LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 3/8 p. 31
  • Pjanta li Tibqaʼ Tgħix b’Mod taʼ l-Għaġeb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Pjanta li Tibqaʼ Tgħix b’Mod taʼ l-Għaġeb
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • Periklu—Pjanti Qattiela!
    Stenbaħ!—2004
  • Ġojjell Salvaġġ
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2004
g04 3/8 p. 31

Pjanta li Tibqaʼ Tgħix b’Mod taʼ l-​Għaġeb

MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIN-​NAMIBJA

HAWNHEKK fid-​Deżert Namib fil-​lbiċ taʼ l-​Afrika, l-​arja hija nadifa u friska. Hija ġurnata mingħajr sħab. Hekk kif titlaʼ x-​xemx, l-​istess tagħmel it-​temperatura. Din hija dinja li fiha ssib għoljiet tar-​ramel u pjanuri taż-​żrar milqutin mir-​riħ. Aħna nħarsu madwarna bi stagħġib. X’inhu dak il-​gods weraq aħdar fil-​bogħod? Hekk kif ersaqna iktar fil-​viċin, indunajna li konna ltqajna maʼ waħda mill-​iktar pjanti strambi fid-​dinja—il-​Welwitschia mirabilis. It-​tieni kelma għal dan l-​isem xjentifiku bil-​Latin tfisser “taʼ l-​għaġeb.”

Fis-salvaġġ, il-​pjanti Welwitschia ssibhom biss f’reġjuni tad-​deżert fl-​Angola u n-​Namibja. Tant huma differenti minn kull pjanta oħra li x-​xjenzati jqisuhom bħala familja u ġens uniku magħmulin minn speċi waħda biss. “Minn madwar 375,000 speċi taʼ pjanti li jaf bihom il-​bniedem, ebda pjanta oħra ma kellha suċċess f’li tqanqal daqshekk interess botaniku bħalma għamlet il-​Welwitschia; u d-​drawwa tal-​bniedem li jikklassifika qatt ma ġiet sfidata daqshekk minn kwalunkwe pjanta oħra,” jikteb Chris Bornman fil-​ktieb tiegħu Welwitschia​—Paradox of a Parched Paradise.

Il-pjanti Welwitschia jistgħu jidhru bħala li huma ħafna weraq imdawwar maz-​zokk li jifdal meta titqaċċat is-​siġra, imma fil-​fatt il-​pjanta għandha biss żewġ werqiet. Dawn jiċċarrtu fi strixxi, minħabba r-​riħ li jagħmel fid-​deżert. Isem għaliha bil-​lingwa Afrikaans, tweeblaarkanniedood, letteralment ifisser “żewġ werqiet li ma jistgħux imutu.” U kemm huwa xieraq dan l-​isem! Hawnhekk, xi drabi t-​temperatura matul il-​ġurnata tilħaq l-​40 grad Celsius, u l-​iljieli jistgħu jkunu kesħin ferm mingħajr siġar biex itaffu l-​irjieħ qalila. Filwaqt li l-​biċċa l-​kbira mill-​pjanti jiddependu għalkollox mill-​għeruq tagħhom biex jassorbu l-​ilma mill-​ħamrija, dan mhux minnu fil-​każ tal-​Welwitschia. Ix-​xita kalkulata li tinżel fid-​deżert Namib hija taʼ 25 millimetru f’sena, u ġieli għal snin sħaħ ma tagħmel xejn xita! F’ċirkustanzi bħal dawn, il-​Welwitschia tibqaʼ tikber u l-​weraq tagħha jibqgħu ħodor. Ix-​xjenzati ilhom jitħassbu kif dan jistaʼ jiġri. It-​tweġiba tidher li hi, li l-​weraq tal-​Welwitschia jassorbu ċ-​ċpar taʼ fil-​għodu li l-​irjieħ regulari tal-​kosta jġorru fid-​deżert.

Il-Welwitschia ma twaqqax il-​weraq tagħha biex ittellaʼ oħrajn ġodda. Iż-​żewġ werqiet oriġinali tagħha jibqgħu jikbru tul ħajjet il-​pjanta. Meta darba xi ħadd ħall werqa minnhom, instab li kienet twila iktar minn 8.8 metri! Immaġina x’jiġri li kieku t-​trufijiet tal-​werqa tal-​Welwitschia ma jmutux u ma jwaqqgħux ! “Fi żmien 1500 sena, il-​Welwitschia tistaʼ tipproduċi werqa twila daqs 225 metru,” tispjega r-​rivista xjentifika Veld & Flora. Imma huwa verament possibbli li l-​pjanta tgħix daqshekk? “Il-​pjanti Welwitschia jikbru bil-​mod u ħafna drabi jgħixu minn 1,000 sa 2,000 sena,” tikkonferma The World Book Multimedia Encyclopedia.

Il-Welwitschia hija tabilħaqq pjanta li tibqaʼ tgħix b’mod taʼ l-​għaġeb. X’inhi r-​raġuni għala din il-​pjanta unika tgħix daqshekk fit-​tul f’kundizzjonijiet tant ħorox tad-​deżert? Bażikament, aħna rridu nirringrazzjaw lid-​Disinjatur mimli għerf, il-​Ħallieq, Alla Jehovah, il-​wieħed li jagħmel “il-​ħxejjex li bihom jinqeda l-​bniedem.”​—Salm 104:14.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja