LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 9/8 p. 31
  • Minn Gwerriera għal Uħud li Jġibu l-Paċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Minn Gwerriera għal Uħud li Jġibu l-Paċi
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • Il-gwerer
    Stenbaħ!—2017
  • Alla kif iqishom il-gwerer?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Il-perċimes veru tal-gwerra u t-tbatija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Stenbaħ!—2004
g04 9/8 p. 31

Minn Gwerriera għal Uħud li Jġibu l-​Paċi

FIL-​ĦARĠA taʼ l-​Awake! tat-​8 taʼ Diċembru, 2002, kien hemm l-​esperjenza taʼ Toshiaki Niwa, li matul it-​tieni gwerra dinjija kien pilota Ġappuniż imħarreġ għal missjoni tal-​kamikaze. Niwa rrakkonta li f’Awissu taʼ l-​1945, hu kien f’bażi taʼ l-​ajru ħdejn Kyoto jistenna l-​kmand għal attakk suwiċida fuq bastimenti navali taʼ l-​Istati Uniti. Il-​kmand qatt ma wasal, għax ftit jiem wara ntemmet il-​gwerra. Snin wara Niwa beda jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah. Hu tgħallem li dawk li jridu jogħġbu lil Alla ma jiħdux sehem fil-​gwerra. Huma verament jirrispettaw ’il-bnedmin sħabhom, minkejja l-​post fejn jgħixu jew l-​oriġini nazzjonali tagħhom. (1 Pietru 2:​17) Niwa, li qabel kien gwerrier, issa jġib il-​paċi billi jaqsam m’oħrajn il-​messaġġ misjub fil-​Kelma t’Alla li jgħaqqad lin-​nies.

Russell Werts, mill-​Istati Uniti, ġie mqanqal mill-​istorja taʼ Niwa, għax hu kien iġġieled fl-​istess gwerra​—imma fuq in-​naħa l-​oħra. “Int għedt li f’Awissu taʼ l-​1945 kont viċin Kyoto tistenna l-​invażjoni,” kiteb Werts f’ittra lil Niwa. “F’dak l-​istess perijodu, jien kont qed nagħmel l-​aħħar fażi tat-​taħriġ għal dik l-​invażjoni. Probabbilment it-​tnejn li aħna konna mmutu fuq naħat differenti kieku l-​gwerra ma spiċċatx meta spiċċat. Bħalek u bħall-​familja tiegħek, iktar tard jien u marti sirna Xhieda taʼ Jehovah. Kemm inħossni ferħan li aħna, li darba konna għedewwa determinati li noqtlu lil xulxin, issa mhux biss ħbieb imma aħwa!”

Bħal Toshiaki Niwa u Russell Werts, ħafna li darba kienu għedewwa li jobogħdu lil xulxin issa qed jgħixu f’paċi u f’unità għax jistudjaw u japplikaw il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah hemm Lhud u Għarab, Armeni u Torok, Ġermaniżi u Russi, Ħutu u Tutsi li qed juru li huma Kristjani ġenwini. Tabilħaqq, Ġesù qal: “Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.”​—Ġwanni 13:35.

[Stampi f’paġna 31]

Toshiaki Niwa u Russell Werts matul it-​tieni gwerra dinjija

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja