Il-Lejl li Għandek Tiftakru Il-Ħadd,4 t’April, 2004
FIL-LEJL qabel ma miet, Ġesù Kristu stabbilixxa t-Tifkira taʼ mewtu. Matul ikla sempliċi maʼ l-appostli tiegħu li fiha uża l-inbid u l-ħobż bla ħmira bħala simboli, Ġesù kkmanda: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”—Luqa 22:19.
Ix-Xhieda taʼ Jehovah jistidnuk mill-qalb biex tieħu sehem magħhom f’din it-Tifkira li ssir kull sena. Din is-sena se tinżamm wara nżul ix-xemx nhar il-Ħadd, 4 t’April, fid-data li tikkorrispondi maʼ l-14 taʼ Nisan fil-kalendarju qamri tal-Bibbja. Jekk jogħġbok iċċekkja max-Xhieda taʼ Jehovah lokali għall-post u l-ħin eżatt tal-laqgħa.