LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/06 p. 30
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Apprezza lil Ommok”
  • Valuri Mħawdin fost iż-​Żgħażagħ
  • Ir-​Riskju tat-​Trasfużjoni tal-​Prion
  • Jixxennqu għal Figura Iktar Irqiqa
  • Trasfużjonijiet tad-Demm-Kemm Huma bla Periklu?
    Id-Demm Kif Jista’ Jsalvalek Ħajtek?
  • Ħarsa Lejn id-Dinja
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2006
g 4/06 p. 30

Ħarsa Lejn id-​Dinja

◼ Skond il-​preferenza taʼ kulmin iħallas it-​taxxa, il-​gvern Spanjol jagħti 0.5 fil-​mija mit-​taxxi lil organizzazzjonijiet tal-​karità jew lil organizzazzjonijiet Kattoliċi. Għalkemm 80 fil-​mija mill-​Ispanjoli jgħidu li huma Kattoliċi, 20 fil-​mija biss jagħżlu li jagħtuhom lill-​Knisja.​—EL PAÍS, SPANJA.

◼ “Raġel taʼ 30 sena li jpejjep inaqqas it-​tul taʼ ħajtu b’ħames snin u nofs, u mara tnaqqsu b’iktar minn sitt snin u nofs,” skond it-​tabelli tal-​ħajja maħruġin mill-​Istitut taʼ l-​Istatistiki. Madankollu, min jaqtaʼ t-​tipjip taʼ 30 sena jnaqqas ħafna mir-​riskju li jmut minn mard konness mat-​tabakk.​—THE TIMES, L-​INGILTERRA.

◼ Matul l-​2004, id-​dinja użat 3.4 fil-​mija iktar żejt kuljum, u issa t-​total hu taʼ 82.4 miljun barmil kuljum. L-​Istati Uniti u ċ-​Ċina użaw kważi nofs din iż-​żjieda u issa jużaw 20.5 miljun u 6.6 miljun barmil kuljum rispettivament.​—VITAL SIGNS 2005, WORLDWATCH INSTITUTE.

“Apprezza lil Ommok”

Xi wħud li janalizzaw il-​qasam tal-​ħidma kkalkulaw li kieku omm Kanadiża li hi mara tad-​dar b’żewġt itfal li jmorru l-​iskola kellha titħallas għax-​xogħol kollu li tagħmel, inkluż il-​paga tax-​xogħol wara l-​ħin, kieku kull sena taqlaʼ 163,852 dollaru Kanadiż (kważi Lm47,000). Il-​figura hija bbażata fuq il-​pagi medji taʼ bħalissa u “ġimgħa taʼ 100 siegħa xogħol, li tikkonsisti f’sitt ijiem taʼ 15-il siegħa u jum wieħed t’għaxar sigħat,” tgħid il-​gazzetta Vancouver Sun. Fost ir-​responsabbiltajiet taʼ l-​ommijiet li huma nisa tad-​dar hemm dawk taʼ li jieħdu ħsieb it-​tfal matul il-​jum, jgħallmuhom, iwassluhom bil-​karozza, jiħdulhom ħsieb saħħithom, jieħdu ħsieb id-​dar, isajru, u ħaddiema fil-​manutenzjoni ġenerali. Il-​gazzetta toffri dan il-​parir: “Apprezza lil ommok: Probabbilment m’hijiex titħallas biżżejjed għal xogħolha.”

Valuri Mħawdin fost iż-​Żgħażagħ

Iż-​żgħażagħ Finlandiżi qegħdin dejjem iktar “joħolqu l-​morali tagħhom stess,” jgħid il-​bullettin taʼ l-​Università taʼ Jyväskylä, fil-​Finlandja. Illum huwa komuni li “n-​nies jagħżlu t-​twemmin tagħhom minn sorsi differenti, bħal meta joħorġu jixtru mill-​ħwienet,” jgħid il-​bullettin. Ir-​riżultati kultant jikkontradixxu lil xulxin. Per eżempju, iż-​żgħażagħ jemmnu li hu importanti li taqsam ġidek u l-​prosperità tiegħek b’mod ġust; però, fl-​istess ħin, huma “bdew jemmnu fl-​aggressività u l-​kompetizzjoni qawwija.”

Ir-​Riskju tat-​Trasfużjoni tal-​Prion

Reċentement fil-​mezzi tax-​xandir, l-​Aġenzija Franċiża għas-​Saħħa u s-​Sigurtà taʼ Prodotti Mediċinali stqarret li r-​riskju li l-​prions jiġu trasmessi permezz taʼ trasfużjoni tad-​demm sar iktar probabbli. Il-​prions huma molekuli taʼ proteini li huwa maħsub li jikkaġunaw l-​iżvilupp tal-​mard varjat tal-​Creutzfeldt-Jakob (vCJD) fil-​bnedmin. Din il-​kundizzjoni taʼ taħsir newroloġiku fatali, li m’hawnx kura magħrufa għaliha, hi dik il-​marda varjata tal-​bniedem magħrufa l-​iktar bħala l-​mad-cow disease (bovine spongiform encephalopathy). Dan ir-​riskju żdied wara li fil-​Britannja nstabu żewġ każijiet taʼ vCJD li ġiet trasmessa probabbilment permezz taʼ trasfużjoni tad-​demm. Ma jeżisti ebda eżami mediku li jistaʼ jidentifika din il-​marda qabel ma jibdew jidhru xi sintomi kliniċi.

Jixxennqu għal Figura Iktar Irqiqa

Skond ir-​riċerka nstab li “tfajliet żgħar taʼ saħansitra ħames snin m’humiex kuntenti bil-​figura tagħhom u jixtiequ li kienu iktar irqaq,” tirrapporta The Sydney Morning Herald. Ir-​rapport jikkwota studju li jinvolvi tfal bniet Awstraljani mill-​età taʼ ħames sa tmien snin. Kważi nofs il-​bniet riedu li jkunu iktar irqaq, waqt li għadd simili minnhom qalu li “jekk jeħxienu se jagħmlu d-​dieta.” Waħda riċerkatriċi ssuġġeriet li stampi li jagħtu idea żbaljata tal-​figura ideali “jistgħu jwasslu għal stima baxxa taʼ dak li jkun, dipressjoni u problemi konnessi maʼ l-​ikel iktar tard fil-​ħajja.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja