LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 12/8 p. 14
  • Ħarsa Lejn Id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn Id-dinja
  • Stenbaħ!—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Foresti Tropikali
  • L-​Għajta tat-​Tigra
  • Irattbuh Permezz taʼ l-​Esplussivi
  • Il-​Vapuri Jxerrdu l-​Mard
  • Arkeologu Nqabad bi Frodi
  • Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?
    It-Torri tal-Għassa: Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?
Stenbaħ!—2001
g01 12/8 p. 14

Ħarsa Lejn Id-​dinja

Il-​Foresti Tropikali

Fl-​Indja, il-​foresti tropikali kienu magħrufin li jeżistu biss fin-​naħa tan-​nofsinhar, fl-​istat taʼ Kerala. Madankollu, dan l-​aħħar, l-​ambjentalista Saumyadeep Dutta skopra post taʼ xi 500 kilometru kwadru fejn hemm foresta tropikali li tgħaqqad l-​istati taʼ Assam u Arunachal Pradesh li qegħdin fil-​grigal, tirrapporta r-​rivista taʼ New Dehli Down to Earth. Il-​foresta tipprovdi dar għal varjetà kbira t’annimali salvaġġi​—“32 speċi taʼ mammiferi u 260 speċi t’għasafar, inkluż speċi rari taʼ ljunfant, it-​tigra u l-​leopard nebuluż, il-​pangolin Ċiniż, l-​ors muswaf taʼ l-​Indja, tip taʼ ċerv kbir (sambar), ix-​xadina b’dirgħajha twal u bla denb (hoolock gibbon), il-​faġan tal-​kalij, il-​buċeru, u l-​papra tal-​masġar (wood duck).” Minkejja dan, id-​domanda internazzjonali għall-​prodotti tal-​foresta qiegħda thedded ħafna foresti tropikali, tinnota Down to Earth. Xi naturalisti jibżgħu li jekk prodotti bħal dawn jispiċċaw minħabba li qed jitqaċċtu ħafna minnhom, il-​foresti tropikali se jinqerdu u se jinbidlu għal sempliċi użu agrikolu.

L-​Għajta tat-​Tigra

Il-​għala l-​għajta tat-​tigra donnha tipparalizza mhux biss lill-​annimali l-​oħra iżda anki lil xi bnedmin? The Sunday Telegraph taʼ Londra tirrapporta li x-​xjenzati mill-​Istitut għar-​Riċerka dwar il-​Komunikazzjonijiet tal-​Fawna fin-​North Carolina, fl-​Istati Uniti taʼ l-​Amerika, sabu li t-​tgergir tat-​tigra tant huwa profond u b’tonalità baxxa li ma jistax jinstemaʼ mill-​bnedmin. Il-​bnedmin jistgħu jisimgħu biss frekwenzi taʼ iktar minn 20 hertz (Hz), iżda t-​tigra ‘tħallat il-​ħoss tat-​tgergir, li għandu frekwenza taʼ 18-il Hz u inqas, maʼ l-​għajta li aħna nistgħu nisimgħu. Skond Elizabeth von Muggenthaler, il-​president taʼ l-​istitut, ir-​riżultat taʼ dan huwa li l-​bnedmin jistgħu attwalment iħossu l-​għajta tat-​tigra, sensazzjoni li tikkaġuna paralisi għal ftit tal-​ħin,’ jispjega l-​ġurnal. Anki dawk li ilhom żmien twil iħarrġu t-​tigri esperjenzaw dan il-​fenomenu.

Irattbuh Permezz taʼ l-​Esplussivi

Il-​kokijiet għandhom id-​drawwa li meta l-​laħam ikun xieref isawtuh b’martell tal-​kċina jew jitfgħulu trab li fih enzimi apposta biex iġibuh tari. Madankollu, xi riċerkaturi f’Maryland, fl-​Istati Uniti taʼ l-​Amerika, qegħdin jagħmlu xi esperimenti biex il-​laħam isir tari permezz taʼ splużjonijiet qawwija f’daqqa, tirrapporta r-​rivista New Scientist. Ir-​riċerkaturi jpoġġu l-​laħam fuq folja taʼ l-​azzar fil-​qiegħ taʼ tank taż-​żibel tal-​plastik li jkun mimli bl-​ilma. Imbagħad iqabbdu daqs kwart taʼ stikka tad-​dinamite ġot-​tank. “Il-​pressjoni kaġunata mill-​isplużjoni tgħaddi mill-​ilma għal ġol-​laħam,” jgħid ir-​rapport, “iżda l-​povru tank taż-​żibel jisplodi f’elf biċċa.” Minbarra li l-​laħam isir tari, il-​proċess jeqred ukoll il-​batterji, bħall-​E. coli, li jistaʼ jikkaġuna avvelenament mill-​ikel. Xorta waħda, bħalma jinnota Randy Huffman mill-​Istitut Amerikan tal-​Laħam: “L-​isfida vera qiegħda biex dan l-​esperiment jiġi trasformat f’soluzzjoni għad-​dinja reali.”

Il-​Vapuri Jxerrdu l-​Mard

“L-​ilma tas-​saborra fil-​vapuri qed ixerred il-​mard madwar id-​dinja, b’theddida għan-​nies, l-​annimali u l-​pjanti,” tgħid The Daily Telegraph taʼ Londra. Il-​vapuri jużaw l-​ilma tas-​saborra biex iżommhom stabbli u mbagħad jarmuh fil-​baħar jew meta jieqfu f’xi port. Fl-​Istati Uniti, riċerkaturi mis-​Smithsonian Environmental Research Center f’Maryland, sabu li l-​ilma tas-​saborra li jkollhom il-​vetturi li jbaħħru fl-​oċeani jkun fih ammont kbir taʼ batterji u virus. Il-​plankton tas-​saborra tal-​15-il vapur li ġew testjati f’Chesapeake Bay kellu l-​batterju li jikkaġuna l-​kolera. Ġeneralment, litru saborra kien fih 830 miljun batterju u 7,400 miljun virus​—minn sitta sa tmien darbiet iktar mill-​organiżmi l-​oħra.

Arkeologu Nqabad bi Frodi

Wieħed mill-​aħjar arkeoloġi Ġappuniżi, magħruf l-​iktar għas-​sejbiet taʼ l-​għaġeb tiegħu, inqabad iqarraq. Vidjo kamera li twaħħlet mill-​ġurnal Mainichi Shimbun kixfet lill-​arkeologu jidfen oġġetti artistiċi magħmulin mill-​ġebel f’post fejn kien se jsir tfittix arkeoloġiku qabel ma wasal it-​tim li kien se jagħmel ix-​xogħol taʼ tħaffir. Peress li ma setax jiċħad l-​evidenza, l-​arkeologu ammetta li difen xi oġġetti mill-​kollezzjoni tiegħu stess. Issa, ir-​riżultati tax-​xogħol kollu li għamel fi 30 sena qed ikollhom jiġu eżaminati mill-​ġdid. Minħabba f’dan huwa neċessarju li dawk li jippubblikaw il-​kotba jirrivedu x-​xogħlijiet taʼ referenza fuq l-​arkeoloġija u l-​kotba taʼ l-​iskola.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja