LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 10/8 p. 32
  • Ħajja Ferħana fil-Familja Hija Possibbli!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħajja Ferħana fil-Familja Hija Possibbli!
  • Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—2002
g02 10/8 p. 32

Ħajja Ferħana fil-​Familja Hija Possibbli!

MARA mill-​belt taʼ Maladzyechna, f’Belarus, kitbet lill-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah fir-​Russja. Spjegat li hi miżżewġa u għandha żewġt itfal. Hi kitbet: “Jien u żewġi ninħabbu. Però, innotajt li iktar ma kien ilna ngħixu flimkien u iktar ma beda jgħaddi ż-​żmien, iktar bdejna nsiru nervużi u nargumentaw, u milli jidher għall-​ebda raġuni taʼ xejn. Ftit xhur ilu, waħda mara waqqfitni fit-​triq u tatni fuljett bl-​isem Gawdi l-​Ħajja tal-​Familja. Għall-​ewwel, laqtitni l-​istampa sabiħa tal-​familja ferħana. Imbagħad qrajtu u tajtu lir-​raġel biex jaqrah.

“Qisu b’miraklu, il-​ħajja tal-​familja tagħna mhux biss marret għall-​aħjar, imma nistaʼ ngħid li nbidlet kompletament. Issa nifhmu li m’huwiex daqshekk diffiċli biex inkunu ferħanin. Dak li hemm bżonn hu ftit taʼ mħabba sinċiera mill-​qalb u li tkun ġeneruż. Dak li hu importanti hu li tgħix fi qbil mal-​kmandamenti t’Alla, li tħobb lil Alla u lill-​proxxmu, inkluż il-​familja u l-​istranġieri.”

Hi kkonkludiet: “Il-​ħajja saret sabiħa u iktar ferħana. Nixtiequ nkomplu nistudjaw il-​Bibbja u ngħallmu lit-​tfal tagħna.”

Aħna nemmnu li int ukoll tistaʼ tibbenefika mill-​fuljett Gawdi l-​Ħajja tal-​Familja. Huwa l-​pjaċir tagħna li ninkludu l-​ktieb taʼ 192 paġna Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja. Biex tikseb kopja tal-​fuljett u tal-​ktieb, jekk jogħġbok imla u ibgħat il-​kupun t’hawn taħt, billi tuża l-​indirizz provdut jew l-​indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Ibagħtuli kopja tal-​fuljett Gawdi l-​Ħajja tal-​Familja u tal-​ktieb Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja