LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 9/8 p. 32
  • Avukat Ifittex l-Għajnuna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avukat Ifittex l-Għajnuna
  • Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2004
g04 9/8 p. 32

Avukat Ifittex l-​Għajnuna

Avukat, li jħossu mnikket minħabba l-​għadd taʼ żwiġijiet li qed jispiċċaw f’divorzju, kiteb dan li ġej lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Brażil: “Ħafna mill-​klijenti li jiġu l-​uffiċċju tiegħi jkunu diġà għaddejjin mill-​proċess taʼ separazzjoni. Inħossni frustrat ħafna meta nismagħhom isemmu r-​raġunijiet għala se jtemmu ż-​żwieġ tagħhom, bħalma huma n-​nuqqas taʼ komunikazzjoni u mħabba ġenwina. Ma jafu xejn dwar il-​pariri li hemm fil-​pubblikazzjonijiet tagħkom.”

Peress li kien familjari max-​Xhieda taʼ Jehovah, l-​avukat kiteb: “Inkun ferm grat jekk tibagħtuli ftit materjal li nistaʼ nagħti lill-​klijenti tiegħi biex ngħinhom jirriflettu fuq is-​serjetà taż-​żwieġ, jerġgħu jaħsbu dwar id-​deċiżjoni tagħhom, u jerġgħu jgawdu għal darb’oħra ħajja paċifika u ferħana flimkien.”

Jekk tixtieq tirċievi pariri Bibliċi taʼ valur dwar kif tistaʼ tgawdi żwieġ taʼ suċċess, aħna nkunu ferħanin li nibagħtulek kopja tal-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja. Dan il-​ktieb jikkunsidra żewġ fatturi vitali li jagħmluha possibbli biex koppja jgħixu ferħanin flimkien u dan kollu jiftaħ il-​bieb għal ħafna barkiet. Tistaʼ titlob kopja taʼ dan il-​ktieb billi timla l-​kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-​indirizz li hemm fuq il-​kupun jew fl-​indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Mingħajr ebda rbit nitlob kopja tal-​ktieb Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja