“Rifreskanti F’Din Id-Dinja Turbulenti”
DAN hu kif Igor, żagħżugħ taʼ 22 sena mill-Jugoslavja, iddeskriva lir-rivista It-Torri taʼ l-Għassa f’ittra li kiteb is-sena l-oħra. Hu spjega:
“Bdejt naqra r-rivista It-Torri taʼ l-Għassa xi ftit tax-xhur ilu. Qed naqra kemm ħarġiet reċenti kif ukoll oħrajn qodma taʼ It-Torri taʼ l-Għassa (mill-1991), u verament laqtuni. Naħseb li rivista bħal din hija verament rifreskanti f’din id-dinja turbulenti.
“L-artikli li ppubblikajtu dwar il-missjunarji kienu taʼ interess speċjali għalija, u infatti, għalhekk qed niktbilkom. L-ewwelnett, jien interessat f’li nkun naf jekk nistax insir wieħed mix-Xhieda taʼ Jehovah. Ikolli nammetti li jien Kattoliku, imma naħseb li r-reliġjon tagħkom hija bil-wisq aħjar minn kwalunkwe oħra, partikolarment minħabba li l-ebda reliġjon oħra ma qed tagħmel sforz daqshekk kbir f’li xxerred il-Kelma t’Alla.
“Jekk il-fatt li jien Kattoliku m’huwiex t’ostaklu, jien interessat f’li nsir naf kif nistaʼ nsir wieħed mix-Xhieda taʼ Jehovah. Għandi biss xewqa waħda. Jekk jistaʼ jkun, nixtieq nitgħammed f’Belgrad. Jekk dan hu possibbli, jekk jogħġobkom għiduli meta nistaʼ niġi u jekk hemmx xi prerekwiżit għall-magħmudija. Jekk ix-xewqa tiegħi m’hijiex possibbli, jekk jogħġobkom agħtuni informazzjoni dwar fejn nistaʼ nitgħammed u lil min nistaʼ nikkuntattja għal dan.
“Imbagħad, nixtieq inkun naf kif wieħed jistaʼ jsir missjunarju. Nixtieq inkun naf jekk nistax nibda nitħarreġ għal servizz missjunarju eżatt wara li nitgħammed. Huwa neċessarju li tkun għamilt xi numru taʼ snin fis-servizz? . . .
“Jekk jogħġobkom, ħudu l-ittra tiegħi bis-serjetà. Naħseb illi li tkun missjunarju huwa l-aħjar mod kif ixxerred l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla.”
L-iskop tar-rivista It-Torri taʼ l-Għassa hu spjegat f’paġna 2 taʼ kull ħarġa: “Ifarraġ lill-popli kollha bl-aħbar tajba li s-Saltna t’Alla dalwaqt se teqred lil dawk li jgħakksu lill-bnedmin sħabhom u li din se tbiddel l-art f’ġenna.” Jekk tixtieq kopja jew tixtieq li xi ħadd jiġi għandek biex jagħmillek studju tal-Bibbja bla ħlas, ikteb lill-Watch Tower, The Ridgeway, London NW7 1RN, England, jew fl-indirizz li japplika għalik imniżżel f’paġna 5.