LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 4/8 p. 31
  • Iz-Zokkor Vitali għall-Ħajja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iz-Zokkor Vitali għall-Ħajja
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • Qis l-Evidenza
    Stenbaħ!—2012
  • Nittawlu Iktar fil-​Fond minn ġol-​Mikroskopju
    Stenbaħ!—1999
  • Iċ-ċelluli tiegħek—Libreriji ħajjin!
    Stenbaħ!—2015
  • X’Hemm wara l-​Misteru tal-​Ħajja?
    Stenbaħ!—1999
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 4/8 p. 31

Iz-​Zokkor Vitali għall-​Ħajja

IZ-​ZOKKOR​—wisq probabbli tużah għal kull ħaġa li trid tagħtiha togħma ħelwa, kemm fil-​kejkijiet u kemm fil-​kafè. Iżda kont taf li z-​zokkor jistaʼ joħloq rivoluzzjoni fil-​bijoloġija li tistaʼ tkun tħabbatha mar-​rivoluzzjoni li qajmet l-​iskoperta tad-​DNA?

Dan l-​aħħar ix-​xjenzati studjaw kif iċ-​ċelluli jużaw il-​monosakkaridi bħall-​glukosju sabiex jibnu molekuli enormi “li huma bħad-​DNA u l-​proteini fid-​daqs u kumplessi daqshom,” jgħid il-​ġurnal New Scientist. “Il-​monosakkaridi huma involuti kważi f’kull aspett tal-​bijoloġija, kemm biex jintgħaraf dak li jikkaġuna marda, biex jagħqad id-​demm, u kemm biex l-​isperma tidħol fil-​bajda.” Fl-​istess waqt, id-​difetti fil-​produzzjoni tagħhom ġew konnessi maʼ għadd li dejjem jikber taʼ mard, bħad-​distrofija muskolari u l-​artrite rewmatika. “Il-​bijoloġi għadhom kif bdew jifhmu l-​effett tal-​monosakkaridi fuq il-​ġisem uman,” jgħid ir-​rapport, “imma hekk kif jagħmlu dan, qed ikollhom jibdlu dak li ilhom jaħsbu dwar kif taħdem il-​ħajja.”

Ix-xjenzati għaqqdu l-​kelma “glycome” biex jirreferu għaz-​zokkor kollu differenti li jiġi fformat minn ċellula jew organiżmu, sewwasew bħalma l-​kelma “genome” tinkludi s-​sett sħiħ taʼ ġeni. Madankollu, il-​glycome taʼ ċellula hu “probabbilment eluf taʼ drabi iktar komplikat mill-​genome,” jistqarr Ajit Varki, direttur taċ-​Ċentru Universitarju tar-​Riċerka u t-​Taħriġ fil-​Glikobijoloġija, fl-​Università taʼ Kalifornja, San Diego, l-​Istati Uniti. Għala huwa l-​glycome daqshekk komplikat?

Fiċ-ċelluli, il-​monosakkaridi jingħaqdu biex jifformaw il-​polisakkaridi. Mill-​banda l-​oħra dawn jinġemgħu f’molekuli daqsiex li jistaʼ jkun fihom iktar minn 200 biċċa taʼ monosakkaridi. Il-​monosakkaridi għandhom tliet dimensjonijiet u din l-​għamla hi fundamentali għall-​mod kif jiffunzjonaw. Għalhekk “molekula taz-​zokkor magħmula minn sempliċi sitt biċċiet jistaʼ jkollha saħansitra 12-il biljun verżjoni possibbli,” jgħid New Scientist.

Meta Varki kien qed jiddeskrivi l-​isfidi enormi li qed jiffaċċjaw ir-​riċerkaturi f’dan il-​qasam ġdid imsejjaħ il-​glikobijoloġija, hu qal: “Bħallikieku għadna kif skoprejna l-​kontinent taʼ l-​Amerika taʼ Fuq. Issa rridu nibagħtu l-​gruppi biex jesploraw it-​territorju ħalli jaraw kemm hu kbir.”

Jidher ċar li l-​mekkaniżmi komplikati taċ-​ċellula ħajja jixhdu għall-​ogħla tip taʼ intelliġenza. Dan il-​fatt iġiegħel lil ħafna jħossu riverenza profonda. Int hekk tħossok?​—Apokalissi 4:11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja