LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 1/8 p. 21
  • Fabbrika tal-Mewt

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fabbrika tal-Mewt
  • Stenbaħ!—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Distinzjoni tal-​Biki
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Jistgħu l-Ħabsin Tassew Jirranġaw Ħajjithom?
    Stenbaħ!—2001
Stenbaħ!—2005
g05 1/8 p. 21

Fabbrika tal-​Mewt

MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIL-​ĠERMANJA

XI WĦUD isostnu li Mittelwerk kienet l-​akbar fabbrika taħt l-​art fid-​dinja. Din il-​fabbrika qiegħda fil-​Muntanji Harz fil-​Ġermanja, madwar 260 kilometru fil-​lbiċ taʼ Berlin, u tikkonsisti f’20 kilometru taʼ mini enormi li qegħdin imħaffrin f’qiegħ taʼ għolja. Mill-​1943 sa l-​1945, eluf taʼ priġunieri li kienu fil-​kampijiet tal-​konċentrament ħadmu bħala skjavi f’dawn il-​mini. F’kundizzjonijiet tal-​biżaʼ, huma kienu sforzati jaħdmu biex jagħmlu l-​armamenti għall-​Istat Nazist.

Dawn l-​iskjavi ma kinux jagħmlu armamenti kwalunkwe. Il-​fabbrika kienet tipproduċi missili li kienu magħrufin bħala V-1 u V-2. Dawn kienu jiġu trasportati minn Mittelwerk għal postijiet, b’mod speċjali fi Franza u fl-​Olanda, minn fejn kienu jiġu sparati. Ma kienx ikun fihom nies u kienu jiġu sparati fuq postijiet speċifiċi fil-​Belġju, il-​Britannja, u Franza, fejn kienu jintefgħu mill-​ajru u jisplodu malli jmissu maʼ l-​art. In-​Nazi kienu wkoll jittamaw li joħolqu rokit li tant kien b’saħħtu li jkun jistaʼ jispara bomba li tgħaddi fuq l-​Oċean Atlantiku għal New York. Sa meta ntemmet it-​tieni gwerra dinjija, ħafna mijiet taʼ missili V-1 u V-2 kienu ntefgħu fuq bliet fl-​Ewropa. Madankollu, dawn kienu jirrappreżentaw biss frazzjoni mill-​missili li n-​Nazi kienu għamlu u ttamaw li jużaw kontra l-​għedewwa tagħhom. L-​ebda wieħed minn dawn il-​missili qatt ma laqtu lil New York.

Distinzjoni tal-​Biki

Wara li spiċċat il-​gwerra, numru kbir taʼ xjenzati u tekniċi Ġermaniżi li kienu ddisinjaw il-​missili V-1 u V-2 telqu mill-​Ġermanja. Ħadu magħhom l-​esperjenza li kellhom fit-​teknoloġija tar-​rokits, li mbagħad użawha fil-​pajjiż fejn kienu marru joqogħdu. Wieħed minnhom kien Wernher von Braun. Hu mar joqgħod fl-​Istati Uniti, fejn għen biex jinbena r-​rokit Saturn li ħa lill-​bniedem fuq il-​qamar.

Illum, eżatt ħdejn il-​fabbrika Mittelwerk, tqiegħed monument għas-​60,000 ruħ li kienu fil-​kamp tal-​konċentrament t’hemmhekk. Ħafna minn dawn mhux biss ħadmu fil-​kesħa f’dawn il-​mini umdużi, iżda għexu wkoll fihom. Mhux taʼ b’xejn li skond xi stimi, mietu kważi 20,000 priġunier. Il-​viżitaturi li jmorru jżuru l-​mużew f’dan il-​post jistgħu jagħmlu mawra fil-​mini, fejn l-​art għadha mimlija bil-​biċċiet tar-​rokits li ntelqu hemm xi 60 sena ilu. Ir-​rivista After the Battle tagħti distinzjoni tal-​biki lill-​missili taʼ Mittelwerk: “Il-​V-1 u V-2 huma l-​uniċi armamenti li qatlu iktar min-​nies li kienu jagħmluhom milli minn dawk li ġew sparati fuqhom.”

[Stampa f’paġna 21]

Ritratt taʼ l-​1945 li juri r-​rokits V-1 fuq karrijiet

[Sors]

Quelle: Dokumentationsstelle Mittelbau-Dora

[Stampa f’paġna 21]

Il-​viżitaturi jżuru l-​mini, fejn l-​art għadha mimlija bil-​biċċiet tar-​rokits

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja