LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 7/8 p. 31
  • Meta li Tkun Mejjet Ifisser li Tkun Mejjet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta li Tkun Mejjet Ifisser li Tkun Mejjet
  • Stenbaħ!—1998
  • Materjal Simili
  • X’Jiġrilhom il-Maħbubin Mejtin Tagħna?
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Neżerċitaw Fidi għall-Ħajja taʼ Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • X’Tama Hemm għall-Maħbubin Tagħna li Mietu?
    X’Tama Hemm għall-Maħbubin Mejtin?
  • X’Tama Hemm għall-Mejtin?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1998
g98 7/8 p. 31

Meta li Tkun Mejjet Ifisser li Tkun Mejjet

“‘Aħjar kelb ħaj minn iljun mejjet’. Il-​ħajjin, għallinqas, jafu li għad imutu, iżda l-​mejtin ma jafu xejn; lanqas ħlas ma baqaʼ għalihom għax imqar it-​tifkira tagħhom intesiet.”—Koħèlet 9:4, 5.

ĦAFNA nies għandhom xi twemmin vag dwar li r-​ruħ tibqaʼ tgħix wara l-​mewt jew tgħaddi minn ċikli taʼ riinkarnazzjoni. Xi wħud saħansitra jemmnu li wieħed jistaʼ jerġaʼ lura wara li jesperjenza l-​mewt. Thomas Lynch, wieħed li jieħu ħsieb il-​funerali, m’ilux intalab jagħti l-​opinjoni tiegħu dwar il-​kwistjoni tal-​ħajja wara l-​mewt. Hu qal: “Dawk in-​nies li jaraw mini taʼ dawl u x’naf jien, ma ġewx lura mill-​mewt​—dawn kemm kemm qabżu l-​abbiltà li għandna li nkejlu s-​sinjali vitali tagħhom. Għaliex ‘mejjet’ hu dak li tkun meta ma terġax lura.”​—The New York Times Magazine.

Il-Bibbja ilha tgħid il-​verità dwar dan kollu għal millennji sħaħ. “‘Aħjar kelb ħaj minn iljun mejjet’. Il-​ħajjin, għallinqas, jafu li għad imutu, iżda l-​mejtin ma jafu xejn; lanqas ħlas ma baqaʼ għalihom għax imqar it-​tifkira tagħhom intesiet.” (Koħèlet 9:​4, 5) Mixja qasira f’xi ċimiterju antik malajr tikkonferma din il-​verità.

Ifisser dan li m’hemm assolutament ebda tama għall-​mejtin? Il-​Bibbja ċertament ma toffri ebda bażi għal twemmin f’ruħ immortali li tibqaʼ ħajja wara l-​mewt. (Ġenesi 2:7; Eżekjel 18:​4, 20, Karm Żammit) Madankollu, Ġesù Kristu ppriedka dwar qawmien għal ħajja fuq art irrestawrata f’ġenna. Is-​segwaċi Lhudija tiegħu Marta, li ħuha, Lazzru, kien għadu kif miet, kienet temmen fil-​qawmien, għax qalet dwar Lazzru: “Jiena naf li jerġaʼ jqum, fil-​qawmien mill-​imwiet fl-​aħħar jum.” (Ġwann 11:24) Għal dan, Ġesù wieġeb: “Jien hu l-​qawmien u l-​ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix; u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt. Temmnu inti dan?” (Ġwann 11:​25, 26) Iktar kmieni kien qal: “Tistagħġbux b’dan: tiġi siegħa meta dawk kollha li jkunu fl-​oqbra jisimgħu leħnu u joħorġu; dawk li jkunu għamlu t-​tajjeb iqumu għall-​ħajja, imma dawk li jkunu għamlu l-​ħażin iqumu għall-​kundanna.” Imma innota, Ġesù ma semma l-​ebda ruħ immortali!​—Ġwann 5:​28, 29; Luqa 23:43.

[Kumment fʼpaġna 31]

“‘Mejjet’ hu dak li tkun meta ma terġax lura.” Thomas Lynch, wieħed li jieħu ħsieb il-​funerali

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja