LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 8/8 p. 31
  • Il-Festi tal-Vía Crucis fil-Messiku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Festi tal-Vía Crucis fil-Messiku
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Naqdi b’Qalbi Kollha Minkejja l-Provi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Tistaʼ Int Taqdi Fejn il-Bżonn Għal Proklamaturi tas-Saltna Hu Akbar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Huma Jaqdu lill-Fratellanza Kristjana f’Pajjiżi Barranin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Stenbaħ!—2002
g02 8/8 p. 31

Il-​Festi tal-​Vía Crucis fil-​Messiku

MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIL-​MESSIKU

KULL sena fil-​Messiku jsiru iktar minn 300 festa reliġjuża biex titfakkar il-​mewt taʼ Ġesù. Waħda mill-​akbar festi hi dik tal-​Vía Crucis, li fiha jsiru purċissjonijiet u reċti dwar l-​aħħar jiem tal-​ħajja taʼ Ġesù. It-​terminu Vía Crucis ġej mil-​Latin u jfisser il-​“Vija Sagra.” Fid-​distrett taʼ l-​Iztapalapa tal-​belt tal-​Messiku, id-​direttur tad-​Dar tal-​Kultura (Ċentru Kulturali fil-​komunità) taʼ dan il-​post jispjega din kif bdiet: ‘Fl-​1833, fl-​Iztapalapa kien hemm epidemija tal-​kolera. Biex itaffu d-​dwejjaq taʼ din il-​ħerba, il-​membri tal-​komunità bdew jorganizzaw reċti dwar il-​Passjoni.’

Dan hu kif issir is-​soltu l-​Vía Crucis: Folol taʼ nies jinġabru biex jaraw interpretazzjoni tal-​mexxejja Lhud, iċ-​ċenturjuni, l-​appostli taʼ Ġesù, u n-​nisa li marru warajh, inkluż Marija. Żagħżugħ jirreċta l-​parti taʼ Ġesù. Hu jkun tgħallem bl-​amment siltiet mill-​Bibbja biex jikkwotahom hekk kif jiżvolġu l-​ġrajjiet. L-​atturi jilbsu parrokka, jagħmlu d-​daqna u l-​mustaċċi, u jilbsu libsa twila magħmula minn drapp oħxon. Ikun hemm ukoll in-​“Nażrin” jimxu wara “Ġesù,” ħafjin jew bil-​qorq tal-​ġilda. Huma jilbsu wkoll kuruni tax-​xewk biex jimitaw it-​tbatija li ġarrab Ġesù. Xi drabi, ikun hemm sa 2,500 minn dawn in-​“Nażrin.” Matul il-​ġurnata jitilgħu mgħobbijin b’salib sa Cerro de la Estrella (l-Għolja taʼ l-​Istilla), il-​post magħżul biex “isallbu” lil Ġesù.

Il-bejjiegħa jgħajtu biex ibigħu affarijiet bħal kpiepel, luminati, stampi reliġjużi biex jiġu stampati mal-​wiċċ jew mad-​dirgħajn, bżieżaq, ħelu għat-​tfal, u ħafna affarijiet oħra. Għal din l-​okkażjoni saħansitra jkun hemm il-​luna-park.

Fil-belt taʼ Querétaro, ikun hemm nies li jimxu bil-​katini maʼ saqajhom biex juru l-​indiema tagħhom. F’Taxco, xi rġiel iġorru fuq daharhom qatgħet taʼ xewk li jiżnu bejn 40 u 50 kilo għal kważi ħames sigħat. Oħrajn jimxu wara l-​purċissjoni waqt li jsawtu lilhom infushom bil-​frosta. Ħafna drabi xi wħud minnhom jispiċċaw l-​isptar.

Din ix-​xorta taʼ qima għandha mnejn tfakkarna fil-​kliem taʼ l-​appostlu Pawlu meta tkellem kontra “għamla taʼ qima imposta minnha nfisha u umiltà taċ-​ċajt, trattament aħrax tal-​ġisem.” (Kolossin 2:​23, NW) Huwa minnu li l-​Kristjani veri jfakkru l-​mewt taʼ Ġesù, imma dawn jevitaw tradizzjonijiet li l-​għeruq tagħhom ġejjin mill-​gideb u li jkunu kontra l-​prinċipji tal-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja