LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 1/8 p. 32
  • Ktieb Li Effettwa L-ħajja Taʼ Tifel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ktieb Li Effettwa L-ħajja Taʼ Tifel
  • Stenbaħ!—2005
Stenbaħ!—2005
g05 1/8 p. 32

Ktieb Li Effettwa L-​ħajja Taʼ Tifel

Xi snin ilu, Savinien, tifel taʼ disaʼ snin minn belt żgħira f’Pennsylvania, l-​Istati Uniti, kiteb ittra biex jesprimi l-​apprezzament tiegħu għall-​ktieb li jismu Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja. It-​tfajjel spjega li kien għadu kif spiċċa jaqra l-​ktieb li hu mimli stampi taʼ nies u ġrajjiet fil-​Bibbja.

Lill-pubblikaturi tal-​ktieb kitbilhom dan, “Inħoss li għandkom tibqgħu tistampaw dan il-​ktieb biex b’hekk tkunu tistgħu tkomplu tinkuraġġixxu lil tfal żgħar bħali biex isiru jafu iktar dwar il-​Bibbja.

“Dak li tgħallimt minn dan il-​ktieb huwa li kulma hemm fil-​Bibbja hu veru u li din inkitbet biex tgħallimna biex b’hekk ikollna tama għall-​futur.

“Ma kontx inkun naf dan kieku ma kontux intom li ħadtu interess fina ż-​żgħażagħ u ssimplifikajtu din l-​informazzjoni biex b’hekk inkunu nistgħu nifhmuha aħjar.”

X’għamilt int biex tinkuraġġixxi lit-​tfal tiegħek jitgħallmu? Tistaʼ tibgħat għal kopja tal-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, li fih 256 paġna b’116-il storja dwar nies u ġrajjiet fil-​Bibbja. Sempliċement imla l-​kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-​indirizz muri fuq il-​kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Mingħajr ma nkun obbligat xejn, nixtieq nirċievi kopja tal-​ktieb Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja?

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja