LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/14 p. 5
  • Meta titlef kulma għandek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta titlef kulma għandek
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • KIF TISTAʼ TKAMPA
  • Meta tgħaddi minn traġedja
    Stenbaħ!—2014
  • Meta titlef lil xi maħbub fil-mewt
    Stenbaħ!—2014
  • Il-qima lil Ġeħova tinkludi li ngħinu lil oħrajn
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Farrġu lill-Imnikktin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 7/14 p. 5
It-tħarbit wara terremot u tsunami

SUĠĠETT PRINĊIPALI | META TGĦADDI MINN TRAĠEDJA—KIF TISTAʼ TKAMPA?

Meta titlef kulma għandek

Kien il-Ġimgħa, 11 taʼ Marzu 2011, meta terremot taʼ skala 9.0 laqat il-Ġappun. Dan id-diżastru ħa l-ħajja taʼ 15,000 ruħ u kkaġuna iktar minn 140 biljun ewro fi ħsara. Meta semaʼ t-twissija li kien ġej tsunami, Kei li kellu 32 sena, sab il-kenn fuq post iktar għoli. Hu qal: “L-għada fil-għodu mort lura d-dar biex niġbor dak li stajt, imma l-baħar kien kines kollox, inkluż l-appartament tiegħi. Kulma kien fadal kien biss il-pedament.

Kei

“Għall-ewwel, ma stajtx inniżżilha li mhux talli kont tlift ftit mill-affarijiet li kelli imma talli tlift kollox, kulma kelli—il-karozza; il-kompjuters li kont nuża għax-xogħol; l-imwejjed, is-siġġijiet, u s-sufan li kont nuża għall-mistidnin; id-diversi strumenti tal-mużika li kelli bħall-kitarra, il-keyboard, u l-flawt; l-affarijiet kollha li kont nuża biex inpinġi; u t-tpinġijiet u l-pitturi kollha li kelli.”

KIF TISTAʼ TKAMPA

Ipprova ffoka fuq dak li għad għandek minflok fuq dak li tlift. Il-Bibbja tgħid: “Anki meta wieħed ikollu bl-abbundanza, ħajtu ma tiddependix minn dak li għandu.” (Lq. 12:15) Kei jiftakar fis-sitwazzjoni tiegħu, u jgħid: “Għall-ewwel, għamilt lista taʼ dak li ridt, imma din fakkritni f’dak kollu li kont tlift. Għalhekk, iddeċidejt li nagħmel lista taʼ dawk l-affarijiet biss li veru kelli bżonn u aġġornajtha hekk kif akkwistajt dawn l-affarijiet. Din il-lista għenitni biex nerġaʼ niġi fuq saqajja.”

Minflok ma tiffoka żżejjed fuqek innifsek, uża l-esperjenza tiegħek biex tfarraġ lil ħaddieħor. “Irċivejt ħafna għajnuna mill-ħbieb, mill-gvern, kif ukoll minn aġenziji oħra, imma hekk kif bdejt nidra naqlaʼ, ħassejt li kien hemm xi ħaġa nieqsa,” jgħid Kei. “Imbagħad, ftakart fl-istqarrija tal-Bibbja f’Atti 20:35, li ‘hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.’ Imma peress li ma tantx kelli minn fejn nagħti materjalment, iddeċidejt li nagħti kliem taʼ inkuraġġiment lill-vittmi oħra taʼ dan id-diżastru. Kien t’għajnuna kbira għalija li nuri l-ġenerożità b’dan il-mod.”

Itlob lil Alla għall-għerf prattiku biex tkampa maċ-ċirkustanzi tiegħek. Kei fada fl-assiguranza tal-Bibbja li Alla “se jdur lejn it-talba taʼ dawk imneżżgħin minn kollox.” (Salm 102:17) Int tistaʼ tagħmel l-istess.

Kont taf? Il-Bibbja tbassar żmien meta ħadd ma se jinkwieta li se jitlef kollox minħabba xi diżastru naturali.a—Isaija 65:21-23.

a Biex issir taf x’inhu l-iskop t’Alla għall-art, ara kapitlu 3 tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja