LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 1/8 p. 31
  • “Li Kieku Jafu!”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Li Kieku Jafu!”
  • Stenbaħ!—2005
Stenbaħ!—2005
g05 1/8 p. 31

“Li Kieku Jafu!”

WARA li spiċċa l-​iskola sekondarja, kuntrarju għal ħafna żgħażagħ li jiġru wara miri materjali, David kellu ideat oħra. F’Settembru tas-​sena 2003, hu telaq flimkien maʼ ħabib tiegħu minn Illinois, fl-​Istati Uniti, u mar joqgħod fir-​Repubblika Dominikana.a Davey, kif kienu jsejħulu l-​ħbieb u l-​familja tiegħu, iddeċieda li jitgħallem l-​Ispanjol u jingħaqad mal-​Kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova taʼ Navas fix-​xogħol li għandhom biex jgħallmu l-​Bibbja. Il-​kongregazzjoni laqgħetu b’idejha miftuħa. “Davey għamel dak kollu li kien mitlub minnu,” qal Juan, l-​uniku anzjan f’din il-​kongregazzjoni. “Hu kien dejjem jistinka għall-​oħrajn, u l-​aħwa kienu jħobbuh ħafna.”

Davey kien iħobbu ħafna l-​inkarigu tiegħu. “Veru qed nieħu gost hawnhekk,” kiteb lill-​ħabib tiegħu li jgħix fl-​Istati Uniti. “Il-​ministeru huwa tassew rifreskanti! F’kull bieb nibqgħu nitkellmu għal madwar 20 minuta, għax in-​nies ikunu jridu jisimgħu dak kollu li għandna x’ngħidulhom. Diġà nikkonduċi sitt studji tal-​Bibbja, imma xorta għad għandna bżonn l-​għajnuna. Darba minnhom, il-​kongregazzjoni tagħna li fiha 30 pubblikatur tas-​Saltna kellha attendenza taʼ 103!”

B’sogħba, fl-​24 t’April, 2004, Davey u żagħżugħ ieħor mill-​istess kongregazzjoni tilfu ħajjithom f’aċċident. Sa dakinhar li miet, Davey kien ifur bl-​entużjażmu għax-​xogħol li kien qed jagħmel u kien jinkuraġġixxi lil żgħażagħ oħrajn lura f’pajjiżu biex jagħmlu l-​istess. “Dan ibiddel il-​perspettiva tiegħek,” qal lil waħda Xhud żagħżugħa.

Bidla waħda li esperjenza Davey fil-​perspettiva tiegħu kienet dwar l-​affarijiet materjali. Missieru jiftakar: “Meta darba ġie jżur lill-​familja, Davey kien mistieden biex imur jiskijja. Hu staqsa kemm kienet se tiġi tiswa. Meta qalulu kemm, Davey qal li lanqas biss kien jgħaddilu minn moħħu li jonfoq daqshekk fuq l-​iskijjar meta bl-​istess ammont setaʼ jgħix xhur sħaħ fir-​Repubblika Dominikana!”

Iż-żelu taʼ Davey effettwa lil oħrajn. “Meta smajt b’dak kollu li kien qed jagħmel Davey u kemm kien ferħan,” qalet żagħżugħa minn pajjiżu, “irrealizzajt li jien ukoll stajt nagħmel xi ħaġa simili. Il-​mewt taʼ Davey ġagħlitni naħseb dwar x’kienu se jgħidu n-​nies dwari kieku kelli mmut, u jekk kienx se jkolli l-​istess impatt pożittiv fuq ħajjithom.”

Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, il-​ġenituri u ħut Davey għandhom fiduċja sħiħa li Alla se jirxoxta lil Davey fid-​dinja l-​ġdida taʼ ġustizzja li ġejja. (Ġwanni 5:28, 29; Rivelazzjoni 21:1-4) Sadanittant, huma jiksbu l-​faraġ mill-​fatt li jafu li Davey uża ħajtu bl-​aħjar mod possibbli​—biex jaqdi lill-​Ħallieq tiegħu. (Koħèlet 12:1) Meta darba kien qed jirrifletti fuq id-​deċiżjoni tiegħu biex jaqdi fejn hemm iktar ħtieġa, Davey qal: “Veru nixtieq li ż-​żgħażagħ kollha jagħmlu xi ħaġa bħal din u jesperjenzaw dak li qed inħoss jien. M’hemm xejn aħjar milli naqdu lil Ġeħova b’dak kollu li għandna. Li kieku jafu!”

[Nota taʼ taħt]

a Bħal David, ħafna mix-​Xhieda taʼ Ġeħova offrew minn jeddhom li jmorru f’postijiet fejn hemm iktar ħtieġa għal xandara tas-​Saltna. Xi wħud minnhom tgħallmu wkoll lingwa barranija biex jgħallmu lil oħrajn il-​veritajiet tal-​Kelma t’Alla. Iktar minn 400 volontier bħal dawn qegħdin iservu fir-​Repubblika Dominikana.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja