LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 7/8 p. 32
  • Ħajru Biex Jakkwista Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħajru Biex Jakkwista Bibbja
  • Stenbaħ!—2005
Stenbaħ!—2005
g05 7/8 p. 32

Ħajru Biex Jakkwista Bibbja

Meta r-​Russja kienet maħkuma mid-​dittaturi Komunisti, il-​qari tal-​Bibbja xejn ma kien jiġi inkuraġġit. Madankollu, f’dawn l-​aħħar snin tqassmu miljuni taʼ Bibbji f’dan il-​pajjiż. Ittra waħda li rċieva l-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fir-​Russja turi raġuni waħda għala l-​interess fil-​Bibbja reġaʼ tkebbes. Sergei, raġel miżżewweġ u missier ġo Volgograd​—belt kbira li għal għexur taʼ snin kienet tissejjaħ Stalingrad, għad-​dittatur Sovjetiku Joseph Stalin—jgħid:

“Ftit ilu, nies mis-​soċjetà tagħkom ġew id-​dar tiegħi. Huma staqsewni bl-​edukazzjoni kollha jekk nemminx f’Alla. Jien għedtilhom li, sa ċertu punt, kulħadd jemmen f’Alla. Meta għedtilhom li għandi mara u tifel, wieħed minn dawk li żaruni daħħal idu fil-​basket u ħareġ il-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja u tahuli.”

Maż-żmien, Sergei beda jaqra l-​ktieb. “Tassew ħadt pjaċir naqrah,” jirrakkonta hu. “Ċertament li l-​ktieb inkiteb minn nies intelliġenti u dedikati. Ġeneralment jien xettiku dwar soċjetajiet reliġjużi, imma naħseb li intom nies onesti. Fi tmiem il-​ktieb sibt l-​indirizz tagħkom.” Għalhekk, Sergei kiteb f’dak l-​indirizz u talab għal kopja tal-​Bibbja.

Il-prinċipji biex jitgawda l-​hena fil-​familja li huma enfasizzati fil-​ktieb Hena Fil-​Familja huma bbażati fuq tagħlim Bibliku. Fost il-​kapitli taʼ istruzzjoni li fih il-​ktieb hemm: “Ħarreġ lit-​Tfal Tiegħek mill-​Infanzja,” “Ipproteġi lill-​Familja Tiegħek minn Influwenzi Distruttivi,” u “Żomm il-​Paċi f’Darek.”

Tistaʼ tibgħat għal kopja tal-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja billi timla l-​kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-​indirizz muri fuq il-​kupun jew f’indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Mingħajr obbligu, nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja.

Indika b’liema lingwa.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja