LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 4/8 pp. 12-14
  • X’hemm Lest Fil-​Futur Għan-​Nisa?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’hemm Lest Fil-​Futur Għan-​Nisa?
  • Stenbaħ!—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ngħallmu lill-​Irġiel Miżżewġin u lill-​Missirijiet
  • Alla Jimpurtah min-​Nisa
  • Nisa li Sabu Rispett
  • Soluzzjoni Permanenti
  • Alla Jrid li n-Nisa Jiġu Rrispettati
    Artikli għall-Istudju minn “Torri tal-Għassa” bl-Ingliż tal-2012
  • “Nisa li Qed Jaħdmu Iebes fil-Mulej”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Nisa Kristjani Jixirqilhom Unur u Rispett
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • L-Irwol Dinjituż tan-Nisa Fost il-Qaddejja Bikrin t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1998
g98 4/8 pp. 12-14

X’hemm Lest Fil-​Futur Għan-​Nisa?

“L-​ISTORJA taʼ l-​umanità hija storja taʼ inġurji u użurpazzjonijiet irripetuti min-​naħa taʼ l-​irġiel lejn in-​nisa.” Hekk kienet taqra d-​Declaration of Sentiments (Dikjarazzjoni taʼ Sentimenti) taʼ Seneca Falls, New York, li ġiet imniżżla bil-​miktub 150 sena ilu fl-​Amerka bħala protesta kontra l-​inġustizzji lejn in-​nisa.

Bla dubju, sar progress minn dak iż-​żmien ’l hawn, imma bħalma tistqarr il-​pubblikazzjoni tal-​Ġnus Magħquda The World’s Women 1995, għad fadal x’naqdfu. “Iktar iva milli le, in-​nisa u l-​irġiel jgħixu f’dinjiet differenti,” din tirrapporta, “dinjiet differenti f’dak li hu aċċess għal opportunitajiet taʼ edukazzjoni u xogħol, u f’dawk li huma saħħa, sigurtà persunali u ħin liberu.”

Il-fatt li saru iktar konxji taʼ dan wassal lin-​nazzjonijiet biex jgħaddu liġijiet ħalli jipproteġu d-​drittijiet tan-​nisa. Imma l-​liġijiet ma jistgħux ibiddlu l-​qlub, fejn jinsabu l-​għeruq taʼ l-​inġustizzja u l-​preġudizzju. Per eżempju, ikkunsidra l-​istat imwiegħer tat-​tfal bniet prostituti. Ir-​rivista Newsweek qalet dwar din l-​għarukaża internazzjonali: “Leġislazzjoni li hija mmirata biex twaqqaf l-​esplojtazzjoni sesswali tat-​tfal għandha intenzjonijiet tajbin imma ħafna drabi ma jkollhom ebda effett.” B’mod simili, il-​liġi nfisha ma żżommx lura l-​vjolenza. “L-​evidenza tirrivela li l-​vjolenza kontra n-​nisa hija problema globali mifruxa maʼ kullimkien,” jistqarr il-​Human Development Report 1995. “Il-​biċċa l-​kbira tal-​liġijiet m’humiex biżżejjed biex iwaqqfu vjolenza bħal din​—sakemm ma jinbidlux il-​valuri kulturali u soċjali.”​—Korsiv tagħna.

“Il-​valuri kulturali u soċjali” normalment ikunu bbażati fuq tradizzjonijiet b’għeruq fil-​fond​—li ma tqaċċathomx kif ġieb u laħaq. “It-​tradizzjoni ġġiegħel lill-​irġiel jemmnu li n-​nisa għandhom jużawhom pjuttost milli jħobbuhom, jinqdew bihom pjuttost milli jieħdu ħsiebhom,” tgħid mara mil-​Lvant Nofsani. “Bħala riżultat, mara ma tistax issemmaʼ leħinha, m’għandha ebda drittijiet, u ftit għandha ċans li ttejjeb is-​sitwazzjoni tagħha.”

Ngħallmu lill-​Irġiel Miżżewġin u lill-​Missirijiet

Il-​Politika għal Azzjoni li ġiet proposta f’Beijing, iċ-​Ċina, f’konferenza dinjija dwar in-​nisa li saret fl-​1995 iddikjarat li “azzjoni immedjata u li kulħadd jaqbel dwarha” biss tistaʼ ġġib “dinja paċifika, ġusta u ħanina” li fiha n-​nisa se jiġu rrispettati.

Kwalunkwe azzjoni sabiex in-​nisa jgħixu ħajja iktar ‘paċifika, ġusta, u ħanina’ trid tibda fid-​dar, mill-​irġiel tagħhom u l-​missirijiet. F’dan ir-​rigward, ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma konvinti li edukazzjoni Biblika hija ċ-​ċavetta għas-​suċċess. Huma raw li hekk kif l-​irġiel jitgħallmu li Alla jistenna li huma jittrattaw lin-​nisa u lill-​ulied bniet tagħhom b’rispett u konsiderazzjoni, dan jiħduh bis-​serjetà u jwettquh.

Fl-Afrika Ċentrali, Pedro, raġel miżżewweġ b’erbat itfal, issa qed jagħti kas tal-​bżonnijiet taʼ martu. Hu jgħinha tieħu ħsieb it-​tfal, u anki jservi l-​ikla meta l-​familja jkollha l-​mistednin għall-​ikel. Li wieħed juri attitudni taʼ konsiderazzjoni bħal din hija ħaġa tassew mhux tas-​soltu f’pajjiżu. X’iġagħlu japprezza lil martu u jikkoopera magħha?

“Meta bdejt nistudja l-​Bibbja, tgħallimt żewġ prinċipji importanti rigward l-​irwol tar-​raġel miżżewweġ,” jispjega Pedro. “Kellhom impatt kbir fuq il-​mod kif inqis lill-​mara tiegħi. L-​ewwel wieħed, fl-​1 Pietru 3:​7 (NW), jispjega li r-​raġel għandu jagħti unur lil martu bħala r-​“reċipjent iktar dgħajjef, il-​wieħed femminili.” It-​tieni, f’Efesin 5:​28, 29, jgħid li raġel miżżewweġ għandu jittratta lil martu ‘bħallikieku ġismu stess.’ Minn mindu bdejt insegwi dan il-​parir, sirna iktar qrib taʼ xulxin. Għalhekk, aħna l-​irġiel irridu nistmaw iktar il-​parir t’Alla milli d-​drawwiet lokali.”

Michael, li huwa mill-​Afrika tal-​Punent, jammetti li qabel ma beda jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda, ma kienx jittratta lil martu sewwa. “Meta kien jitlagħli kont saħansitra nsawwatha,” hu jistqarr. “Imma l-​Bibbja għallmitni li kelli ninbidel. Issa nagħmel sforz kbir biex nikkontrolla t-​tempra u biex inħobb lil marti bħal ġismi stess. U t-​tnejn li aħna nħossuna ferm iktar ferħanin.” (Kolossin 3:​9, 10, 19) Il-​mara tiegħu, Comfort, taqbel miegħu: “Issa Michael jittrattani b’iktar rispett u affezzjoni minn kif imdorrijin jagħmlu l-​biċċa l-​kbira taʼ l-​irġiel miżżewġin fil-​komunità tagħna. Nistgħu nitkellmu dwar il-​problemi tagħna u naħdmu flimkien bħala tim.”

Pedro u Michael tgħallmu jirrispettaw u jgħożżu lin-​nisa tagħhom minħabba li ħadu bis-​serjetà l-​istruzzjonijiet mill-​Kelma t’Alla, u din tagħmilha ċara li l-​inġustizzja lejn in-​nisa toffendi bil-​kbir lill-​Ħallieq tagħna.

Alla Jimpurtah min-​Nisa

Alla minn dejjem kien jimpurtah min-​nisa u l-​benesseri tagħhom. Għalkemm hu qal lill-​ewwel ġenituri tagħna li minħabba l-​irvell tagħhom, l-​imperfezzjoni kienet se twassal biex in-​nisa jiġu ‘maħkumin,’ dan qatt ma kien l-​iskop t’Alla. (Ġenesi 3:16) Hu kien ħalaq lil Eva bħala “għajnuna” għal Adam u bħala sieħba għalih. (Ġenesi 2:18) Fil-​Liġi Mosajka, li ġiet mogħtija lil Iżrael tal-​qedem, Jehovah kkundanna speċifikament it-​trattament ħażin tar-​romol u ta istruzzjonijiet lill-​Iżraeliti biex jittrattawhom bil-​ħlewwa u jgħinuhom.​—Eżodu 22:21 [22:​22, NW]; Dewteronomju 14:​28, 29; 24:​17-​22.

Ġesù, f’imitazzjoni taʼ Missieru tas-​sema, ma segwiex it-​tradizzjoni popolari taʼ żmienu, li n-​nisa m’għandhomx jiġu kkalkulati. Hu kien jitkellem bil-​ħlewwa man-​nisa​—anki maʼ dawk li kellhom reputazzjoni ħażina. (Luqa 7:​44-50) Iktar minn hekk, Ġesù kien ferħan li setaʼ jgħin lil nisa li kellhom problemi taʼ saħħa. (Luqa 8:43-48) F’okkażjoni minnhom, meta ra armla mnikkta minħabba li kien għadu kif miet l-​uniku iben tagħha, hu immedjatament resaq lejn il-​purċissjoni tal-​funeral u rxoxta liż-​żagħżugħ.​—Luqa 7:​11-15.

Kien hemm in-​nisa fost id-​dixxipli bikrin taʼ Ġesù u dawn kienu l-​ewwel xhieda taʼ l-​irxoxt tiegħu. Il-​Bibbja tfaħħar nisa bħal Lidja, Tabita, u Priska bħala eżempji taʼ ospitalità, mogħdrija, u kuraġġ. (Atti 9:​36-​41; 16:​14, 15; Rumani 16:​3, 4) U Kristjani bikrin kienu mħarrġin biex juru rispett lejn in-​nisa. L-​appostlu Pawlu qal lil Timotju, missjunarju sieħbu, biex jittratta ‘man-​nisa mdaħħlin fiż-​żmien bħallikieku ommijiet, man-​nisa żgħażagħ bħallikieku ħutu, bis-​safa kollu.’​—1 Timotju 5:2.

Nisa li Sabu Rispett

Jekk int raġel Kristjan, se turi dan l-​istess rispett lejn in-​nisa. Qatt m’int se tuża t-​tradizzjoni bħala skuża biex tittrattahom ħażin. Iktar minn hekk, li tittratta lin-​nisa bir-​rispett jistaʼ jagħti testimonjanza ħajja għall-​fidi tiegħek. (Mattew 5:16) Salima, tfajla mill-​Afrika, tiddeskrivi kif ibbenefikat meta osservat il-​prinċipji Kristjani fl-​azzjoni.

“Jien trabbejt f’ambjent fejn in-​nisa u l-​bniet kienu jiġu ttrattati ħażin. Ommi kienet taħdem 16-il siegħa kuljum, imma kulma kienet taqlaʼ kien koċċ tgergir għax tħalli xi biċċa xogħol barra. Jerġaʼ agħar minn hekk, missieri kien isawwatha meta kien ikun xurban. Nisa oħrajn fl-​inħawi tagħna kienu jsofru bl-​istess mod. Imma jien kont naf li trattament bħal dan kien ħażin​—li kien qed jimlielna ħajjitna bil-​frustrazzjoni u bid-​dwejjaq. Minkejja dan, ma kien jidher li hemm ebda mod kif l-​affarijiet setgħu jinbidlu.

“Madankollu, meta kont għadni adolexxenti, bdejt nistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah. Kont impressjonata ħafna meta qrajt il-​kliem taʼ l-​appostlu Pietru, li qal li n-​nisa għandhom jiġu ttrattati b’unur. Imma ħsibt, ‘Ftit hemm ċans li n-​nies japplikaw dan il-​parir, speċjalment meta tqis it-​tradizzjoni lokali tagħna.’

“Madankollu, meta mort is-​Sala tas-​Saltna, fejn ix-​Xhieda kien ikollhom il-​laqgħat tagħhom, l-​irġiel kif ukoll in-​nisa ttrattawni bil-​ħlewwa. Saħansitra iktar sorprendenti kien il-​fatt li l-​irġiel miżżewġin fosthom tassew kienu jieħdu ħsieb in-​nisa tagħhom. Hekk kif sirt naf aħjar lin-​nies hemmhekk, irrealizzajt li din kienet xi ħaġa li x-​Xhieda kollha kienu mistennijin jagħmluha. Għalkemm xi wħud mill-​irġiel kienu ġew minn ambjenti bħal tiegħi, issa kienu qed jittrattaw lin-​nisa bir-​rispett. Jien ridt inkun parti minn din il-​familja kbira.”

Soluzzjoni Permanenti

Ir-​rispett li osservat Salima ma kienx b’kumbinazzjoni. Kien ir-​riżultat taʼ programm taʼ tagħlim, ibbażat fuq il-​Kelma t’Alla, li jgħin lin-​nies biex jistmaw lil xulxin bħalma jistmahom Alla. Din hija indikazzjoni taʼ x’jistaʼ jsir saħansitra issa u x’se jsir kullimkien meta s-​Saltna t’Alla taħkem fuq l-​art kollha. (Danjel 2:​44; Mattew 6:​10) Dan il-​gvern tas-​sema se jelimina l-​inġustizzja kollha. Il-​Bibbja tassigurana: “Għaliex meta jiddu l-​ġudizzji tiegħek [Jehovah] fuq l-​art, in-​nies tad-​dinja jitgħallmu l-​ġustizzja.”​—Isaija 26:9.

Saħansitra issa, tagħlim dwar it-​tjieba qed ibiddel il-​mod taʼ kif jaħsbuha miljuni taʼ nies. Meta l-​bnedmin ħajjin kollha jkunu sottomessi lejn is-​Saltna t’Alla, dan it-​tagħlim se jkompli madwar id-​dinja kollha u se jtemm il-​mod oppressiv kif l-​irġiel jittrattaw lin-​nisa, li huwa konsegwenza tad-​dnub taʼ Adam. Ġesù Kristu, is-​sultan maħtur t’Alla, m’huwiex se jippermetti li l-​inġustizzja lejn in-​nisa tfixkillu l-​ħakma tiegħu. Waqt li tiddeskrivi dik il-​ħakma taʼ Kristu, il-​Bibbja tgħid: “Hu jeħles lill-​fqir li jsejjaħlu, u lill-​imsejken li m’għandux min jgħinu. Iħenn għad-​dgħajjef u għall-​fqajjar, il-​ħajja tal-​fqajrin isalva. Jeħlishom mill-​qerq u mill-​moħqrija.”​—Salm 72:​12-14.

Din is-​serje t’artikli kkonċentrat fuq il-​problemi tan-​nisa. Madankollu, huwa rrikonoxxut li ħafna rġiel ukoll ġew ittrattati ħażin. Matul l-​istorja, irġiel potenti u mill-​agħar ikkommettew affarijiet li jkexkxu sew kontra l-​irġiel u sew kontra n-​nisa. U xi nisa għamlu l-​istess. Per eżempju, il-​Bibbja ssemmi t-​tixrid taʼ demm innoċenti minn nisa mill-​agħar bħal Ġeżabel, Għatalija u Erodja.​—1 Slaten 18:4, 13; 2 Kronaki 22:​10-12; Mattew 14:​1-11.

B’hekk, l-​umanità kollha għandha bżonn id-​dinja l-​ġdida t’Alla, taħt il-​ħakma tas-​Saltna tiegħu. Dalwaqt, meta jżernaq dak il-​jum, la n-​nisa u lanqas l-​irġiel qatt ma se jintwerew diskriminazzjoni jew jiġu ttrattati ħażin. Minflok, kull ġurnata se tkun waħda taʼ ‘għaxqa [“bnina,” NW]’ għal kulħadd.​—Salm 37:11.

[Stampa fʼpaġna 13]

Irġiel Kristjani jsegwu l-​linji taʼ gwida tal-​Bibbja u jirrispettaw u jonoraw lin-​nisa tagħhom

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja