ĦARSA LEJN ID-DINJA
L-Iżrael
Haaretz.com tirrapporta li tfal li “twieldu b’difett li setaʼ jinqabad f’eżami matul it-tqala” issa ma jistgħux itellgħu l-qorti lill-awtoritajiet mediċi minħabba li ma kinux indunaw bih. Madankollu, il-ġenituri jistgħu jiftħu kawża l-qorti sabiex jiġu kumpensati “għall-ispejjeż żejda involuti biex irabbu wild b’diżabilità u biex ilaħħqu mal-bżonnijiet [tiegħu] għall-bqija taʼ ħajtu.”
L-Awstralja
Fl-Awstralja, 8 minn kull 10 koppji jgħixu flimkien qabel iż-żwieġ.
Il-Greċja
Statistika maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa Grieg uriet żieda taʼ 40 fil-mija fis-suwiċidji fil-Greċja matul l-ewwel ħames xhur tal-2011, meta mqabbel mal-istess perijodu tal-2010. Din iż-żieda ħabtet mal-bidu tal-kriżi finanzjarja taʼ dan l-aħħar.
L-Istati Uniti
Skont il-Kunsill tad-Difiża tar-Riżorsi Naturali, fin-nazzjon kollu jinħela kważi 40 fil-mija tal-ikel. Pereżempju, hu stmat li qatt ma jsir ħsad taʼ 7 fil-mija tal-prodotti tal-għalqa, li 17 fil-mija tal-ikliet li jiġu servuti fir-restoranti u l-kafetteriji jibqgħu ma jittiklux, u li l-familji jarmu madwar 25 fil-mija tal-ikel li jixtru.
Il-Madagaskar
Dan l-aħħar instab l-iżgħar kamaleont fid-dinja ġewwa l-Madagaskar. Ftit minn dan il-gremxul kannella ċkejken jikber sa 29 millimetru u tant hu żgħir li jistaʼ joqgħod fuq xifer taʼ difer. Minħabba li l-abitat tiegħu hu mhedded, dan l-annimal jistaʼ jkun fil-periklu t’estinzjoni.