LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 10/8 p. 31
  • Kif Jaqraw ix-Xofftejn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Jaqraw ix-Xofftejn
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Qiegħda Ssir ir-Rieda t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Valuri Morali li Jagħmluk Bniedem Aħjar
    Stenbaħ!—2013
  • Alla jrid li jersaq qrib tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • ‘Ġeħova Ġiegħel Wiċċu Jiddi Lejhom’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 10/8 p. 31

Kif Jaqraw ix-​Xofftejn

MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIL-​BRITANNJA

TNEJN suspettati li kienu terroristi ġew filmjati fuq vidjo waqt li kienu qed jitkellmu bejniethom fi ġnien pubbliku. Ħadd ma setaʼ jismaʼ dak li kienu qed jgħidu—madankollu, il-​pulizija arrestawhom, u dawn wara ġew sentenzjati għal ħafna snin fil-​ħabs. Il-​konversazzjoni filmjata tagħhom inqrat minn waħda mara li kienet taqra x-​xofftejn. Din il-​mara hija kwalifikata bħala xhud esperta fil-​Britannja u hija deskritta bħala “arma sigrieta potenti” tal-​pulizija Britannika.

Biex insir naf iktar dwar din l-​arti taʼ li tkun taf taqra x-​xofftejn, mort s’għand Mike u Christina. Christina ilha truxa mindu kellha tliet snin. Żmien wara hi attendiet l-​iskola għat-​torox, fejn hemmhekk għallmuha kif taqra x-​xofftejn. Mike tgħallem waħdu kif jaqra x-​xofftejn, abbiltà li żviluppa wara li żżewweġ lil Christina.

Kemm hu diffiċli li taqra x-​xofftejn? “Ikollok bżonn tikkonċentra fuq il-​forma u l-​moviment tax-​xofftejn, l-​ilsien, u x-​xedaq t’isfel,” jgħid Mike. Christina żżid: “Trid tħares b’attenzjoni lejn il-​persuna li tkun qed tkellmek, u hekk kif l-​abbiltà tiegħek li taqra x-​xofftejn tikber, tibda tinnota l-​espressjonijiet tal-​wiċċ u l-​lingwaġġ tal-​ġisem ukoll.”

Tgħallimt li wieħed mill-​akbar żbalji li tistaʼ tagħmel persuna hu li titkellem tgħajjat jew tesaġera fil-​movimenti tax-​xofftejn. Dawn il-​movimenti jistgħu jħawdu lil dak li jkun u jfixklu milli jintlaħaq l-​iskop tagħhom. Ladarba l-​qarrej ikun tgħallem jaqra x-​xofftejn, jistaʼ jkun possibbli għalih li saħansitra jagħraf l-​aċċenti differenti taʼ ċerti reġjuni. Imma, naturalment, dan kollu m’huwiex faċli! Il-​Hearing Concern (Tħassib dwar is-​Smigħ), organizzazzjoni li tispeċjalizza fit-​tagħlim tal-​qari tax-​xofftejn, tgħid b’mod sinċier: “Il-​qari tax-​xofftejn jirrikjedi prattika, prattika u iktar prattika.”

Hemm xi drabi, tammetti Christina, li tħossha imbarazzata meta, mingħajr ma trid, issib ruħha “tismaʼ” konversazzjoni fuq tal-​linja jew fuq it-​trejn. Kulma tistaʼ tagħmel hu li tħares malajr in-​naħa l-​oħra. Iżda l-​abbiltà tagħha tistaʼ tkun taʼ protezzjoni. Christina m’għadhiex tarah il-​futbol fuq it-​televixin minħabba li taʼ spiss tħossha offiża peress li tkun qrat dak li jkunu qed jgħidu l-​plejers.

Ftit huma dawk li jirnexxilhom jiksbu l-​“arma sigrieta” tal-​pulizija tal-​Britannja. Iżda anki l-​qari sempliċi tax-​xofftejn jistaʼ jkun arti taʼ siwi kbir li tistaʼ tiġi żviluppata minn xi ħadd li jkun tilef is-​smigħ.

[Stampa f’paġna 31]

Christina

[Stampa f’paġna 31]

Mike

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja