“Għinuni Jekk Jogħġobkom! Intom l-Unika Tama li Għandi”
DAN HU L-KLIEM LI BIH TABIBA fl-Università Medika taʼ Kaunas fil-Litwanja spiċċat ittra li kitbet lill-uffiċċju tal-fergħa lokali tax-Xhieda taʼ Jehovah. It-tabiba spjegat:
“Fuq ix-xogħol bdejt naqra l-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom. Kelli l-ħsieb li nuża xi informazzjoni minn fuqu f’xi artikli li ridt nikteb, imma ġrat xi ħaġa u dan il-ktieb sparixxa. Naħseb li ħaduli xi ħadd. U l-fatt li tlift teżor bħal dan veru sewwidli qalbi. Jekk jogħġobkom ħudu paċenzja u ibagħtuli kopja oħra.
“Tgħidx kemm għandi bżonnu dan il-ktieb għax peress li jien inżur l-iskejjel u naħdem maż-żgħażagħ, jgħinni nwieġeb ħafna mill-mistoqsijiet li jkollhom. Jekk nirċievi kopja oħra, inżommha d-dar u nieħu ħsiebha sew. Dan il-ktieb fih xi ħaġa taʼ valur kbir, u din tistaʼ tkun ir-raġuni għala xi ħadd setaʼ qabad u ħadu. F’dawn iż-żminijiet diffiċli, hemm bżonn li niksbu s-saħħa minn xi mkien. Għinuni jekk jogħġobkom! Intom l-unika tama li għandi.”
Il-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu jiddiskuti ħafna mistoqsijiet li jħassbu liż-żgħażagħ, bħal ngħidu aħna: “X’Nistaʼ Nagħmel biex il-Ġenituri Jagħtuni Iktar Libertà?,” “Għandi Nitlaq mid-Dar?,” “Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?,” “Liema Karriera Għandi Nagħżel?,” “Xi Ngħidu dwar is-Sess Qabel iż-Żwieġ?,” u “Kif Nistaʼ Nkun Naf jekk Hijiex Imħabba Vera?” Dawn huma biss ftit mit-titli tal-kapitli taʼ dan il-ktieb. Jekk tixtieq kopja taʼ dan il-ktieb, imla u ibgħat il-kupun t’hawn taħt fl-indirizz muri fuqu stess jew inkella f’indirizz xieraq minn dawk li hemm imniżżlin f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Ibagħtuli kopja tal-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.