼ dak li qal ir-Re David. Wara li kanta dwar il-liġi, ir-regoli, u l-ġudizzji taʼ Ġeħova, hu qal: “Jekk jobdihom se jiġi ppremjat bil-kbir.”—Slm. 19:​7-11. w24.09 2 ¶1-3

It-Tlieta, 6 taʼ Jannar

“Hu jfejjaq lil dawk taʼ qalbhom maqsuma; jinfaxxa l-ġrieħi tagħhom.”—Slm. 147:3.

Meta jħares lejn in-nies tiegħu, Ġeħova x’jara? Hu jinnota meta nkunu ferħanin u meta nkunu mdejqin. (Slm. 37:18) Meta jara li qegħdin nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex naqduh, anke meta jkollna l-problemi, hu jkun ferħan ħafna bina! Hu vera jixtieq jgħinna u jinkuraġġina. Salm 147:3 jgħid li Ġeħova “jinfaxxa l-ġrieħi” taʼ dawk li qalbhom maqsuma. Dan il-vers jurina li Ġeħova jieħu ħsieb lil dawk li huma mweġġgħin u mdejqin. Imma x’hemm bżonn nagħmlu biex nirċievu l-għajnuna tiegħu? Aħseb dwar dan l-eżempju. Jekk xi ħadd iweġġaʼ, tabib tajjeb jistaʼ jgħinu jfiq. Imma biex ikun jistaʼ jgħinu, il-pazjent irid jobdi lit-tabib. Permezz tal-Kelma tiegħu, Ġeħova jkellem lil dawk imweġġgħin emozzjonalment u jagħtihom pariri. w24.10 6 ¶1-2

L-Erbgħa, 7 taʼ Jannar

“Ilkoll ġew meqrudin minn fuq l-art.”—Ġen. 7:23.

Fil-passat, il-pubblikazzjonijiet tagħna kienu jitkellmu dwar x’se jiġri min-nies li Ġeħova qered. Konna naħsbu li dawn in-nies mhumiex ħa jiġu rxoxtati. Fil-Bibbja hemm ħafna rakkonti li jitkellmu dwar kif Ġeħova qered nies li ma kinux tajbin. Pereżempju, fid-dulluvju Ġeħova qered lil kulħadd minbarra lil Noè u l-familja tiegħu. Hu kkmanda lill-Iżraelin biex jeqirdu lin-nies li kienu qed jgħixu fl-Art Imwiegħda. U f’lejl wieħed permezz taʼ anġlu qatel 185,000 suldat Assirjan. (Dt. 7:​1-3; Is. 37:​36, 37) Imma l-Bibbja ma tgħidx li Ġeħova ddeċieda li dawk in-nies kollha mietu għal dejjem, u qatt mhu ħa jerġaʼ jirxoxtahom. Mill-eżempji li rajna, ma nafux kif Ġeħova ġġudika lil kull persuna. Lanqas ma nafu jekk dawk in-nies li mietu kellhomx iċ-ċans jitgħallmu dwar Ġeħova u jbiddlu ħajjithom. w24.05 3 ¶5-7

Il-Ħamis, 8 taʼ Jannar

“Dejjem irbaħ il-ħażen bit-tajjeb.”—Rum. 12:21.

Ġesù qal eżempju dwar armla li kienet trattata ħażin u baqgħet issaqsi mħallef biex jgħinha. Id-dixxipli setgħu jifhmuh dan l-eżempju għax ħafna nies dak iż-żmien kienu jiġu trattati ħażin. (Lq. 18:​1-5) Anki aħna nistgħu nifhmuh għax minn żmien għall-ieħor kollha niġu trattati ħażin. Ħafna nies illum jiġġudikaw lil oħrajn, m’għandhomx qalbhom tajba, u huma egoisti. Allura nafu li xi darba jew oħra nistgħu niġu trattati ħażin. (Ekk. 5:8) Imma meta niġu trattati ħażin minn xi ħu jew oħt fil-kongregazzjoni, aħna nkunu diżappuntati ħafna. Ovvjament huma ma jagħmlux hekk għax iridu, bħalma jagħmlu n-nies fid-dinja, imma għax huma imperfetti. Nistgħu nitgħallmu ħafna minn x’għamel Ġesù meta ġie trattat ħażin minn oħrajn. Aħna nagħmlu sforz biex inkunu paċenzjużi man-nies tad-dinja, allura kemm iktar għandna nuru paċenzja mal-aħwa! w24.11 2 ¶1-2

Il-Ġimgħa, 9 taʼ Jannar

“Minn fejn se nixtru l-ħobż għal dawn in-nies?”—Ġw. 6:5.

Il-ħobż kien wieħed mill-iktar ikel komuni fi żmien il-Bibbja. (Ġen. 14:18; Lq. 4:4) Tant hu hekk li kultant il-kelma “ikel” fil-Bibbja litteralment tfisser ħobż. (Mat. 6:​11, ntt.) Fil-Bibbja nsibu wkoll żewġ mirakli magħrufin ħafna taʼ Ġesù li fihom uża l-ħobż. (Mat. 16:​9, 10) Wieħed minn dawn il-mirakli qiegħed fi Ġwanni kapitlu 6. Wara li l-appostli kienu ilhom jippritkaw, kellhom bżonn jistrieħu, u għalhekk qasmu l-Baħar tal-Galilija b’dgħajsa. (Mrk. 6:​7, 30-32; Lq. 9:10) Huma waslu Betsajda u hemm sabu post għall-kwiet. Imma malli waslu, eluf taʼ nies marru ħdejhom għax saru jafu li hemm Ġesù magħhom. Ġesù ma injorahomx, imma qagħad jgħallimhom dwar is-Saltna u fejjaq lill-morda wkoll. Minħabba li kien sar il-ħin, id-dixxipli bdew jaħsbu x’se jieklu n-nies. Xi ftit minnhom jistaʼ jkun li kellhom xi ħaġa x’jieklu, imma l-biċċa l-kbira kellhom imorru fl-irħula jixtru.—Mat. 14:15. w24.12 2 ¶1-2

Is-Sibt, 10 taʼ Jannar

“Ir-rigal li jagħti Alla hu ħajja taʼ dejjem permezz taʼ Kristu Ġesù l-Mulej tagħna.”—Rum. 6:23.

L-ewwel ġenituri tagħna, Adam u Eva, kellhom ħajja perfetta fil-ġnien tal-Għeden. (Ġen. 1:27; 2:​7-9) Huma setgħu jgħixu ħajja ferħana għal dejjem. Imma peress li dinbu tilfu kollox. Allura x’setgħu jagħtu lit-tfal tagħhom? Il-Bibbja tgħidilna: “Id-dnub daħal fid-dinja permezz taʼ bniedem wieħed [Adam], u d-dnub ġab il-mewt. B’hekk il-bnedmin kollha jmutu, għax kollha jidinbu.” (Rum. 5:12) Mela l-wirt li Adam ħallielna hu d-dnub u minħabba f’hekk immutu. Dan id-dnub tant hu kbir li ħadd minna ma jistaʼ jħallsu. (Slm. 49:8) Il-Bibbja tqabbel id-dnub maʼ dejn. (Mat. 18:​32-35) Meta nagħmlu dnub, inkunu qisu qed nagħmlu dejn li rridu nħallsu lil Ġeħova. Jekk id-dejn ma jitħallasx, jiġi mħassar biss meta mmutu.—Rum. 6:7. w25.02 2-3 ¶2-3

Il-Ħadd, 11 taʼ Jannar

“Jien għallimthom dwar ismek.”—Ġw. 17:26.

Illum, aħna għandna l-privileġġ sabiħ li ngħidu l-verità dwar is-Saltna t’Alla lil kulħadd! Imma mhux kulħadd jistaʼ jagħmlu. Pereżempju, meta kien fuq l-art, Ġesù ma ħalliex id-demonji jitkellmu dwaru. (Lq. 4:41) Illum, qabel xi ħadd jibda jipprietka max-Xhieda taʼ Ġeħova, irid juri li bil-mod kif jgħix qed jagħmel lil Ġeħova ferħan. Aħna nuru li napprezzaw din ir-responsabbiltà sabiħa billi ngħidu lin-nies dwar is-Saltna t’Alla kull meta jkun possibbli. Bħal Ġesù, aħna rridu nagħmlu l-aħjar tagħna biex nippritkaw u ngħallmu l-verità lil oħrajn. (Mt. 13:​3, 23; 1 Kor. 3:6) L-organizzazzjoni taʼ Ġeħova timxi fuq l-eżempju taʼ Ġesù billi tagħmel dak kollu li tistaʼ biex tgħallem l-isem t’Alla lin-nies. Mod wieħed kif għamlet dan huwa permezz tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida tal-Iskrittura Mqaddsa, għax reġgħet poġġiet fiha l-isem taʼ Ġeħova f’kull post fejn kien miktub bil-lingwa oriġinali. Din il-Bibbja tistaʼ ssibha sħiħa jew parti minnha f’iktar minn 270 lingwa. w24.04 9 ¶8-9

It-Tnejn, 12 taʼ Jannar

“Ir-raġel tagħha jqum u jfaħħarha.”—Prov. 31:28.

Xi rġiel Kristjani miżżewġin li huma ferħanin fiż-żwieġ, jagħmlu ċert li kull jum jagħmlu xi ħaġa biex juru lill-mara kemm iħobbuha. (1 Ġw. 3:18) Raġel miżżewweġ jistaʼ juri kemm iħobb lill-mara billi jagħmel affarijiet sempliċi, bħal li jżommilha idha jew jgħannaqha. Jistaʼ jibagħtilha messaġġ jew iċemplilha u jgħidilha li qed jimmissjaha jew isaqsiha kif sejra fil-ġurnata tagħha. Jistaʼ jtiha xi rigal, fjuri jew jiktbilha kard biex jgħidilha kemm vera jħobbha. Meta raġel miżżewweġ jagħmel dawn l-affarijiet, ikun qed itiha unur u jsaħħaħ iż-żwieġ. Għid lill-mara tiegħek li tapprezzaha. Raġel li jonora lill-mara jgħidilha għala japprezzaha u jgħinha tħossha tajjeb dwarha nfisha. Mod kif jagħmel dan hu billi jirringrazzjaha għal kulma tagħmel biex tissapportjah. (Kol. 3:15) Meta raġel miżżewweġ ifaħħar lill-mara tiegħu mill-qalb, hi se tħossha fis-sigurtà, maħbuba, onorata, u rrispettata. w25.01 11 ¶15; 13 ¶16

It-Tlieta, 13 taʼ Jannar

“Jien Ġeħova l-Alla tagħkom, . . . il-Wieħed li nurikom kif għandkom tgħixu.”—Isa. 48:17.

Fl-aħħar taʼ Salm 15 insibu din il-wegħda: “Bniedem bħal dan qatt mhu se jitfixkel.” David kiteb dan is-salm biex jispjega li Ġeħova jridna nobduh biex inkunu ferħanin. Meta nagħmlu dak li jgħidilna se jkollna ħajja tajba u l-protezzjoni tiegħu. Il-mistednin taʼ Ġeħova jħarsu ’l quddiem għal futur sabiħ. Il-midlukin għandhom post preparat minn Ġesù biex jgħixu miegħu fis-sema. (Ġw. 14:2) U dawk li għandhom it-tama li jgħixu fuq l-art iħarsu ’l quddiem għall-wegħda li hemm f’​Rivelazzjoni 21:3. Kemm għandna għaliex inkunu ferħanin li Ġeħova stidinna biex inkunu fit-tinda tiegħu għal dejjem!—Slm. 15:​1-5. w24.06 13 ¶19-20

L-Erbgħa, 14 taʼ Jannar

“Agħtu lil Ġeħova l-glorja li tixraq lil ismu.”—Slm. 96:8.

Xi tfisser il-kelma “glorja”? Fil-Bibbja, il-kelma “glorja” tirreferi għal xi ħaġa impressjonanti. Ftit ġranet wara li Ġeħova ħareġ lill-Iżraelin mill-Eġittu, hu wriehom il-glorja tiegħu. Immaġina x’ġara: Miljuni taʼ Iżraelin kienu miġburin taħt il-Muntanja Sinaj biex jisimgħu x’kien se jgħidilhom Ġeħova. Imbagħad, il-muntanja tgħattiet bi sħaba ħoxna. F’daqqa waħda għamel terremot qawwi, u kien hemm sajjetti, ragħad, u ħoss kbir taʼ qarn. (Eżo. 19:​16-18; 24:17; Slm. 68:8) Meta Ġeħova għamel dawn l-affarijiet, l-Iżraelin żgur li kienu impressjonati bil-qawwa taʼ Ġeħova. Illum nagħtu glorja lil Ġeħova billi ngħidu lil oħrajn dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamel u l-kwalitajiet sbieħ li għandu. Barra minn hekk, nagħtuh glorja meta nfaħħruh taʼ dak kollu li jgħinna nagħmlu fil-ħajja.—Isa. 26:12. w25.01 2 ¶2-3

Il-Ħamis, 15 taʼ Jannar

“Ġeħova bagħatni.”—Num. 16:28.

Darba, meta l-Iżraelin kienu fid-deżert, xi rġiel importanti qalu: “Il-ġemgħa kollha hi qaddisa u Ġeħova qiegħed f’nofsha.” (Num. 16:​1-3) Huma kienu qed jgħidu li Mosè ma kellu l-ebda awtorità fuqhom. Vera li għal Ġeħova “l-ġemgħa kollha” kienet qaddisa, imma hu kien għażel lil Mosè biex imexxihom. Allura, dawn l-Iżraelin mhux lil Mosè kienu qed jikkritikaw imma lil Ġeħova. Huma ma kinux qed jiffokaw fuq x’ried Ġeħova, imma fuq kif setaʼ jkollhom iktar awtorità. Ġeħova ma ħax pjaċir, u qatel lil dawn ir-ribelli u l-eluf taʼ nies li qablu magħhom. (Num. 16:​30-35, 41, 49) Illum ukoll ma jiħux pjaċir b’dawk li ma jaċċettawx id-direzzjoni mill-organizzazzjoni. w24.07 11 ¶11

Il-Ġimgħa, 16 taʼ Jannar

“Il-viżjoni qed tistenna ż-żmien stabbilit tagħha.”—Ħab. 2:3.

In-nies illum ma jemmnux li din is-sistema ħażina dalwaqt se tispiċċa u ħafna jwaqqgħuna għaċ-ċajt minħabba dak li nemmnu. (2 Pt. 3:​3, 4) Avolja hemm ħafna affarijiet li ma nafux, għandna bżonn fidi b’saħħitha, u nkunu ċerti li Ġeħova diġà ddeċieda meta ġejja Armageddon u li hu se jieħu ħsiebna matul dak iż-żmien. Illum, irridu nsaħħu l-fidi tagħna wkoll fl-“ilsir leali u għaqli” għax Ġeħova qed jużahom biex itina d-direzzjoni. (Mat. 24:45) Meta jibda ż-żmien taʼ tbatija kbira huma forsi jtuna direzzjonijiet speċifiċi li jistgħu jsalvawna. Bħalissa, huwa importanti ħafna li nitgħallmu nafdaw lil dawk li Ġeħova għażel biex jieħdu t-tmexxija fl-organizzazzjoni. Jekk insibuha diffiċli biex nafdawhom bħalissa, ħa tkun ħafna iktar diffiċli biex nobdu fiż-żmien taʼ tbatija kbira. w24.09 11 ¶11-12

Is-Sibt, 17 taʼ Jannar

Kunu konvinti minn dak li jrid minnkom, li hu tajjeb, aċċettabbli, u perfett.—Rum. 12:2.

Ġenituri Kristjani jifhmu li mhux għax huma għandhom fidi f’Ġeħova, it-tfal tagħhom se jkollhom fidi fih ukoll. Hekk kif jikbru t-tfal jistgħu jibdew jistaqsu mistoqsijiet bħal: ‘Alla vera jeżisti? Nistaʼ nemmen dak li tgħid il-Bibbja?’ Fil-fatt, il-Bibbja tħeġġeġ lil kulħadd biex ‘juża l-abbiltà li jaħseb’ u biex ‘jeżamina kull ħaġa biex jara jekk hix vera.’ (Rum. 12:1; 1 Tes. 5:21) Imma kif tistaʼ tgħin lit-tifel jew it-tifla tiegħek issaħħaħ il-fidi tagħha? Inkuraġġixxi lit-tfal tiegħek ifittxu provi li dak li tgħid il-Bibbja hu veru. Meta t-tifel jew it-tifla tiegħek issaqsik il-mistoqsijiet, ħu din l-opportunità biex tgħinha tagħmel riċerka fil-pubblikazzjonijiet li tipprovdi l-organizzazzjoni, bħall-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova u l-Watch Tower Publications Index. Pereżempju, biex issib provi li l-Bibbja vera hi l-Kelma t’Alla tistaʼ tmur fil-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet taħt is-suġġett “Bibbja,” imbagħad taħt is-sottitlu “Imnebbħa minn Alla.” Hemmhekk se ssib artikli li jagħtu prova li l-Bibbja mhijiex ktieb li kitbuh in-nies.—1 Tes. 2:13. w24.12 14-15 ¶4-5

Il-Ħadd, 18 taʼ Jannar

“L-affarijiet . . . għaddihom lill-irġiel li taʼ min jafdahom, u huma min-naħa tagħhom ikunu kkwalifikati biżżejjed biex jgħallmuhom lil oħrajn.”—2 Tim. 2:2.

L-anzjani kif jistgħu jimitaw lil Ġesù? Huma għandhom jgħinu u jittrennjaw lil aħwa rġiel biex jaħdmu iktar għall-kongregazzjoni, anki jekk ikunu għadhom żgħar. L-anzjani jafu li dawn l-aħwa mhumiex perfetti u li għandhom bżonn jitgħallmu. Allura, huma jagħtu l-pariri bi mħabba ħalli l-aħwa jitgħallmu jkunu umli, taʼ min jafdahom, u lesti jgħinu. (1 Tim. 3:1; 1 Pt. 5:5) Ġesù ta lid-dixxipli tiegħu r-responsabbiltà li jippritkaw l-aħbar tajba u jgħallmu l-Iskrittura. Id-dixxipli setgħu ħasbu li ma kinux kapaċi biex jagħmlu dan ix-xogħol. Imma Ġesù kien ċert li setgħu jagħmluh. Hu qalilhom: “Bħalma l-Missier bagħat lili fid-dinja, jien qed nibgħat lilkom fid-dinja.”—Ġw. 20:21. w24.10 16 ¶15; 17 ¶17

It-Tnejn, 19 taʼ Jannar

“David . . . hu raġel għal qalbi.”—Atti 13:22.

David kien re leali lejn Ġeħova. Imma kien ukoll mużiċist, poeta, gwerrier, u profeta. F’ħajtu għadda minn ħafna sfidi. Pereżempju, għal ħafna snin hu kellu jistaħba mir-Re Sawl għax kien qed jipprova joqtlu. Wara li David sar re, kellu jaħrab għax it-tifel tiegħu Absalom ipprova joqtlu biex isir re minfloku. Imma avolja kellu dawn il-problemi kollha u għamel xi dnubiet serji, hu baqaʼ leali lejn Ġeħova sakemm miet. Fil-fatt dwaru Ġeħova qal: “Hu raġel għal qalbi.” Mela l-pariri taʼ David huma taʼ min jagħti kashom. (1 Slat. 15:5) Aħseb dwar il-pariri li qal David lit-tifel tiegħu Salamun, li kien se jkun ir-re taʼ warajh. Ġeħova kien għażel lil Salamun biex jibni t-tempju fejn in-nies kienu se jqimu lil Ġeħova. (1 Kron. 22:5) Allura kien se jkollu ħafna xogħol u kien se jkollu bżonn l-għajnuna taʼ Ġeħova biex ikun jistaʼ jmexxi n-nies. David qal lil Salamun li jekk jibqaʼ jobdi lil Ġeħova, se jkun re tajjeb u Ġeħova kien se jbierku.—1 Slat. 2:​2, 3. w24.11 10 ¶9-11

It-Tlieta, 20 taʼ Jannar

“Ħalli lil Ġeħova jiggwidak, strieħ fuqu, u hu se jgħinek.”—Slm. 37:5.

Raġel li jabbuża lill-mara tiegħu b’mod fiżiku jew bil-kliem, irid jagħmel xi passi biex jirranġa r-relazzjoni tiegħu maʼ Ġeħova u mal-mara. L-ewwel, hu jifhem li għandu problema serja u li Ġeħova jara u jismaʼ kollox. (Slm. 44:21; Ekk. 12:14; Lhud 4:13) It-tieni, hu jieqaf jabbuża lill-mara tiegħu u jbiddel l-imġiba. (Prov. 28:13) It-tielet, hu għandu jitlob skuża lill-mara u lil Ġeħova u jitlobhom biex jaħfrulu. (Atti 3:19) Barra minn hekk, hu għandu jitlob lil Ġeħova biex jgħinu jkollu x-xewqa biex jinbidel u biex jgħinu jaħseb, jaġixxi, u jitkellem kif suppost. (Slm. 51:​10-12; 2 Kor. 10:5; Flp. 2:13) Ir-rabaʼ, hu jaġixxi skont dak li jkun talab u jagħmel kulma jistaʼ biex jobgħod kull tip taʼ vjolenza u kliem abbużiv. (Slm. 97:10) Il-ħames, hu mill-ewwel irid imur għand l-anzjani biex jgħinuh. (Ġak. 5:​14-16) Is-sitt pass, hu jagħmel pjan biex jevita l-imġiba li kellu u ma jerġax jaqaʼ fiha. w25.01 11 ¶14

L-Erbgħa, 21 taʼ Jannar

“X’qed tistenna? Qum, tgħammed.”—Atti 22:16.

Int tħobbu lil Ġeħova? Tixtieq turih kemm tapprezza r-rigali kollha li tak, bħall-ħajja? Tixtieq turih kemm tħobbu? L-aqwa mod kif tistaʼ tagħmel hekk hu billi tiddedika lilek innifsek lilu u mbagħad titgħammed. Meta titgħammed inti ssir parti mill-familja taʼ Ġeħova. B’hekk, Missierek u l-Ħabib tiegħek se jiggwidak u jgħinek f’kollox għax int issir tiegħu. (Slm. 73:24; Isa. 43:​1, 2) Id-dedikazzjoni u l-magħmudija jagħtuk iċ-ċans ukoll li tgħix għal dejjem. (1 Pt. 3:21) Hemm xi ħaġa li qed iżżommok lura milli titgħammed? Jekk iva, m’intix waħdek. Kien hemm miljuni taʼ nies qablek li kellhom jagħmlu bidliet fil-ħajja tagħhom u l-mod kif jaħsbu biex jikkwalifikaw għall-magħmudija. Imma issa qed jaqdu lil Ġeħova b’qalbhom kollha. w25.03 2 ¶1-2

Il-Ħamis, 22 taʼ Jannar

“Int taħfer mill-qalb.”—Slm. 130:4.

Il-Bibbja tqabbel id-dnubiet tagħna maʼ xi ħaġa tqila. Ir-Re David qal: “L-iżbalji tiegħi qed jagħfsu fuq rasi; huma bħal tagħbija tqila li ma niflaħx nerfagħha.” (Slm. 38:4) Ġeħova jaħfer id-dnubiet taʼ dawk li jindmu. (Slm. 25:18; 32:5) Il-kelma “jaħfer” bl-Ebrajk f’dawn il-versi tistaʼ tfisser “jerfaʼ” jew “iġorr.” Allura, meta Ġeħova jaħfer id-dnubiet tagħna, hu jkun qed ineħħi toqol kbir minn fuqna. Dan ikun qisu qed ineħħi piż kbir minn fuq spallejna u jġorru ’l bogħod minna. Il-Bibbja tuża eżempju ieħor li juri kemm Ġeħova jġorr id-dnubiet tagħna ’l bogħod. Salm 103:12 jgħid: “Hu tefaʼ l-iżbalji tagħna ’l bogħod minna daqs il-bogħod li hemm bejn tlugħ ix-xemx u nżulha.” Ovvjament il-post minn fejn titlaʼ x-xemx mhuwiex l-istess bħal minn fejn tinżel u qatt ma jistgħu jiltaqgħu. Ġeħova jġorr id-dnubiet tagħna l-iżjed ’il bogħod minna. Dan jgħinna nkunu ċerti minn kemm jaħfrilna! w25.02 9 ¶5-6

Il-Ġimgħa, 23 taʼ Jannar

“Meta tagħmlu xi ħaġa tajba maʼ min hu fqir, toqogħdux iddoqqu t-trombi.”—Mat. 6:2.

Wara li Ġesù telaʼ s-sema, l-appostlu Pietru fejjaq raġel li kien ilu ma jistax jimxi minn meta twieled. (Atti 1:​8, 9; 3:​2, 6-8) Ħafna nies rawh jagħmel dan il-miraklu u baqgħu mbellhin. (Atti 3:11) Imma Pietru ma riedx li l-attenzjoni tkun fuqu, avolja kien kiber f’kultura fejn in-nies kien jimpurtahom ħafna li jkunu jidhru importanti. Minflok b’umiltà, Pietru qal lin-nies biex ifaħħru lil Ġeħova u lil Ġesù. Hu qalilhom: “Dan ir-raġel li qed taraw u li tafu, ħa saħħtu permezz t’isem Ġesù u tal-fidi tagħna f’ismu.” (Atti 3:​12-16) Aħna għandna nimitaw lil Pietru u nibqgħu naħdmu biex inkunu umli. Aħna nuru qalb tajba m’oħrajn għax inħobbu lil Ġeħova u lin-nies, mhux għax irridu li oħrajn ifaħħruna. Jekk bil-ferħ naqdu lil Ġeħova u ngħinu lill-aħwa, anki meta oħrajn ma jinnotawniex inkunu qed nuru li aħna veru umli.—Mat. 6:​1-4. w25.03 10-11 ¶11-12

Is-Sibt, 24 taʼ Jannar

“Agħmel l-aħjar li tistaʼ biex tkun t’eżempju tajjeb u għalliem tajjeb.”—1 Tim. 4:16.

Aħna nistgħu nkunu iktar ferħanin fuq is-service billi niftakru li meta nippritkaw, inkunu qed nuru kemm inħobbu lil Ġeħova u lil oħrajn. (Mt. 22:​37-39) Immaġina kemm ħa jkun ferħan Ġeħova meta jarana nagħmlu dan ix-xogħol u aħseb kemm ħa jkunu ferħanin in-nies meta jibdew jistudjaw il-Bibbja! Ftakar, li dawk li jaċċettaw il-messaġġ tagħna u jibdew jaqdu lil Ġeħova, jistgħu jgħixu għal dejjem. (Ġw. 6:40) Inti ma tistax toħroġ mid-dar? Jekk iva, aħseb dwar x’tistaʼ tagħmel biex turi kemm tħobb lil Ġeħova u lil oħrajn. Matul il-pandemija tal-COVID-19, Samuel u Dania ma setgħux joħorġu mid-dar. Allura huma kienu jagħtu xhieda bit-telefown, jiktbu l-ittri, u jagħmlu studji permezz taʼ Zoom. Avolja Samuel u Dania ma setgħux jagħmlu daqs qabel, huma għamlu dak li setgħu fis-sitwazzjoni tagħhom u kienu ferħanin. w24.04 18 ¶15-16

Il-Ħadd, 25 taʼ Jannar

“Min jistaʼ jsib mara kapaċi? Hi tiswa ħafna iktar mill-korall.”—Prov. 31:10.

M’hemmx bżonn li tkun miżżewweġ biex tkun ferħan, imma ħafna nies jixtiequ jiżżewġu. Importanti li qabel ma tibda toħroġ maʼ xi ħadd ikollok dawn it-tliet affarijiet: tkun ħabib sew taʼ Ġeħova, tkun taf tqassam il-flus sew, u tkun matur. (1 Kor. 7:36) Importanti li qabel tibda toħroġ maʼ xi ħadd tkun taf liema kwalitajiet tixtieq fil-persuna l-oħra. Jekk ma tagħmilx hekk, tistaʼ ma tindunax b’xi ħadd li jkun tajjeb għalik jew inkella tibda toħroġ maʼ xi ħadd li ma jkunx tajjeb għalik. Ovvjament, dak li tibda toħroġ miegħu jrid ikun Kristjan mgħammed. (1 Kor. 7:39) Imma mhux kull Kristjan mgħammed ħa jkun tajjeb. Allura staqsi lilek innifsek: ‘X’inhuma l-miri tiegħi? Liema kwalitajiet nixtieq li jkollha l-persuna l-oħra? Qiegħed nistenna wisq mill-persuna li qed infittex?’ w24.05 20 ¶1; 21 ¶3

It-Tnejn, 26 taʼ Jannar

“Uru qalb tajba maʼ xulxin.”—Efes. 4:32.

X’tistgħu tagħmlu jekk kultant ikollkom nuqqas taʼ qbil waqt li qed toħorġu flimkien? Ifisser dan li m’intomx tajbin għal xulxin? Mhux bilfors. Il-koppji kollha kultant ikollhom xi jgħidu. Imma żwieġ b’saħħtu jkun fih żewġ persuni li jirrispettaw lil xulxin u lesti li jaħdmu flimkien biex jirranġaw il-problemi taʼ bejniethom. Il-mod kif issolvu l-problemi issa li għadkom qed toħorġu flimkien juri jekk iż-żwieġ hux se jkun b’saħħtu. Saqsu lilkom infuskom: ‘Aħna niddiskutu bil-kalma u nuru rispett lejn xulxin? Meta niżbaljaw, nammettu u naħdmu biex nirranġaw? Aħna nkunu lesti li nċedu u niskużaw ruħna u naħfru malajr?’ (Efes. 4:31) Imma jekk waqt li qed toħorġu flimkien il-ħin kollu tiġġieldu jew ma taqblux, meta tiżżewġu s-sitwazzjoni wisq probabbli se tibqaʼ l-istess. Allura, jekk tħoss li l-persuna l-oħra mhix tajba għalik, l-aħjar deċiżjoni tkun li tieqfu toħorġu flimkien. w24.05 29 ¶12

It-Tlieta, 27 taʼ Jannar

“Jalla jiġi mfaħħar Ġeħova, il-Blata tiegħi, li qed jittrennjani għall-battalja.”—Slm. 144:1.

Aħna se nkunu taʼ eżempju tajjeb jekk dejjem nobdu lil Ġeħova u nieħdu deċiżjonijiet mill-Bibbja. Iktar ma jkollna fidi b’saħħitha u nitgħallmu dwar Ġeħova, iktar ħa nkunu leali lejh u nżommu mal-livelli tiegħu. Mhux se niġu mħajrin nemmnu jew naċċettaw tagħlim falz. (Efes. 4:14; Ġak. 1:​6-8) Barra minn hekk, se nkunu nistgħu ngħinu lil dawk li jkollhom il-problemi. (1 Tess. 3:​2, 3) Anzjan għandu jkun moderat fi drawwietu, b’moħħu f’loku, jimxi bl-ordni, u raġonevoli. Dawn l-anzjani jgħinu lil oħrajn biex jibqgħu kalmi u jżommu fidi soda f’Ġeħova. (Titu 1:9; 1 Tim. 3:​1-3) Bl-eżempju tagħhom u meta jinkuraġġixxu lill-aħwa, huma jgħinuhom jattendu l-laqgħat, jagħmlu l-istudju personali, u joħorġu fuq is-service. U meta l-aħwa jkunu stressjati minħabba xi problemi, l-anzjani jgħinuhom biex ifittxu lil Ġeħova u jiftakru fil-wegħdi tiegħu. w24.06 31 ¶16-18

L-Erbgħa, 28 taʼ Jannar

“Indmu għax is-Saltna t’Alla hi qrib.”—Mat. 4:17.

Meta Ġesù kien fid-dinja, għallem lin-nies li Missieru jixtieq ħafna jaħfer lil dawk li jidinbu. Ikkunsidra l-istorja dwar missier u t-tifel tiegħu. It-tifel kien iddeċieda li jitlaq mid-dar u jagħmel xi affarijiet ħżiena ħafna. Imma wara xi żmien hu “ġie f’sensih” u reġaʼ mar id-dar għand missieru. Il-missier kif ħassu dwar it-tifel? Ġesù qal li “waqt li kien għadu ’l bogħod, missieru rah . . . , ġera lejh, għannqu, u biesu b’tenerezza.” It-tifel staqsa lil missieru biex jaħdem bħala qaddej tiegħu. Imma missieru ried jaħfirlu u qallu “ibni” u riedu jerġaʼ jkun parti mill-familja tiegħu. Il-missier qal: “Hu kien intilef u nstab.” (Lq. 15:​11-32) Meta Ġesù kien fis-sema żgur li kemm-il darba ra lil Missieru juri maħfra u qalb tajba maʼ dawk li nidmu. X’eżempju sabiħ qal Ġesù li juri kemm Ġeħova jaħfer! w24.08 11 ¶11-12

Il-Ħamis, 29 taʼ Jannar

“Użaw l-għaqal.”—1 Pt. 4:7.

Kristjan li juża l-għaqal jagħmel l-aħjar tiegħu biex id-deċiżjonijiet li jieħu jkunu jaqblu ma’ kif jaħsibha Ġeħova. Hu jagħmel ċert li m’hemm xejn iktar importanti f’ħajtu mill-ħbiberija tiegħu maʼ Ġeħova. Jifhem ukoll li dejjem għandu x’jitgħallem għax ma jafx kollox. U Kristjan li juża l-għaqal dejjem jistrieħ fuq Ġeħova bit-talb. Irridu niftakru li anki jekk inħossu li aħna kapaċi nagħmlu xi ħaġa, għandna nistrieħu fuq Ġeħova bit-talb. Aħna nitolbu lil Ġeħova speċjalment meta jkollna nieħdu deċiżjonijiet importanti. Meta nagħmlu hekk inkunu qed nuru li aħna nafdaw li hu jaf x’inhu l-aħjar għalina. Kemm napprezzaw li Ġeħova ħalaqna bil-kapaċità li nimitaw il-kwalitajiet tiegħu. (Ġen. 1:26) Ovvjament ma nistgħux nimitawh b’mod perfett.—Isa. 55:9. w25.03 11 ¶13; 13 ¶17-18

Il-Ġimgħa, 30 taʼ Jannar

“L-imħabba . . . dejjem tittama, u tissaporti kollox.”—1 Kor. 13:7.

Taħsibx ħażin f’oħrajn. Jekk xi ħadd ma japprezzax xi ħaġa li għamilt, staqsi lilek innifsek: ‘Vera ma japprezzax, jew forsi nesa?’ Jaf ikun hemm xi raġunijiet oħra għala m’apprezzax bħalma nkunu nixtiequ aħna. Xi wħud jaf vera jkunu apprezzaw dak li nkunu għamilna magħhom, imma jsibuha diffiċli biex juruna. Jistaʼ jkun li jistħu jekk xi ħadd jgħinhom, speċjalment jekk fil-passat setgħu jgħinu iktar u issa nbidlulhom iċ-ċirkostanzi. Hu x’inhu l-każ, jekk vera nħobbu lil ħutna, m’aħniex se naħsbu ħażin fihom u se nibqgħu nagħtu bil-ferħ. (Efes. 4:2) Kun paċenzjuż. Dwar li nkunu ġenerużi, Salamun kiteb: “Waddab il-ħobż tiegħek fl-ilmijiet, għax wara ħafna ġranet se terġaʼ ssibu.” (Ekk. 11:1) Bħalma jurina dan il-vers, xi nies jaf juru li japprezzaw wara li jgħaddi ħafna żmien. w24.09 30 ¶18-19

Is-Sibt, 31 taʼ Jannar

“Ikkoreġi quddiem kulħadd lil dawk li jagħmlu d-dnub, bħala twissija għall-kumplament.”—1 Tim. 5:20.

Xi kultant isir avviż fil-kongregazzjoni li xi ħadd ġie kkoreġut. F’dan il-każ, aħna nistgħu nibqgħu nagħmluha miegħu għax hu jkun iddispjaċieh u m’għadux jagħmel il-ħażin. Hu għadu parti mill-kongregazzjoni u għandu bżonn l-inkuraġġiment mill-aħwa biex jibqaʼ jagħmel dak li hu tajjeb. (Lhud 10:​24, 25) Madankollu, is-sitwazzjoni hi differenti minn meta xi ħadd jitneħħa mill-kongregazzjoni. Aħna ma ‘nibqgħux nagħmluha miegħu’ u ‘lanqas biss nieklu miegħu.’ (1 Kor. 5:11) Ifisser dan li għandna ninjorawh għalkollox? Mhux bilfors. Ovvjament m’aħniex se nagħmluha miegħu. Imma l-Kristjani għandhom jużaw il-kuxjenza tagħhom ittrennjata fuq il-Bibbja jekk jistidnux għal laqgħa lil xi ħadd li tneħħa mill-kongregazzjoni. Dan jistaʼ jkun xi ħadd li jiġi minnhom jew xi ħadd li qabel kien ħabib sew tagħhom. w24.08 30 ¶13-14

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja