LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 1/1 p. 11
  • Kont taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • L-aħħar ġurnata taʼ Ġesù fit-tempju
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 1/1 p. 11

KONT TAF?

Kif kienu jsiru l-​kontribuzzjonijiet fit-​tempju fi żmien Ġesù?

Mara Iżraelija titfaʼ kontribuzzjoni f’senduq tat-​teżor tat-​tempju

It-​teżor tat-​tempju kien qiegħed fil-​Bitħa tan-​Nisa. Il-​ktieb The Temple—Its Ministry and Services jgħid: “Dawramejt kien hemm loġġa sempliċi, u taħtha, mal-​ħajt kien hemm tlettax-​il senduq, jew ‘trumbetta,’ [li fihom] kienu jitpoġġew il-​kontribuzzjonijiet.”

Is-​sniedaq kienu jissejħu trumbetti għax kienu dojoq fuq u wesgħin isfel. Kull senduq kellu tabella għal kull tip taʼ offerta, u l-​fondi miġburin kienu jinżammu għal użu speċifiku. Ġesù kien qiegħed fil-​Bitħa tan-​Nisa meta osserva lil ħafna nies, inkluż armla fil-​bżonn, joffru l-​kontribuzzjonijiet.—Luqa 21:1, 2.

Żewġ sniedaq kienu riservati għat-​taxxa tat-​tempju—waħda għas-​sena kurrenti u waħda għas-​sena taʼ qabel. Mit-​tielet sas-​sebaʼ senduq kienu għal ġbir taʼ fondi tal-​valur stipulat tal-​gamiem, ħamiem, injam, inċens, u reċipjenti tad-​deheb rispettivament. Jekk min joffri s-​sagrifiċċju jkun warrab iktar mill-​valur stipulat għal offerta, kien jiddepożita l-​ammont li jkun fadal f’wieħed mis-​sniedaq l-​oħra. It-​tmien senduq kien għall-​flus li kien ikun għad fadal mill-​offerti għad-​dnub. Mid-​disaʼ sat-​12-​il senduq kienu għall-​fondi li kien jifdal minn offerti għall-​ħtija, mis-​sagrifiċċji tal-​għasafar, minn offerti tan-​Nazarin, u minn offerti tal-​lebbrużi. It-​13-​il senduq kien għall-​offerti volontarji.

Kien il-​kittieb Bibliku Luqa storjografu metikuluż?

Il-​kittieb tal-​Bibbja Luqa

Luqa kiteb l-​Evanġelju li jġib ismu kif ukoll l-​Atti tal-​Appostli. Luqa jgħid li ‘fittex kollox mill-​bidu b’eżattezza,’ però xi studjużi ddubitaw ir-​rakkonti tiegħu taʼ kif ġraw l-​affarijiet. (Luqa 1:3) Mela kemm kien metikuluż?

Luqa jitkellem dwar fatti li jistgħu jiġu vverifikati. Pereżempju, juża ammont taʼ titli taʼ uffiċjali taċ-​ċivil Rumani li mhumiex daqshekk magħrufin, bħal maġistrati ċivili fil-​Filippi; mexxejja lokali fit-​Tessalonika; u amministraturi f’Efesu. (Atti 16:20; 17:6; 19:31) Lil Erodi Antipa, Luqa jsejjaħlu tetrarka, jew ħakkiem taʼ distrett, u lil Serġju Pawlu jsejjaħlu prokonslu taʼ Ċipru.—Atti 13:1, 7.

Li Luqa juża dawn it-​titli korrettament hu taʼ min jinnotah għax meta kien jinbidel l-​istat taʼ territorju Ruman, kien jinbidel ukoll it-​titlu tal-​amministratur tiegħu. Però, “darba wara l-​oħra referenzi bħal dawn fl-​Atti juru li huma eżatti għall-​post u ż-​żmien partikulari,” jgħid l-​istudjuż tal-​Bibbja Bruce Metzger. L-​istudjuż William Ramsay jsejjaħ lil Luqa “storjografu mill-​aqwa.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja